Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0453

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/453 tat-15 ta' Marzu 2021 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi ta’ rapportar għar-riskju tas-suq (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/1600

ĠU L 89, 16.3.2021, p. 3–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 16/03/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/453/oj

16.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/453

tat-15 ta' Marzu 2021

li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi ta’ rapportar għar-riskju tas-suq

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tas-26 ta’ Ġunju 2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 430(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-2019, il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (Basel Committee on Banking Supervision, BCBS) ippubblika r-reviżjoni tar-“Rekwiżiti kapitali minimi għar-riskju tas-suq”, bil-għan li jindirizza d-dgħufijiet fit-trattament prudenzjali li jagħti l-banek lill-attivitajiet tal-portafoll tan-negozjar u introduċa, fost l-oħrajn, ir-rekwiżit għal approċċ standardizzat sensittiv għar-riskju tas-suq, li huwa mfassal u kkalibrat biex iservi ta’ riżerva kredibbli għall-approċċ tal-mudelli interni.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) emenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 biex jintroduċi fil-qafas prudenzjali tal-Unjoni r-rekwiżit għall-istituzzjonijiet li jirrapportaw informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont dan l-approċċ standardizzat alternattiv u sensittiv għar-riskju.

(3)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti uniformi ta’ rapportar dwar il-fondi proprji skont dan l-approċċ standardizzat alternattiv fir-rigward tar-rapportar lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 430b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u f’konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Skont l-Artikolu 430b(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ rapportar għar-riskju tas-suq stabbiliti f’dak l-Artikolu jenħtieġ li japplikaw mid-data tal-applikazzjoni tal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk huwa xieraq li d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tkun tikkoniċidi mad-data tal-applikazzjoni ta’ dak l-att delegat.

(5)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE).

(6)

L-ABE wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Konċernati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dati ta’ referenza u dati ta’ rapportar

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 430b, 94 (1) u 325a (1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 lill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi trimestrali kif din l-informazzjoni tkun tinsab fil-31 ta’ Marzu, it-30 ta’ Ġunju, it-30 ta’ Settembru u l-31 ta’ Diċembru.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 sa tmiem il-ġurnata tax-xogħol tal-jiem li ġejjin: it-12 ta’ Mejju, il-11 ta’ Awwissu, il-11 ta’ Novembru u l-11 ta’ Frar.

3.   Meta l-jum imsemmi fil-paragrafu 2 ma jkunx jum tax-xogħol fl-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li lilha għandha tiġi rrapportata l-informazzjoni, jew ikun is-Sibt jew il-Ħadd, l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata sa tmiem il-ġurnata tax-xogħol tal-jum tax-xogħol li jsegwi.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti kull korrezzjoni fl-informazzjoni rrapportata mingħajr dewmien bla bżonn.

Artikolu 2

Rapportar dwar il-limiti stabbiliti fl-Artikoli 94(1) u 325a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw informazzjoni dwar id-daqs tan-negozju tagħhom fil-karta bilanċjali u barra minnha li huwa soġġett għar-riskju tas-suq, u dwar id-daqs tal-portafoll tan-negozjar tagħhom, fuq bażi individwali jew fuq bażi konsolidata, kif applikabbli, billi jużaw il-mudell 90 tal-Anness I u f’konformità mal-istruzzjonijiet tat-Taqsima 1 tal-Parti II tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Rapportar dwar l-approċċ standardizzat alternattiv

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw ir-riżultati tal-kalkoli bbażati fuq l-approċċ standardizzat alternattiv kif imsemmi fl-Artikolu 430b(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi individwali jew fuq bażi konsolidata, kif applikabbli, billi jużaw il-formola 91 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u f’konformità mal-istruzzjonijiet tat-Taqsima 2 tal-Parti II tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Formati tal-iskambju tad- data u informazzjoni assoċjata mal-preżentazzjonijiet

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dan ir-Regolament fil-formati u r-rappreżentazzjonijiet tal-iskambju tad-data speċifikati mill-awtorità kompetenti tagħhom u għandhom jirrispettaw id-definizzjoni tal-punt tad-data tal-mudell tal-punt tad-data u l-formuli ta’ validazzjoni stabbiliti fl-Anness III.

2.   Informazzjoni mhux meħtieġa jew mhux applikabbli ma għandhiex tiġi inkluża fil-preżentazzjoni tad-data.

3.   Il-valuri numeriċi għandhom jiġu ppreżentati kif ġej:

(a)

punti tad-data bit-tip ta’ data“Monetarja” għandhom jiġu rrapportati bl-użu minimu ta’ preċiżjoni ekwivalenti għal eluf ta’ unitajiet;

(b)

punti tad-data bit-tip ta’ data“Perċentwali” għandhom jiġu espressi għal kull unità b’minimu ta’ preċiżjoni ekwivalenti għal erba’ pożizzjonijiet deċimali;

(c)

punti tad-data bit-tip ta’ data“Numru Sħiħ” għandhom jiġu rrapportati billi ma jintużawx deċimali u preċiżjoni ekwivalenti għal unitajiet.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jiġu identifikati biss permezz tal-Identifikatur tal-Entità Ġuridika (Legal Entity Identifier, LEI) tagħhom. L-entitajiet ġuridiċi u l-kontropartijiet għajr l-istituzzjonijiet għandhom jiġu identifikati permezz tal-LEI tagħhom fejn dan ikun disponibbli.

5.   L-informazzjoni rrapportata mill-istituzzjonijiet għandha tkun assoċjata ma’ dan li ġej:

(a)

ir-rapportar tad-data ta’ referenza u l-perjodu ta’ referenza;

(b)

il-munita tar-rapportar;

(c)

l-istandard tal-kontabilità;

(d)

l-Identifikatur tal-Entità Ġuridika (LEI) tal-istituzzjoni tar-rapportar;

(e)

l-ambitu tal-konsolidazzjoni.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika tat-5 ta' Ottubru 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, tat-15 ta' Marzu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L, 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rapportar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


ANNESS I

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TA’ RAPPORTAR GĦAR-RISKJU TAS-SUQ

MUDELLI COREP

Numru tal-mudell

Kodiċi tal-mudell

Isem tal-mudell/grupp ta’ mudelli

L-isem fil-qosor

 

 

Limiti

 

90

C 90.00

LIVELLI LIMITU TAL-PORTAFOLL TAN-NEGOZJAR U TAR-RISKJU TAS-SUQ

OTK

 

 

Approċċ Standardizzat Alternattiv għar-riskju tas-suq

 

91

C 91.00

REKWIŻITI TA’ FONDI PROPRJI

MKR ASA SUM

C 90.00 Il-portafoll tan-negozjar u l-limiti tar-riskju tas-suq (OTK)

 

 

 

 

Negozju fil-karta bilanċjali u barra minnha soġġett għal riskju tas-suq

Assi totali

 

Tqassim skont il-ktieb regolatorju

f’% tal-assi totali

 

 

Portafoll tan-negozjar

Portafoll mhux tan-negozjar

 

 

li minnhom: Operazzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar għall-finijiet tal-Artikolu 94 CRR

Pożizzjonijiet soġġetti għar-riskju tal-kambju

Pożizzjonijiet soġġetti għar-riskju tal-komoditajiet

 

 

Total

f’% tal-assi totali

0010

0020

0030

0040

0050

0060

0070

0080

0010

Xahar 3

 

 

 

 

 

 

 

 

0020

Xahar 2

 

 

 

 

 

 

 

 

0030

Xahar 1

 

 

 

 

 

 

 

 

C 91.00 Approċċ Standardizzat Alternattiv: Sommarju (MKR ASA SUM)

 

Pożizzjonijiet soġġetti għal metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet

Sensittivitajiet delta mhux ponderati

Rekwiżiti ta’ fondi proprji skont ix-xenarji differenti

Xenarju ta’ korrelazzjoni baxxa

Xenarju ta’ korrelazzjoni medja

Xenarju ta’ korrelazzjoni għolja

Pożittiv

Negattiv

Sensittivitajiet netti għal kull klassi ta’ riskju

Riskju Delta

Riskju Vega

Riskju ta’ Kurvatura

Total

Riskju Delta

Riskju Vega

Riskju ta’ Kurvatura

Total

Riskju Delta

Riskju Vega

Riskju ta’ Kurvatura

Total

0010

0020

0030

0040

0050

0060

0070

0080

0090

0100

0110

0120

0130

0140

0150

0010

Total (Approċċ standardizzat alternattiv)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0020

Metodu bbażat fuq is-sensittività

Riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax (GIRR)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0030

Riskju tal-firxa tal-kreditu għal nontitolizzazzjonijiet (CSR)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0040

Riskju ta' firxiet tal-kreditu għal titolizzazzjoni mhux inkluża fil-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni alternattiva (non-ACTP CSR)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0050

Riskju ta' firxiet tal-kreditu għal titolizzazzjoni inkluża fil-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni alternattiva (ACTP CSR)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0060

Riskju tal-ekwità (EQU)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0070

Riskju tal-komoditajiet (COM)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0080

Riskju tal-kambju (FX)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0090

Riskju ta’ inadempjenza

Nontitolizzazzjonijiet

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0100

Titolizzazzjoni mhux inkluża fil-portafoll alternattiv ta’ negozjar ta’ korrelazzjoni (non-ACTP)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0110

Titolizzazzjoni inkluża fil-portafoll alternattiv ta’ negozjar ta’ korrelazzjoni (ACTP)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0120

Riskju residwu

Sottostanti eżotiċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0130

Riskji residwi oħra

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


 

Pożizzjonijiet soġġetti għar-riskju ta’ inadempjenza

Pożizzjonijiet soġġetti għal riskju residwu

Rekwiżiti ta' fondi proprji

L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju

Ammonti grossi ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija (jump-to-default, JTD)

Valur nozzjonali gross

Twal

Qosra

0160

0170

0180

0190

0200

0010

Total (Approċċ standardizzat alternattiv)

 

 

 

 

 

0020

Metodu bbażat fuq is-sensittività

Riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax (GIRR)

 

 

 

 

 

0030

Riskju tal-firxa tal-kreditu għal nontitolizzazzjonijiet (CSR)

 

 

 

 

 

0040

Riskju ta' firxiet tal-kreditu għal titolizzazzjoni mhux inkluża fil-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni alternattiva (non-ACTP CSR)

 

 

 

 

 

0050

Riskju ta' firxiet tal-kreditu għal titolizzazzjoni inkluża fil-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni alternattiva (ACTP CSR)

 

 

 

 

 

0060

Riskju tal-ekwità (EQU)

 

 

 

 

 

0070

Riskju tal-komoditajiet (COM)

 

 

 

 

 

0080

Riskju tal-kambju (FX)

 

 

 

 

 

0090

Riskju ta’ inadempjenza

Nontitolizzazzjonijiet

 

 

 

 

 

0100

Titolizzazzjoni mhux inkluża fil-portafoll alternattiv ta’ negozjar ta’ korrelazzjoni (non-ACTP)

 

 

 

 

 

0110

Titolizzazzjoni inkluża fil-portafoll alternattiv ta’ negozjar ta’ korrelazzjoni (ACTP)

 

 

 

 

 

0120

Riskju residwu

Sottostanti eżotiċi

 

 

 

 

 

0130

Riskji residwi oħra

 

 

 

 

 


ANNESS II

STRUZZJONIJIET GĦALL-MILI TAL-MUDELLI FL-ANNESS I DWAR REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TAR-RAPPORTAR GĦAR-RISKJU TAS-SUQ

PARTI I: STRUZZJONIJIET ĠENERALI

1.   Struttura u konvenzjonijiet

1.1.   Struttura

1.

Għall-finijiet tar-rapportar tal-informazzjoni skont dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, l-istituzzjonijiet iridu jimlew żewġ mudelli separati:

(a)

mudell għar-rapportar tal-informazzjoni dwar il-limiti stabbiliti fl-Artikoli 94 u 325a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u

(b)

mudell għar-rapportar tas-sommarju tal-pożizzjonijiet u tar-rekwiżiti teoretiċi tal-fondi proprji abbażi tal-approċċ standardizzat alternattiv.

1.2.   Konvenzjoni tal-enumerazzjoni

2.

Il-konvenzjonijiet segwenti jintużaw fir-referenzi għall-kolonni, ir-ringieli u ċ-ċelloli tal-mudelli f’dawn l-istruzzjonijiet u r-regoli ta’ validazzjoni użati għall-validazzjoni tal-informazzjoni rrapportata:

(a)

fl-istruzzjonijiet tintuża n-notazzjoni ġenerali segwenti: {Mudell;Ringiela;Kolonna};

(b)

fil-każ ta’ referenzi jew regoli ta’ validazzjoni f’mudell, li jirreferu biss għal punti tad-data ta’ dak il-mudell jew jużaw biss lilhom, il-mudell mhuwiex speċifikat: {Ringiela;Kolonna};

(c)

fil-każ ta’ mudelli b’kolonna waħda biss, issir referenza għar-ringieli biss: {Mudell;Ringiela};

(d)

sinjal ta’ asterisk jintuża biex jesprimi li r-regola ta referenza jew validazzjoni tapplika għar-ringieli jew għall-kolonni speċifikati qabel.

1.3.   Il-konvenzjoni dwar is-sinjali

3.

Kull ammont li jżid il-fondi proprji jew ir-rekwiżiti tal-fondi proprji għandu jiġi rrapportat bħala ċifra pożittiva. Kull ammont li jnaqqas it-total tal-fondi proprji jew tar-rekwiżiti tal-fondi proprji għandu jiġi rrapportat bħala ċifra negattiva. Meta jkun hemm sinjal negattiv (-) qabel id-deżinjazzjoni ta’ element, ma jkun mistenni li tiġi rrapportata ebda ċifra pożittiva għal dak l-element.

1.4.   Taqsiriet

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa deżinjat bħala “CRR”.

PARTI II: STRUZZJONIJIET RELATATI MAL-MUDELL

1.   C 90.00 – Il-portafoll tan-negozjar u l-limiti tar-riskju tas-suq

1.1.   Kummenti ġenerali

4.

L-informazzjoni li tingħata f’dan il-mudell għandha tirrifletti r-riżultat tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 94 CRR (deroga għal negozju żgħir fil-portafoll tan-negozjar), u d-daqs tan-negozju fil-karta bilanċjali u barra minnha ta’ istituzzjoni li jkun soġġett għar-riskju tas-suq ikkalkolat skont l-Artikolu 325a CRR. Din l-informazzjoni tiddetermina jekk japplikax l-obbligu li tiġi rrapportata informazzjoni dwar l-“approċċ standardizzat alternattiv” jew l-“approċċ ta’ mudelli interni alternattivi” msemmijin fl-Artikolu 430 CRR.

1.2.   Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

5.

Ir-riżultat tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 94 CRR u l-informazzjoni dwar id-daqs tan-negozju fil-karta bilanċjali u barra minnha ta’ istituzzjoni soġġett għar-riskju tas-suq ikkalkolati skont l-Artikolu 325a CRR għandhom jiġu rrapportati separatament għal kull tmiem ix-xahar fit-trimestru li għalih jirreferi r-rapport fir-ringieli minn 0010 sa 0030.

Ringiela

Referenzi legali u struzzjonijiet

0010

Xahar 3

Data sa tmiem it-tielet xahar tat-trimestru li għalih jirreferi r-rapport

0020

Xahar 2

Data sa tmiem it-tieni xahar tat-trimestru li għalih jirreferi r-rapport

0030

Xahar 1

Data sa tmiem l-ewwel xahar tat-trimestru li għalih jirreferi r-rapport

Kolonna

Referenzi legali u struzzjonijiet

0010

Negozju fil-karta bilanċjali u barra minnha soġġett għal riskju tas-suq

Artikolu 325 a(2) CRR

L-istituzzjonijiet jirrapportaw l-ammont assolut li jirrifletti n-negozju tal-istituzzjoni fil-karta bilanċjali u barra minnha soġġett għar-riskju tas-suq ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 325a(2) CRR.

0020 – 0060

Tqassim skont il-ktieb regolatorju

In-negozju fil-karta bilanċjali u barra minnha soġġett għar-riskju tas-suq għandu jiġi diżaggregat skont il-portafoll tan-negozjar u l-portafoll mhux tan-negozjar.

0020

Portafoll tan-negozjar

Il-punti (a), (c) u (f) tal-Artikolu 325a(2) CRR

0030 – 0040

li minnhom: Operazzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar għall-finijiet tal-Artikolu 94 CRR

L-Artikolu 94(3) CRR

Kif jesiġi l-punt (b) tal-Artikolu 94(3) CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valuri tas-suq sal-aħħar jum tax-xahar; meta l-valuri tas-suq ma jkunux disponibbli, il-valuri ġusti fl-istess data, jew, fejn il-valuri tas-suq u l-valuri ġusti ma jkunux disponibbli f’dik id-data partikolari, l-aktar valur tas-suq jew valur ġust riċenti.

0030

Total

L-Artikolu 94(3) CRR

L-ammont assolut ta’ pożizzjonijiet twal u qosra għandu jingħadd kif jirrikjedi l-punt (c) tal-Artikolu 94(3) CRR.

0040

f’% tal-assi totali

Il-punt (a) tal-Artikolu 94(1) CRR

Id-daqs tal-portafoll tan-negozjar għall-finijiet tal-Artikolu 94 CRR għandu jiġi espress bħala perċentwal tal-assi totali.

0050 – 0060

Portafoll mhux tan-negozjar

Il-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 325a(2) CRR

Pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar soġġetti għar-riskju tas-suq għandhom jiġu rrapportati diżaggregati f’pożizzjonijiet soġġetti għar-riskju tal-kambju u pożizzjonijiet soġġetti għar-riskju tal-komoditajiet.

L-ammonti rilevanti għandhom jiġu ddeterminati skont il-punti (d) u (e) tal-Artikolu 325a(2) CRR.

0070

f’% tal-assi totali

Il-punt (a) tal-Artikolu 325a(1) CRR

In-negozju fil-karta bilanċjali u barra minnha soġġett għar-riskju tas-suq għandu jiġi espress bħala perċentwal tal-assi totali.

0080

Assi totali

Il-punt (a) tal-Artikolu 94(1) CRR

Il-punt (a) tal-Artikolu 325a(1) CRR

2.   C 91.00 – Ir-Riskju tas-Suq: Sommarju tal-Approċċ Standardizzat Alternattiv (MKR ASA SUM)

2.1.   Kummenti Ġenerali

6.

Dan il-mudell jipprovdi informazzjoni fil-qosor dwar il-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-Riskju tas-Suq skont l-Approċċ Standardizzat Alternattiv (ASA), stabbilit fil-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta CRR.

7.

Skont l-Approċċ Standardizzat Alternattiv (ASA), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq fir-rigward tal-portafoll ta’ pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar jew pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għar-riskju tal-kambju jew tal-komoditajiet bħala s-somma tat-tliet komponenti segwenti:

(a)

Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji skont il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet kif stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta CRR;

(b)

Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza kif stabbilit fit-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta CRR għal pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar;

(c)

Ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskji residwi kif stabbilit fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta CRR għal pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar.

2.2.   Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

Kolonna

Referenzi legali u struzzjonijiet

0010 – 0150

Pożizzjonijiet soġġetti għal metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet

Ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkolati skont il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet għal riskji delta, vega u kurvatura għal strumenti b’opzjonalità u mingħajrha, kif applikabbli, għandhom jiġu rrapportati separatament u bħala somma fil-mudell.

Il-proċess biex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji speċifiċi għall-klassi tar-riskju għandu jitwettaq għal tliet xenarji differenti għal kull klassi ta’ riskju, li għandhom jiġu riflessi fit-taqsima separata tal-mudell:

ix-xenarju ta’ korrelazzjoni baxxa fil-kolonni minn 0040 sa 0070;

ix-xenarju ta’ korrelazzjoni medja fil-kolonni minn 0080 sa 0110;

ix-xenarju ta’ korrelazzjoni għolja fil-kolonni minn 0120 sa 0150.

0010 – 0030

Sensittivitajiet delta mhux ponderati

0010

Sensittivitajiet delta mhux ponderati – Pożittivi

L-Artikolu 325f(3) u l-Artikolu 325r CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-portafoll tagħhom għal kull fattur ta’ riskju fil-klassi ta’ riskju f’konformità mal-Artikolu 325f(3) CRR. Għandhom jirrapportaw is-somma tas-sensittivitajiet pożittivi kollha għall-fatturi ta’ riskju delta fil-klassi ta’ riskju.

0020

Sensittivitajiet delta mhux ponderati – Negattivi

L-Artikolu 325f(3) u l-Artikolu 325r CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-portafoll tagħhom għal kull fattur ta’ riskju fil-klassi ta’ riskju f’konformità mal-Artikolu 325f (3) CRR. Huma għandhom jirrapportaw is-somma tas-sensittivitajiet negattivi kollha għall-fatturi ta’ riskju delta fil-klassi ta’ riskju.

0030

Sensittivitajiet delta mhux ponderati – Sensittivitajiet netti għal kull klassi ta’ riskju

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw is-somma netta tas-sensittivitajiet pożittivi kollha u s-sensittivitajiet negattivi kollha lill-fatturi ta’ riskju delta differenti fil-klassi ta’ riskju.

0040, 0080, 0120

Riskju Delta

Il-punt (a) tal-Artikolu 325e(1) u l-Artikolu 325f CRR

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji speċifiku għall-klassi tar-riskju fir-rigward tar-riskju delta msemmi fl-Artikolu 325f(8) CRR fix-xenarju applikabbli.

0050, 0090, 0130

Riskju Vega

Il-punt (b) tal-Artikolu 325e(1) u l-Artikolu 325f CRR

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji speċifiku għall-klassi tar-riskju fir-rigward tar-riskju vega msemmi fl-Artikolu 325f(8) CRR fix-xenarji applikabbli.

0060, 0100, 0140

Riskju ta’ Kurvatura

Il-punt (c) tal-Artikolu 325(1) u l-Artikolu 325 g CRR

0070, 0110, 0150

Total

L-Artikolu 325h(3) CRR.

Għal kull xenarju l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw is-somma tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji speċifiċi għall-klassi ta’ riskju delta, vega u kurvatura.

0160 – 0170

Pożizzjonijiet soġġetti għar-riskju ta’ inadempjenza – Ammonti grossi ta’ inadempjenza immedjata u mhux mistennija (jump-to-default, JTD)

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-ammonti grossi ta’ inadempjenza immedjata u mhux mistennija għall-iskoperturi tagħhom għal strumenti mhux ta’ titolizzazzjoni kkalkolati skont l-Artikolu 325w CRR, għal titolizzazzjonijiet mhux inklużi fl-ACTP determinati skont l-Artikolu 325z ta’ dak is-CRR, u għal skoperturi ta’ titolizzazzjoni u skoperturi mhux ta’ titolizzazzjoni inklużi fl-ACTP determinati skont l-Artikolu 325ac CRR b’diżaggregazzjoni bejn skoperturi twal u qosra.

0160

Twal

0170

Qosra

0180

Pożizzjonijiet soġġetti għal riskju residwu – Valur nozzjonali gross

L-Artikolu 325u CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-ammonti nozzjonali grossi, kif imsemmi fl-Artikolu 325u(3) CRR, tal-istrumenti msemmijin fl-Artikolu 325u(2) CRR li huma soġġetti għar-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskji residwi kif imsemmi fil-paragrafi (1) u (4) tal-Artikolu 325u CRR.

0190

Rekwiżiti ta’ Fondi Proprji

L-Artikolu 325h(4), l-Artikoli minn 325w sa 325ad u l-Artikolu 325u CRR

Ir-rekwiżit kapitali ddeterminat skont il-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta CRR għal pożizzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-approċċ standardizzat alternattiv.

0200

L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju

Il-punt (b) tal-Artikolu 92(3) CRR u l-Artikolu 92(4) CRR


Ringiela

Referenzi legali u struzzjonijiet

0010

Totali (approċċ standardizzat alternattiv)

0020 – 0080

Metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet

It-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta CRR

0020

Riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax (GIRR)

Il-punt (b) tal-Artikolu 325d(1) CRR

0030

Riskju tal-firxa tal-kreditu għal nontitolizzazzjonijiet (CSR)

Il-punt (ii) tal-Artikolu 325d(1) CRR

0040

Riskju ta’ firxiet tal-kreditu għal titolizzazzjoni mhux inkluża fil-portafoll tan-negozjar ta’ korrelazzjoni alternattiva (non-ACTP CSR)

Il-punt (iii) tal-Artikolu 325d(1) CRR

0050

Riskju ta’ firxiet tal-kreditu għal titolizzazzjoni inkluża fil-portafoll tan-negozjar ta’ korrelazzjoni alternattiva (ACTP CSR)

Il-punt (iv) tal-Artikolu 325d(1) CRR

0060

Riskju tal-ekwità (EQU)

Il-punt (v) tal-Artikolu 325d(1) CRR

0070

Riskju tal-komoditajiet (COM)

Il-punt (vi) tal-Artikolu 325d(1) CRR

0080

Riskju tal-kambju (FX)

Il-punt (vii) tal-Artikolu 325d(1) CRR

0090 – 0110

Riskju ta’ inadempjenza

It-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta CRR

0090

Nontitolizzazzjonijiet

Is-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta CRR

0100

Titolizzazzjoni mhux inkluża fil-portafoll alternattiv ta’ negozjar ta’ korrelazzjoni (non-ACTP)

Is-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta CRR

0110

Titolizzazzjoni inkluża fil-portafoll alternattiv ta’ negozjar ta’ korrelazzjoni (ACTP)

Is-Subtaqsima 3 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta CRR

0120 – 0130

Riskju residwu

It-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta CRR

0120

Sottostanti eżotiċi

Il-punt (a) tal-Artikolu 325u(2) CRR

0130

Riskji residwi oħra

Il-punt (b) tal-Artikolu 325u(2) CRR


Top
OSZAR »