This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02019R0626-20201101
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/626 of 5 March 2019 concerning lists of third countries or regions thereof authorised for the entry into the European Union of certain animals and goods intended for human consumption, amending Implementing Regulation (EU) 2016/759 as regards these lists (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/626 tal-5 ta' Marzu 2019 li jikkonċerna listi ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta' dawn il-listi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/626 tal-5 ta' Marzu 2019 li jikkonċerna listi ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta' dawn il-listi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/626/2020-11-01
02019R0626 — MT — 01.11.2020 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/626 tal-5 ta' Marzu 2019 li jikkonċerna listi ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta' dawn il-listi (ĠU L 131 17.5.2019, p. 31) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1981 tat-28 ta’ Novembru 2019 |
L 308 |
72 |
29.11.2019 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1572 tat-28 ta’ Ottubru 2020 |
L 359 |
5 |
29.10.2020 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/626
tal-5 ta' Marzu 2019
li jikkonċerna listi ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta' dawn il-listi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jikkonċerna l-listi ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom għandhom jiġu awtorizzati l-kunsinni ta' ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem għad-dħul fl-Unjoni mill-perspettiva tas-sikurezza tal-ikel skont l-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“laħam frisk” tfisser laħam frisk kif definit fil-punt 1.10 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“preparati tal-laħam” tfisser preparati tal-laħam kif definiti fil-punt 1.15 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“laħam” tfisser laħam kif definit fil-punt 1.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“pollam” tfisser pollam kif definit fil-punt 1.3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“kaċċa selvaġġa” tfisser kaċċa selvaġġa kif definita fil-punt 1.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“bajd” tfisser bajd kif definiti fil-punt 5.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“prodotti mill-bajd” tfisser prodotti mill-bajd kif definiti fil-punt 7.3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“prodotti tal-laħam” tfisser prodotti tal-laħam kif definiti fil-punt 7.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“Stonkijiet, vexxiki u intestini trattati” tfisser stonkijiet, vexxiki u intestini trattati kif definiti fil-punt 7.9 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“molluski bivalvi” tfisser molluski bivalvi kif definiti fil-punt 2.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“prodotti tas-sajd” tfisser prodotti tas-sajd kif definiti fil-punt 3.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“ħalib mhux ipproċessat” tfisser ħalib nej kif definit fil-punt 4.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“prodotti mill-ħalib” tfisser prodotti mill-ħalib kif definiti fil-punt 7.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“kolostru” tfisser kolostru kif definit fil-punt 1 tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“prodotti li fihom il-kolostru” tfisser prodotti li fihom il-kolostru kif definiti fil-punt 2 tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“saqajn taż-żrinġijiet” tfisser saqajn taż-żrinġijiet kif definiti fil-punt 6.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“bebbux” tfisser bebbux kif definit fil-punt 6.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u kull speċi oħra ta’ bebbux tal-familja ta’ Helicidae, Hygromiidae jew Sphincterochilidae, maħsuba għall-konsum mill-bniedem;
“grass tal-annimali mdewweb” tfisser grass tal-annimali mdewweb kif definit fil-punt 7.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“qrieqeċ” tfisser qrieqeċ kif definiti fil-punt 7.6 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“ġelatina” tfisser ġelatina kif definita fil-punt 7.7 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“kollaġen” tfisser kollaġni kif definita fil-punt 7.8 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
“għasel” tfisser għasel kif definit fil-punt 1 tal-Parti IX tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
“prodotti tal-apikultura” tfisser prodotti tal-apikultura kif definiti fil-punt 2 tal-Parti IX tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
“laħam tar-rettili” tfisser laħam tar-rettili kif definit fil-punt (16) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/625;
“insetti” tfisser insetti kif definiti fil-punt (17) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/625.
Artikolu 3
Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' laħam frisk u preparati tal-laħam tal-ungulati
Il-kunsinni ta' laħam frisk u preparati tal-laħam tal-ungulati maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.
Artikolu 4
Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' laħam ta' pollam, ratiti u għasafar tal-kaċċa salvaġġa, preparati tal-laħam tal-pollam, bajd u prodotti tal-bajd
Il-kunsinni ta' pollam, ratiti u għasafar tal-kaċċa selvaġġa, preparati tal-laħam tal-pollam, bajd u prodotti tal-bajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hi awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 ( 2 ).
Artikolu 5
Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' laħam ta' leporidae salvaġġi, ta' mammali salvaġġi tal-art minbarra ungulati u leporidae u ta' fniek imrobbija fl-irziezet
Il-kunsinni ta' laħam leporidae selvaġġi, ta' mammali selvaġġi tal-art minbarra ungulati u leporidae u ta' fniek imrobbija fl-irziezet maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 119/2009.
Artikolu 6
Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u tal-istonkijiet, tal-vexxiki u tal-intestini trattati minbarra budellat
Il-kunsinni ta' prodotti tal-laħam u tal-istonku, bżieżaq tal-awrina u msaren trattati, minbarra budellat, maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.
Madankollu, il-kunsinni tal-biltong/jerky u tal-prodotti tal-laħam pasturizzat maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni skont il-Parti 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.
Artikolu 7
Pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' budellat
Il-kunsinni ta' budellat maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2003/779/KE.
Artikolu 8
Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħa, iffriżati jew ipproċessati
Il-kunsinni ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħa, iffriżati jew ipproċessati maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li huma elenkati fl-Anness I. Madankollu, id-dħul fl-Unjoni ta' muskoli addutturi tal-pectinidae minbarra l-annimali tal-akkwakultura, isseparati mill-vixxri u mill-gonadi, għandu jiġi permess ukoll minn pajjiżi terzi li ma jidhrux fuq tali lista.
Artikolu 9
Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' prodotti tas-sajd minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 8
Il-kunsinni ta' prodotti tas-sajd minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 8 maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li huma elenkati fl-Anness II.
Artikolu 10
Lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, ta’ kolostru, ta’ prodotti tal-ħalib u ta’ prodotti li fihom il-kolostru
Il-kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, ta’ kolostru, ta’ prodotti tal-ħalib u ta’ prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni skont l-Artikoli 2, 3 u 4 tar-Regolament (UE) Nru 605/2010.
Artikolu 11
Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' saqajn taż-żrinġijiet
Il-kunsinni ta' saqajn taż-żrinġijiet maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li huma elenkati fl-Anness III.
Artikolu 12
Lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni tal-bebbux
Il-kunsinni tal-bebbux maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li huma elenkati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 13
Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' grass tal-annimali mdewweb u qrieqeċ
Il-kunsinni ta' grass tal-annimali mdewweb u qrieqeċ maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew minn reġjuni tagħhom li minnhom hi awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' prodotti tal-laħam skont il-punt (b)(i) tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.
Artikolu 14
Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' ġelatina u kollaġen
Artikolu 15
Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen
Artikolu 16
Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' materja prima ttrattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen
Artikolu 17
Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' għasel u prodotti tal-apikultura oħra
Il-kunsinni ta' għasel u prodotti tal-apikultura oħra maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu mill-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna “Pajjiż” fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE ( 3 ) u mmarkati b'“X” fil-kolonna “Għasel” f'dak l-Anness.
Artikolu 18
Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' ċerti prodotti raffinati ħafna
Il-kunsinni ta' sulfat tal-kondrojtina, aċidu jaluroniku, prodotti oħrajn tal-qarquċa idrolizzata, kitosan, glukosammina, tames, isinglass u aċidi amminiċi maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu mill-pajjiżi terzi jew mir-reġjuni tagħhom li ġejjin:
fil-każ tal-materja prima derivata mill-ungulati, il-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, jew mill-Korea t'Isfel, mill-Malasja, mill-Pakistan jew mit-Tajwan;
fil-każ tal-materja prima derivata mill-prodotti tas-sajd, il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom kollha li huma elenkati fl-Anness II;
fil-każ tal-materja prima derivata mill-pollam, il-pajjiżi terzi jew it-territorji elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.
Artikolu 19
Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' laħam tar-rettili
Il-kunsinni ta' laħam tar-rettili maħsub għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu mill-Iżvizzera ( 4 ), mill-Botswana, mill-Vjetnam, mill-Afrika t'Isfel jew miż-Żimbabwe.
Artikolu 20
Pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni tal-insetti
Il-kunsinni tal-insetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk tali prodotti tal-ikel ikunu oriġinaw u jkunu ġew kunsinnati minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom, elenkati fl-Anness IIIa ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 21
Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' prodotti oħra ta' oriġini mill-annimali
Il-kunsinni ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali minbarra dawk imsemmija fl-Artikoli 3 sa 20 maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu mill-pajjiżi terzi jew mir-reġjuni tagħhom li ġejjin:
jekk derivati mill-ungulati, il-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, jew mill-Korea t'Isfel, mill-Malasja, mill-Pakistan jew mit-Tajwan;
jekk derivati mill-pollam, il-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jew mit-Tajwan;
jekk derivati mill-prodotti tas-sajd, il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom elenkati fl-Anness II;
jekk derivati minn leporidae u minn mammali salvaġġi tal-art minbarra ungulati, il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009;
jekk derivati minn speċijiet differenti, il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom elenkati fil-punti 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu għal kull prodott li joriġina mill-annimali.
Artikolu 22
Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 huwa emendat kif ġej:
L-Artikolu 1 jitħassar;
L-Anness I jitħassar.
Artikolu 23
Tħassir
Id-Deċiżjoni 2006/766/KE titħassar. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni 2006/766/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 24
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Sal-20 ta' April 2021, l-Istati Membri għandhom ikomplu jippermettu d-dħul fit-territorju tagħhom ta' kunsinni ta' budellat imsemmija fl-Artikolu 7 minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hi awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni ta' tali kunsinni skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2003/779/KE.
Artikolu 25
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-14 ta' Diċembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
LISTA TA' PAJJIŻI TERZI JEW REĠJUNI TAGĦHOM LI MINNHOM HUWA PERMESS ID-DĦUL FL-UNJONI TA' MOLLUSKI BIVALVI, EKINODERMI, TUNIKATI U GASTEROPODI TAL-BAĦAR ĦAJJIN, IMKESSĦA, IFFRIŻATI JEW IPPROĊESSATI GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM (1)
KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ |
PAJJIŻ TERZ JEW REĠJUNI TIEGĦU |
RIMARKI |
AU |
L-Awstralja |
|
CA |
Il-Kanada |
|
CH |
L-Iżvizzera (2) |
|
CL |
Iċ-Ċilì |
|
GL |
Greenland |
|
JM |
Il-Ġamajka |
Il-gasteropodi tal-baħar biss |
JP |
Il-Ġappun |
Il-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar iffriżati u pproċessati biss |
KR |
Il-Korea t'Isfel |
Il-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar iffriżati u pproċessati biss |
MA |
Il-Marokk |
Il-molluski bivalvi pproċessati li jagħmlu parti mill-ispeċi Acanthocardia tuberculatum iridu jiġu akkumpanjati minn: (a) attestazzjoni tas-saħħa addizzjonali skont il-mudell stabbilit fil-Parti B tal-Appendiċi V tal-Anness VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27); u (b) ir-riżultati analitiċi tat-test li juri li l-molluski ma fihomx livell ta' tossina paralizzanti tal-muskoli (PSP) li jista' jiġi identifikat permezz tal-metodu bijoassaġġ. |
NZ |
New Zealand |
|
PE |
Il-Perù |
Il-Pectinidae (arzelli) evixxerati li joriġinaw mill-akkwakultura biss |
TH |
It-Tajlandja |
Il-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar iffriżati u pproċessati biss |
TN |
It-Tuneżija |
|
TR |
It-Turkija |
|
US |
L-Istati Uniti tal-Amerka |
L-awtoritjiet tal-Istat ta' Washington u Massachusetts |
UY |
L-Urugwaj |
|
VN |
Il-Vjetnam |
Il-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar iffriżati u pproċessati biss |
(1)
Inklużi dawk koperti mid-definizzjoni ta' prodotti tas-sajd fil-punt 3.1, tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(2)
B'konformità mal-Ftehim tal-21 ta' Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132). |
ANNESS II
IL-LISTA TA' PAJJIŻI TERZI JEW REĠJUNI TAGĦHOM LI MINNHOM HUWA PERMESS ID-DĦUL FL-UNJONI TA' PRODOTTI TAS-SAJD, ĦLIEF DAWK KOPERTI MILL-ANNESS I
KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ |
PAJJIŻ TERZ JEW REĠJUNI TIEGĦU |
RESTRIZZJONIJIET |
AE |
L-Emirati Għarab Magħquda |
|
AG |
Antigua u Barbuda |
L-awwisti ħajjin biss |
AL |
L-Albanija |
|
AM |
L-Armenja |
Iċ-ċkal selvaġġ ħaj, iċ-ċkal mhux imrobbi li huwa pproċessat bis-sħana u ċ-ċkal mhux imrobbi li jkun iffriżat biss |
AO |
L-Angola |
|
AR |
L-Arġentina |
|
AU |
L-Awstralja |
|
AZ |
L-Ażerbajġan |
Il-kavjar biss |
BA |
Il-Bożnija-Ħerzegovina |
|
BD |
Il-Bangladesh |
|
BJ |
Il-Benin |
|
BN |
Il-Brunei |
Prodotti tal-akkwakultura biss |
BR |
Il-Brażil |
|
BQ |
Bonaire, Sint Eustatius, Saba |
|
BS |
Il-Bahamas |
|
BY |
Il-Belarussja |
|
BZ |
Il-Belize |
|
CA |
Il-Kanada |
|
CG |
Il-Kongo |
Il-prodotti tas-sajd biss li jkunu maqbuda, imnaddfa u msewwija (fejn xieraq), iffriżati u ppakkjati fl-imballaġġ finali tagħhom fil-baħar |
CH |
L-Iżvizzera (1) |
|
CI |
Il-Kosta tal-Avorju |
|
CL |
Iċ-Ċilì |
|
CN |
Iċ-Ċina |
|
CO |
Il-Kolombja |
|
CR |
Il-Costa Rica |
|
CU |
Kuba |
|
CV |
Cape Verde |
|
CW |
Curaçao |
|
DZ |
L-Alġerija |
|
EC |
L-Ekwador |
|
EG |
L-Eġittu |
|
ER |
L-Eritrea |
|
FJ |
Fiġi |
|
FK |
Il-Gżejjer Falkland |
|
GA |
Il-Gabon |
|
GD |
Grenada |
|
GE |
Il-Georgia |
|
GH |
Il-Ghana |
|
GL |
Greenland |
|
GM |
Il-Gambja |
|
GN |
Il-Guinea |
Il-ħut biss li ma jkun għadda mill-ebda operazzjoni ta' tħejjija jew ipproċessar ħlief il-qtugħ tar-ras, it-tiswija, it-tkessiħ jew l-iffriżar. Il-frekwenza mnaqqsa ta' kontrolli fiżiċi, previsti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KE (ĠU L 158, 25.6.1994, p. 41), ma għandhiex tiġi applikata. |
GT |
Il-Gwatemala |
|
GY |
Il-Guyana |
|
HK |
Hong Kong |
|
HN |
Il-Honduras |
|
ID |
L-Indoneżja |
|
IL |
Iżrael |
|
IN |
L-Indja |
|
IR |
L-Iran |
|
JM |
Il-Ġamajka |
|
JP |
Il-Ġappun |
|
KE |
Il-Kenja |
|
KI |
Ir-Repubblika ta' Kiribati |
|
KR |
Il-Korea t'Isfel |
|
KZ |
Il-Każakistan |
|
LK |
Is-Sri Lanka |
|
MA |
Il-Marokk |
|
MD |
Ir-Repubblika tal-Moldova |
Il-kavjar biss |
ME |
Il-Montenegro |
|
MG |
Madagascar |
|
MK |
Il-Maċedonja ta’ Fuq |
|
MM |
Il-Myanmar |
|
MR |
Il-Mauritania |
|
MU |
Mauritius |
|
MV |
Il-Maldivi |
|
MX |
Il-Messiku |
|
MY |
Il-Malasja |
|
MZ |
Il-Mozambique |
|
NA |
In-Namibja |
|
NC |
New Caledonia |
|
NG |
In-Niġerja |
|
NI |
In-Nikaragwa |
|
NZ |
New Zealand |
|
OM |
L-Oman |
|
PA |
Il-Panama |
|
PE |
Il-Perù |
|
PF |
Il-Polineżja Franċiża |
|
PG |
Papua New Guinea |
|
PH |
Il-Filippini |
|
PM |
Saint Pierre u Miquelon |
|
PK |
Il-Pakistan |
|
RS |
Is-Serbja Ma tinkludix il-Kosovo kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta' Ġunju 1999 |
|
RU |
Ir-Russja |
|
SA |
L-Arabja Sawdija |
|
SB |
Il-Gżejjer Solomon |
|
SC |
Is-Seychelles |
|
SG |
Singapore |
|
SH |
Saint Helena Ma tinkludix il-gżejjer ta' Tristan da Cunha u Ascension |
|
Tristan da Cunha Ma tinkludix il-gżejjer ta' Saint Helena u Ascension |
Awwisti (friski jew iffriżati) biss |
|
SN |
Is-Senegal |
|
SR |
Is-Suriname |
|
SV |
El Salvador |
|
SX |
Sint Maarten |
|
TG |
It-Togo |
|
TH |
It-Tajlandja |
|
TN |
It-Tuneżija |
|
TR |
It-Turkija |
|
TW |
It-Tajwan |
|
TZ |
It-Tanzanija |
|
UA |
L-Ukrajna |
|
UG |
L-Uganda |
|
US |
L-Istati Uniti tal-Amerka |
|
UY |
L-Urugwaj |
|
VE |
Il-Venezwela |
|
VN |
Il-Vjetnam |
|
YE |
Il-Jemen |
|
ZA |
L-Afrika t'Isfel |
|
ZW |
Iż-Żimbabwe |
|
(1)
B'konformità mal-Ftehim tal-21 ta' Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132). |
ANNESS III
LISTA TA' PAJJIŻI TERZI JEW REĠJUNI TAGĦHOM LI MINNHOM HUWA PERMESS ID-DĦUL FL-UNJONI TA' KOXOX TAŻ-ŻRINĠIJIET U BEBBUX, IPPREPARATI SKONT IS-SEZZJONI XI TAL-ANNESS III TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 853/2004 MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM
KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ |
PAJJIŻ TERZ JEW REĠJUNI TIEGĦU |
RESTRIZZJONIJIET |
AE |
L-Emirati Għarab Magħquda |
|
AL |
L-Albanija |
|
AM |
L-Armenja |
|
AO |
L-Angola |
|
AR |
L-Arġentina |
|
AU |
L-Awstralja |
|
AZ |
L-Ażerbajġan |
|
BA |
Il-Bożnija-Ħerzegovina |
|
BD |
Il-Bangladesh |
|
BJ |
Il-Benin |
|
BR |
Il-Brażil |
|
BQ |
Bonaire, Sint Eustatius, Saba |
|
BS |
Il-Bahamas |
|
BY |
Il-Belarussja |
|
BZ |
Il-Belize |
|
CA |
Il-Kanada |
|
CH |
L-Iżvizzera (1) |
|
CI |
Il-Kosta tal-Avorju |
|
CL |
Iċ-Ċilì |
|
CN |
Iċ-Ċina |
|
CO |
Il-Kolombja |
|
CR |
Il-Costa Rica |
|
CU |
Kuba |
|
CV |
Cape Verde |
|
CW |
Curaçao |
|
DZ |
L-Alġerija |
|
EC |
L-Ekwador |
|
EG |
L-Eġittu |
|
ER |
L-Eritrea |
|
FJ |
Fiġi |
|
FK |
Il-Gżejjer Falkland |
|
GA |
Il-Gabon |
|
GD |
Grenada |
|
GE |
Il-Georgia |
|
GH |
Il-Ghana |
|
GL |
Greenland |
|
GM |
Il-Gambja |
|
GT |
Il-Gwatemala |
|
GY |
Il-Guyana |
|
HK |
Hong Kong |
|
HN |
Il-Honduras |
|
ID |
L-Indoneżja |
|
IL |
Iżrael |
|
IN |
L-Indja |
|
IR |
L-Iran |
|
JM |
Il-Ġamajka |
|
JP |
Il-Ġappun |
|
KE |
Il-Kenja |
|
KI |
Ir-Repubblika ta' Kiribati |
|
KR |
Il-Korea t'Isfel |
|
TH |
It-Tajlandja |
|
KZ |
Il-Każakistan |
|
LK |
Is-Sri Lanka |
|
MA |
Il-Marokk |
|
MD |
Ir-Repubblika tal-Moldova |
Bebbux biss |
ME |
Il-Montenegro |
|
MG |
Madagascar |
|
MK |
Il-Maċedonja ta’ Fuq |
|
MM |
Il-Myanmar |
|
MR |
Il-Mauritania |
|
MU |
Mauritius |
|
MV |
Il-Maldivi |
|
MX |
Il-Messiku |
|
MY |
Il-Malasja |
|
MZ |
Il-Mozambique |
|
NA |
In-Namibja |
|
NC |
New Caledonia |
|
NG |
In-Niġerja |
|
NI |
In-Nikaragwa |
|
NZ |
New Zealand |
|
OM |
L-Oman |
|
PA |
Il-Panama |
|
PE |
Il-Perù |
|
PF |
Il-Polineżja Franċiża |
|
PG |
Papua New Guinea |
|
PH |
Il-Filippini |
|
PM |
Saint Pierre u Miquelon |
|
PK |
Il-Pakistan |
|
RS |
Is-Serbja Ma tinkludix il-Kosovo kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta' Ġunju 1999 |
|
RU |
Ir-Russja |
|
SA |
L-Arabja Sawdija |
|
SB |
Il-Gżejjer Solomon |
|
SC |
Is-Seychelles |
|
SG |
Singapore |
|
SH |
Saint Helena Ma tinkludix il-gżejjer ta' Tristan da Cunha u Ascension |
|
SN |
Is-Senegal |
|
SR |
Is-Suriname |
|
SV |
El Salvador |
|
SX |
Sint Maarten |
|
SY |
Is-Sirja |
Bebbux biss |
TG |
It-Togo |
|
TH |
It-Tajlandja |
|
TN |
It-Tuneżija |
|
TR |
It-Turkija |
|
TW |
It-Tajwan |
|
TZ |
It-Tanzanija |
|
UA |
L-Ukrajna |
|
UG |
L-Uganda |
|
US |
L-Istati Uniti tal-Amerka |
|
UY |
L-Urugwaj |
|
VE |
Il-Venezwela |
|
VN |
Il-Vjetnam |
|
YE |
Il-Jemen |
|
ZA |
L-Afrika t'Isfel |
|
ZW |
Iż-Żimbabwe |
|
(1)
B'konformità mal-Ftehim tal-21 ta' Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132). |
ANNESS IIIa
Lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ insetti, imsemmija fl-Artikolu 20
Kodiċi ISO tal-pajjiż |
Pajjiż terz jew reġjuni tiegħu |
Rimarki |
CA |
Il-Kanada |
|
CH |
L-Iżvizzera |
|
KR |
Il-Korea t’Isfel |
|
ANNESS IV
IT-TABELLA TA' KORRELAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 23
Id-Deċiżjoni 2006/766/KE |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 8 |
Artikolu 2 |
Artikolu 9 |
Artikolu 3 |
— |
Artikolu 4 |
— |
Anness I |
Anness I |
Anness II |
Anness II |
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
( 2 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1)
( 3 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta' Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).
( 4 ) B'konformità mal-Ftehim tal-21 ta' Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).