ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
Il-566 sessjoni plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Interactio, 19.1.2022–20.1.2022 |
|
2022/C 194/01 |
||
2022/C 194/02 |
||
2022/C 194/03 |
||
2022/C 194/04 |
||
2022/C 194/05 |
||
2022/C 194/06 |
||
2022/C 194/07 |
||
2022/C 194/08 |
||
2022/C 194/09 |
||
2022/C 194/10 |
|
III Atti preparatorji |
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
Il-566 sessjoni plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Interactio, 19.1.2022–20.1.2022 |
|
2022/C 194/11 |
||
2022/C 194/12 |
||
2022/C 194/13 |
||
2022/C 194/14 |
||
2022/C 194/15 |
||
2022/C 194/16 |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Il-566 sessjoni plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Interactio, 19.1.2022–20.1.2022
12.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/1 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali fl-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (MSMEs) Ewropej”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2022/C 194/01)
Relatur: |
Marie-Françoise GONDARD-ARGENTI |
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
25.3.2021 |
Bażi legali |
Artikolu 32(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
Adottata fis-sezzjoni |
13.12.2021 |
Adottata fil-plenarja |
19.1.2022 |
Sessjoni plenarja Nru |
566 |
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
238/0/3 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) ifakkar li l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (MSMEs) se jieħdu vantaġġ mill-intelliġenza artifiċjali (IA) skont l-affidabbiltà, l-inklużività u s-sostenibbiltà tagħha, u jekk tkun parti minn pjan ekonomiku u soċjali li jirrispetta l-ambjent, fattur fl-iżvilupp tal-intrapriżi, l-impjegabbiltà u kwalità ta’ ħajja u saħħa aħjar għall-ħaddiema u ċ-ċittadini Ewropej kollha. Ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u soċjali, u t-tisħiħ tar-rekwiżiti tat-trasparenza se jrawwem il-fiduċja u l-approprjazzjoni tal-IA miċ-ċittadini kollha u l-MSMEs. |
1.2. |
Il-KESE jfakkar li l-persuni li jaħdmu għal rashom, l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, is-setturi kollha, jirrappreżentaw 99 % tal-intrapriżi tal-UE, żewġ terzi tal-impjiegi fis-settur privat u aktar minn nofs il-valur miżjud maħluq mill-intrapriżi fl-UE. Esposti għal kompetizzjoni trasformata radikalment mid-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija, huma madankollu għandhom rwol essenzjali x’jaqdu fit-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika tal-UE sabiex jiffaċċjaw l-isfidi maħluqa. Għalhekk għandhom jingħataw aċċess ugwali għall-IA jew inkella l-Ewropa tiġi mċaħħda mir-riżorsi ekonomiċi, soċjali u umani l-aktar prezzjużi tagħha. |
1.3. |
Il-KESE enfasizza fl-Opinjoni dwar ir-reviżjoni tal-pjan ikkoordinat (1), li l-adozzjoni mifruxa tal-IA mill-MSMEs hija l-muftieħ għall-irkupru industrijali Ewropew. Minkejja l-aġilità tagħhom, l-MSMEs ħerqana għat-trasformazzjoni diġitali jiffaċċjaw diffikultajiet interni u esterni importanti: spejjeż, nuqqas ta’ infrastruttura b’veloċità għolja f’ċerti territorji, aċċess għal finanzjament, riżorsi umani, informazzjoni, taħriġ, eċċ. |
1.4. |
Il-KESE jappella biex l-MSMEs jingħataw għodod sempliċi u finanzjamenti aċċessibbli li jgħinuhom jintegraw din it-teknoloġija għalja li madankollu hija essenzjali biex tinżamm, u anke tissaħħaħ, il-kompetittività tagħhom. L-aċċess għal data ta’ kwalità u fi kwantitajiet suffiċjenti, kif ukoll fuq l-esperimentazzjoni fuq skala sħiħa, hija prijorità. |
1.5. |
Il-KESE jqis li assistenza effettiva għall-MSMEs fl-approprjazzjoni tagħhom tal-IA titlob rieda politika qawwija fil-livelli kollha, kollaborazzjoni mill-qrib mal-atturi kollha tas-soċjetà ċivili organizzata u djalogu soċjali ta’ kwalità tajba fl-Istati Membri. |
1.6. |
Il-varjetà tal-MSMEs f’setturi differenti titlob appoġġ tal-IA imfassal apposta u mmirat, kif ukoll leġiżlazzjoni intelliġenti u inklużiva, li huma essenzjali biex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-fiduċja. |
1.7. |
Il-KESE jirrakkomanda t-tixrid rapidu lill-atturi kollha kkonċernati u, bħala prijorità, lill-mexxejja tal-intrapriżi tal-għodda edukattiva rappreżentata mis-“sett ta’ għodod” inkluż fl-istudju ppubblikat mill-KESE dwar dan is-suġġett (2) u li jiddeskrivi l-istadji differenti fl-użu tal-IA mill-MSMEs. Dan il-kontenut huwa mfassal biex jitneħħew l-ansjetajiet li din it-teknoloġija tista’ tqajjem u biex jinbidlu l-perċezzjonijiet f’dan il-qasam. |
2. Kummenti ġenerali
2.1. |
L-istudju “Boosting the use of artificial intelligence in Europe’s micro, small and medium-sized enterprises”, ippubblikat mill-KESE, janalizza ħames setturi (l-agrikoltura, il-kostruzzjoni, il-kura tas-saħħa, is-servizzi legali u l-kontabbiltà) f’ħames Stati Membri: l-Italja, Franza, l-Irlanda, ir-Rumanija u l-Iżvezja. Ir-rakkomandazzjonijiet tas-“sett ta’ għodod” tiegħu huma aċċessibbli għal dawk li jfasslu l-politika u l-MSMEs. |
2.2. |
Ir-rapport tal-2021 dwar l-SMEs, ippubblikat f’Lulju li għadda mill-Kummissjoni Ewropea (KE) (3), jidentifika b’mod ċar ir-realtà tal-approprjazzjoni diġitali mill-MSMEs fis-27 pajjiż tal-Unjoni abbażi ta’ żewġ stħarriġiet, li saru matul l-ewwel fażi tal-pandemija, u fl-aħħar kwart tal-2020. |
2.3. |
Il-25 miljun MSMEs Ewropej, pilastri tal-ekonomija tal-UE b’madwar 100 miljun impjieg u kważi 57 % tal-PGD Ewropew, għandhom rwol ewlieni fil-ħolqien tal-valur, is-setturi kollha (mis-sengħa tradizzjonali indipendenti għall-ekonomija soċjali, jiġifieri 2,8 miljun stabbiliment, negozji ġodda ta’ teknoloġija avvanzata, eċċ.) u jitolbu appoġġ adattat u mmirat, kif ukoll leġiżlazzjoni intelliġenti u inklużiva, garanzija ta’ sigurtà legali, fiduċja u kwalità tal-ħajja għall-ħaddiema. |
2.4. |
Il-KESE jittama li l-miżuri meħuda mill-Kummissjoni u l-Istati Membri jkomplu jiġu implimentati b’mod konkret fuq il-post. Is-sett ta’ għodod imsemmi hawn fuq għandu jħeġġeġ lill-awtoritajiet pubbliċi biex jesperimentaw, b’kollaborazzjoni mas-soċjetà ċivili u l-intrapriżi kkonċernati, b’inizjattivi adattati. |
2.5. |
L-IA, garanzija għat-trasformazzjoni tal-industriji, ħafna drabi tibqa’ inaċċessibbli għall-MSMEs: l-aġilità tagħhom hija tabilħaqq imxekkla kemm minn diffikultajiet interni (riżorsi umani, spejjeż, aċċess għal data ta’ kwalità, eċċ.) kif ukoll esterni (aċċess għall-infrastruttura tal-broadband, finanzjamenti, informazzjoni, taħriġ, eċċ.). |
2.6. |
L-adozzjoni mifruxa tal-IA mill-MSMEs hija l-muftieħ għall-irkupru industrijali Ewropew (4), għaliex l-aktar vulnerabbli, dawk li jaħdmu għal rashom, il-mikrointrapriżi, l-istrutturi tal-familja jew l-intrapriżi ’l bogħod miċ-ċentri urbani, kif ukoll l-intrapriżi fl-ekonomija soċjali jistħoqqilhom attenzjoni partikolari biex tiġi evitata kull diskriminazzjoni, li r-riperkussjonijiet ekonomiċi u soċjali tagħha jkunu diżastrużi għall-UE kollha kemm hi. |
2.7. |
Il-ħolqien ta’ ambjent ta’ fiduċja huwa prijorità assoluta sabiex l-MSMEs jiġu inklużi fl-istrateġija tal-UE għall-eċċellenza u t-tmexxija. Dan jirrikjedi l-mobilizzazzjoni tal-atturi istituzzjonali kollha, mill-Kummissjoni Ewropea sal-gvernijiet nazzjonali u sal-istrutturi reġjonali u lokali, sabiex jiġu pprovduti għodod u għajnuna mmirati skont id-daqs u jiġu pprovduti appoġġ u garanziji għall-investiment. It-tnaqqis tad-distakk diġitali u l-integrazzjoni tan-networks biex jitnaqqas id-distakk bejn l-MSMEs u l-korporazzjonijiet kbar f’dak li jirrigwarda l-IA huma fundamentali. |
2.8. |
Il-fiduċja tiġi minn rieda politika qawwija għal kollaborazzjoni mill-qrib fil-livelli kollha: is-soċjetà ċivili organizzata, l-imsieħba soċjali, l-assoċjazzjonijiet, il-kmamar tal-kummerċ, l-organizzazzjonijiet professjonali, ir-raggruppamenti, eċċ., li jinsabu fuq il-post u huma magħrufa u rikonoxxuti kemm mill-impjegaturi kif ukoll mill-impjegati tal-MSMEs, u huma l-korpi ideali biex jinfurmaw lill-ħaddiema u lill-impjegaturi dwar ir-riskji u l-isfidi skont is-settur ta’ attività.. Dawn ilkoll għandhom il-ħiliet kollha biex jispiraw id-deċiżjoni politika fil-livelli kollha, sabiex din id-deċiżjoni tissodisfa l-ħtiġijiet tal-MSMEs fir-rigward tal-IA. Il-KESE jqis li l-Istati Membri jibbenefikaw mill-promozzjoni ta’ djalogu soċjali u kuntrattwali ta’ kwalità sabiex jimmassimizzaw l-effetti tal-politiki mmirati lejn l-MSMEs. |
2.9. |
L-importanza ta’ mira effettiva ta’ programmi Ewropej bħal Ewropa Diġitali u Orizzont Ewropa lejn l-MSMEs (5) b’valur probatorju. L-għodod kollha għandhom jiġu mmobilizzati f’forma sempliċi għall-użu. |
2.10. |
Is-sofistikazzjoni dejjem tiżdied tal-algoritmi taffettwa l-kwalità u l-protezzjoni tad-data, u s-sigurtà u t-trasparenza, u tagħti lok għal ħafna tħassib etiku (diskriminazzjoni, żieda fl-inugwaljanzi soċjali, dubji dwar l-awtonomija tad-deċiżjonijiet meħuda mill-bnedmin, eċċ.). Dawn l-isfidi, li jimponu l-akbar viġilanza fuq kulħadd, inklużi l-MSMEs, ma jistgħux idewmu l-adozzjoni tal-IA minn dawn tal-aħħar. |
2.11. |
Ħafna mir-rakkomandazzjonijiet tal-KESE huma appoġġjati mir-riżultati tal-istudju msemmi hawn fuq:
|
2.12. |
Il-KESE jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet tal-istudju msemmi hawn fuq, filwaqt li jenfasizza li dawn jirrikjedu rieda politika partikolarment attiva u kostanti:
|
2.13. |
Il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-istituzzjonijiet Ewropej għall-prinċipji ta’ azzjoni li ġejjin fir-rigward tal-IA:
|
3. Kummenti speċifiċi (13)
3.1. Agrikoltura
3.1.1. |
Is-settur agrikolu, li huwa sors ta’ MSMEs tal-familja (96 % tal-azjendi agrikoli fl-2016), jiffaċċja diversi sfidi: id-demografija, il-klima, l-attraenza u l-kompetittività. |
3.1.2. |
Fid-dawl tal-vantaġġi murija tal-IA u r-robotika f’dan is-settur, huwa mixtieq li jingħata appoġġ kontinwu lill-bdiewa u lill-impjegati tagħhom fl-akkumpanjament ta’ dawn il-bidliet, biex jiġu żviluppati taħriġ fil-kwistjoni u pedagoġija adegwata f’termini ta’ kondiviżjoni u aggregazzjoni tad-data (14), filwaqt li jiġu esplorati toroq ġodda f’termini ta’ qsim tal-ispejjeż bħal soluzzjonijiet kooperattivi. |
3.2. Kostruzzjoni
3.2.1. |
Dan is-settur li juża ħafna manodopera jista’ jibbenefika aktar mid-diġitalizzazzjoni: 36 % tal-kumpaniji tiegħu adottaw mill-inqas teknoloġija waħda tal-IA, meta mqabbla ma’ 42 % fis-setturi kollha. |
3.2.2. |
L-immudellar tal-informazzjoni tal-kostruzzjoni (jew BIM għal building information modelling), li huwa dejjem aktar importanti għas-settur u ntuża minn 29 % tal-intrapriżi fl-2016, jeħtieġ investimenti kbar fit-taħriġ u fl-iżgurar ta’ aċċess miftuħ u mhux diskriminatorju għal software tal-ippjanar elettroniku permezz ta’ interfaċċi miftuħa u standardizzati (“open BIM”) sabiex ma jiġix kompromess l-aċċess għas-suq għall-MSMEs. |
3.2.3. |
Il-karatteristiċi ta’ dan is-settur u l-potenzjal tiegħu jistgħu jkunu turija ta’ Ewropa ekoloġika u diġitalizzata jekk il-prerekwiżiti għall-iżgurar tal-aċċess għas-suq ikunu żgurati f’termini ta’ teknoloġija u ta’ liġi tal-akkwist pubbliku. |
3.3. Saħħa
3.3.1. |
Fis-settur tas-saħħa, aktar milli f’setturi oħrajn, l-innovazzjoni għandha tissodisfa r-rekwiżiti etiċi u ta’ sigurtà, mid-disinn sal-użu. L-iżvilupp ta’ settur tal-IA fis-saħħa jeħtieġ aċċess għal data suffiċjenti u ta’ kwalità. Esperjenzi territorjali tat-tip “sandbox” ikunu milqugħa biex jgħinu lill-MSMEs f’dan ir-rigward. |
3.3.2. |
Partikolarment preżenti fit-tagħmir mediku (95 % tat- 32 000 kumpanija fis-settur) u s-servizzi, l-MSMEs huma minn ta’ quddiem fl-innovazzjoni u l-produttività (47 % tal-kumpaniji diġà adottaw teknoloġija tal-IA). |
3.3.3. |
Madankollu, dawn jiffaċċjaw il-kost għoli tar-R&Ż u ċ-ċikli twal tal-innovazzjoni, proċeduri kumplessi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-qafas restrittiv tal-GDPR. |
3.3.4. |
Il-ħolqien ta’ spazju Ewropew ta’ data affidabbli dwar is-saħħa, kif ukoll ir-reklutaġġ ta’ impjegati “ibridi” li huma esperti fil-professjoni tagħhom u fit-tekniki diġitali, jippromovu l-ħolqien, inkluż fost l-MSMEs, ta’ soluzzjonijiet innovattivi, li jnaqqsu l-ispejjeż, u b’hekk is-sistemi tal-kura tas-saħħa jsiru aktar sostenibbli u reżiljenti (15). |
3.4. Professjonijiet liberi (16)
3.4.1. |
Minħabba n-natura sensittiva ħafna tad-data miżmuma minn professjonisti liberi, il-kwistjonijiet f’termini ta’ rispett għall-ħajja privata, kunfidenzjalità, trasparenza u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni huma partikolarment akuti f’dan is-settur. |
3.4.2. |
L-użu tal-AI għall-awtomatizzazzjoni tal-aktar kompiti tedjanti għandu jippermetti lill-professjonisti liberi jiffokaw mill-ġdid fuq il-qalba tal-professjoni tagħhom biex jissodisfaw aħjar il-ħtiġijiet tal-klijenti/pazjenti tagħhom. |
3.4.3. |
Kif enfasizzat fl-Opinjoni tal-KESE dwar “Professjonijiet liberi 4.0” (17), l-IA tistaqsi dwar ir-relazzjoni partikolari ta’ fiduċja bejn il-professjonist liberu u l-klijent tiegħu kif ukoll dwar il-kunċetti tal-indipendenza u tar-responsabbiltà professjonali. Dan jimplika b’mod partikolari reviżjoni tar-regoli etiċi billi jiġu integrati l-aspetti tekniċi u etiċi relatati mal-IA, u jiġu stabbiliti rekwiżiti ġodda f’termini ta’ taħriġ u ħiliet korrispondenti (sigurtà u kwalità tad-data, protezzjoni tad-data personali, ċibersigurtà, eċċ.). |
3.5. Parir legali
3.5.1. |
Minkejja tkabbir appoġġjat u indipendenti taċ-ċikli ekonomiċi (2,6 % fis-sena bejn l-2014 u l-2018), dan is-settur ra l-progress tiegħu jonqos minħabba l-problemi ta’ trasparenza u preġudizzju li affettwaw l-IA sa mill-bidu tagħha f’qasam fejn il-fiduċja tiddependi fuq il-kuntatt uman dirett. |
3.6. Kontabbiltà/kontroll tal-ġestjoni
3.6.1. |
Dan is-settur, fejn operaw 640 000 intrapriża fl-2018 fl-Ewropa, huwa ddominat mill-MSMEs. Peress li nofs il-kompiti tal-kontabbiltà jistgħu jiġu awtomatizzazzjoni, l-IA tirrappreżenta opportunità f’termini ta’ valur miżjud. U tkun tista’ tippermetti lill-professjonisti jiffokaw mill-ġdid fuq l-għoti ta’ pariri lill-utent. |
3.6.2. |
F’dawn iż-żewġ setturi, u b’mod partikolari biex jiġu evitati r-riskji tal-piraterija tad-data fit-tieni wieħed, il-formazzjoni ta’ profili ibridi li jgħaqqdu l-liġi jew il-kontabbiltà u l-informatika hija mixtieqa ħafna. |
Brussell, id-19 ta’ Jannar 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) ĠU C 517, 22.12.2021, p. 56.
(2) Is-sejħa għall-offerti tal-KESE nru CES/FSA/02/2020; awtur: Space Tec Partners.
(3) Ir-Rapport Annwali dwar l-SMEs Ewropej għall-2020/2021, il-Kummissjoni Ewropea, Lulju 2021.
(4) Opinjoni dwar ir-reviżjoni tal-pjan ikkoordinat tal-Kummissjoni dwar l-IA (ĠU C 517, 22.12.2021, p. 56).
(5) Opinjoni tal-KESE (ĠU C 429, 11.12.2020, p. 210).
(6) Dikjarazzjoni tal-10 ta’ Novembru 2021 mill-Kummissarju Thierry Breton.
(7) Ara: ĠU C 240, 16.7.2019, p. 51.
(8) Kif iddefinit fil-premessa 36 tal-proposta tal-Kummissjoni għal Att dwar il-Governanza tad-Data, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52020PC0767
(9) Ara l-Opinjoni tal-KESE (ĠU C 429, 11.12.2020, p. 1).
(10) Ara l-punti 4.7 u 4.8 tal-Opinjoni tal-KESE (ĠU C 429, 11.12.2020, p. 1).
(11) Ara: ĠU C 240, 16.7.2019, p. 51.
(12) Ara: ĠU C 240, 16.7.2019, p. 51.
(13) Dawn l-osservazzjonijiet speċifiċi jirriflettu s-setturi differenti analizzati fl-istudju ppubblikat mill-KESE msemmi hawn fuq.
(14) Il-bdiewa, li huma utenti kbar tad-data satellitari u tal-awtomatizzazzjoni, joqogħdu lura milli jikkondividu d-data tagħhom, skont ir-rapport “Intelligence artificielle – État de l’art et perspectives pour la France”, 2021.
(15) Ara l-Opinjoni tal-KESE ppubblikata fil-ĠU C 341, 24.8.2021, p. 76 u l-Opinjoni ppubblikata fil-ĠU C 517, 22.12.2021, p. 56 dwar “IA – Pjan ikkoordinat”, iżda wkoll ir-rapport ta’ prospettiva strateġika 2021 tal-Kummissjoni Ewropea.
(16) Iddefiniti kif ġej mill-QĠUE: il-professjonijiet liberi jinkludu attivitajiet li, fost affarijiet oħrajn, għandhom karattru intellettwali notevoli, jeħtieġu livell għoli ta’ kwalifika u huma normalment soġġetti għal regolamentazzjoni professjonali preċiża u stretta (is-sentenza C 267/99, I-7467, 2001).
12.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/7 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Strateġija għall-SMEs tal-ġenerazzjoni li jmiss — It-tisħiħ ta’ implimentazzjoni effettiva u rapida”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2022/C 194/02)
Relatur: |
Milena ANGELOVA |
Korelatur |
Panagiotis GKOFAS |
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
25.3.2021 |
Bażi legali |
Artikolu 32(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
Adottata fis-sezzjoni |
13.12.2021 |
Adottata fil-plenarja |
19.1.2022 |
Sessjoni plenarja Nru |
566 |
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
235/1/7 |
1. Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. |
L-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija tal-UE, għaldaqstant, l-irkupru ekonomiku jiddependi l-aktar minn kemm se jadattaw u joperaw b’suċċess fir-realtà l-ġdida ta’ wara l-pandemija, imsawra mill-bidliet profondi imposti mit-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali. Sabiex ikunu jistgħu mhux biss ikampaw, iżda wkoll jirnexxu, jikbru u jespandu b’suċċess, jagħtu spinta lill-ekonomija tal-UE, u joħolqu impjiegi ta’ kwalità u benesseri għaċ-ċittadini, l-SMEs jeħtieġu aktar sforzi mill-UE u mill-Istati Membri biex jipprovdulhom ambjent tan-negozju favorevoli u finanzjament u miżuri ta’ appoġġ adatti. |
1.2. |
Politika u qafas regolatorju adatti għall-futur għandhom jipprovdu ċertezza, konsistenza, ċarezza, u kundizzjonijiet ekwivalenti lill-SMEs, b’rispett għall-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar (1), u kontrolli tal-kompetittività meta tiġi introdotta kwalunkwe miżura politika ġdida jew meta jiġu riveduti miżuri politiki eżistenti, filwaqt li jinżamm livell għoli ta’ standard ta’ protezzjoni ambjentali u soċjali. Il-KESE jappella għal proċeduri amministrattivi simplifikati sabiex jiġi evitat li r-riżorsi jiffokaw fuq attivitajiet li jxekklu l-isforzi għall-iżvilupp tan-negozju. |
1.3. |
Il-KESE jtenni l-proposta tiegħu li jinħoloq u jiġi żviluppat network ta’ “Ombudsmen finanzjarji u ta’ finanzjament”, li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-miżuri mmirati lejn it-titjib fil-likwidità tal-SMEs fuq terminu ta’ żmien qasir. Network bħal dan: jippromovi l-aċċess tal-SMEs għall-fondi; jiġbor u janalizza data kwalitattiva biex isir jaf dwar jekk u kif il-banek intermedjarji jużaw strumenti finanzjarji sabiex jilħqu lill-SMEs l-aktar fil-bżonn ta’ riżorsi finanzjarji u r-raġuni għalfejn ma jingħatawx kreditu; u jista’ wkoll ikun medjatur għal tilwim aktar ġenerali bejn l-SMEs u l-fornituri ta’ servizzi finanzjarji u ta’ likwidità. Il-KESE jissuġġerixxi li l-KE u l-Istati Membri jfasslu u jimplimentaw malajr proċess ta’ applikazzjoni unika għall-SMEs, biex jiffaċilitaw u jaċċelleraw l-aċċess tagħhom għall-fondi tal-UE. |
1.4. |
Il-KESE jqis li l-operat fluwidu kemm tas-swieq interni kif ukoll tas-swieq internazzjonali huwa miżura ta’ politika importanti fuq terminu ta’ żmien qasir, u jistieden lill-Istati Membri jagħmlu sforz speċjali biex jipprovdu opportunitajiet lill-SMEs biex jitfgħu offerti għal kuntratti pubbliċi u jirbħuhom, u jħaffu l-investimenti pubbliċi b’mod ġenerali sabiex jiżdied il-fatturat tal-kumpaniji, flimkien ma’ applikazzjoni effettiva tad-Direttiva dwar il-Ħlas Tard (2). Il-KESE jilqa’ l-proposta tal-KE li testendi l-Qafas Temporanju għall-Għajnuna mill-Istat sa Ġunju 2022, li jipprovdi pont għal kundizzjonijiet ta’ wara l-COVID-19 ibbażati fuq is-suq. |
1.5. |
Il-KESE jisħaq li t-tisħiħ tal-kompetenzi u l-ħiliet, inklużi l-ħiliet diġitali u ekoloġiċi, huwa essenzjali għall-SMEs. Din il-ħtieġa tapplika kemm għall-imprendituri u l-maniġers tal-intrapriżi kif ukoll għall-ħaddiema. Id-domanda għal ħiliet ġodda tirrikjedi kemm aġġustament fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali kif ukoll titjib fi-ħiliet u taħriġ mill-ġdid ta’ ħiliet. Id-djalogu soċjali għandu rwol importanti fl-iżvilupp tal-ħiliet, u l-prattiki tajba tal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET) għandhom jiġu promossi u skambjati permezz ta’ inizjattivi rilevanti tal-UE f’kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tal-SMEs, l-imsieħba soċjali u l-Istati Membri. |
1.6. |
B’mod partikolari, l-intrapriżi mikro u żgħar, in-negozji tal-familja u tradizzjonali u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali jeħtieġu appoġġ prattiku fil-livell lokali, kampanji, għodod u pariri speċifiċi. Għandu jsir ħafna aktar biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta’ servizzi ta’ konsulenza suffiċjenti u applikabbli, anke bl-appoġġ indispensabbli tal-organizzazzjonijiet tal-SMEs. Il-KESE jilqa’ t-tnedija tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Soċjali (3) mill-KE. |
1.7. |
It-tisħiħ tan-networking, il-kooperazzjoni u s-sħubijiet ma’ negozji u partijiet ikkonċernati oħra jgħinu wkoll biex jitħaffu l-irkupru, id-diġitalizzazzjoni u l-kapaċità ta’ ekoloġizzazzjoni tal-SMEs, inkluż permezz tal-involviment mill-qrib tal-SMEs fit-tħejjija tal-perkorsi ta’ tranżizzjoni għall-ekosistemi industrijali. Minkejja li l-pandemija tal-COVID-19 tat spinta għall-adozzjoni tad-diġitalizzazzjoni għal dawk l-SMEs li huma minn ta’ quddiem fil-qasam diġitali, hija żiedet ukoll id-distakk diġitali għall-SMEs li għadhom lura. Hemm ukoll ħtieġa evidenti għal ħidma aktar fil-fond biex jiġu vvalutati l-opportunitajiet u l-isfidi li l-SMEs, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli bl-inqas riżorsi, jiffaċċjaw minħabba t-tranżizzjoni ekoloġika, u biex jiġi appoġġat is-suċċess tagħhom f’dan ir-rigward. Dan il-proċess jista’ jiġi ffaċilitat u assistit mill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-SMEs, u għal dan l-għan, għandhom jitfasslu u jiġu offruti miżuri speċjali ta’ appoġġ u finanzjament għal azzjonijiet konġunti lil dawn l-organizzazzjonijiet. |
1.8. |
Il-KESE jenfasizza r-rwol ċentrali tan-Network ta’ Rappreżentanti tal-SMEs, tan-Network Enterprise Europe (EEN) u tal-organizzazzjonijiet tal-SMEs fil-promozzjoni u fit-tixrid tal-informazzjoni dwar il-miżuri kollha ta’ appoġġ lill-akbar udjenza possibbli tal-SMEs, u jħeġġiġhom jiżviluppaw l-istrutturi u l-metodi ta’ ħidma tagħhom sabiex jissodisfaw aħjar dawn il-ħtiġijiet. Il-KESE jissuġġerixxi li r-relazzjonijiet bejn l-organizzazzjonijiet tal-SMEs fil-livell tal-UE u dak nazzjonali u n-Network ta’ Rappreżentanti għall-SMEs għandhom jissaħħu aktar, bil-għan li jinkiseb mudell aktar interattiv, fejn ikun hemm kemm rabta kostanti u diretta, kif ukoll konnessjoni konsistenti, mill-qrib u komprensiva mal-SMEs u mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, u fehim u għarfien aħjar tar-rwol tar-Rappreżentant għall-SMEs. Huma r-Rappreżentanti għall-SMEs li se jsarrfu u jfasslu l-politiki tal-UE f’miżuri konkreti u skemi ta’ appoġġ fl-Istati Membri rilevanti tagħhom u jadattaw il-miżuri prattiċi sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni partikolari ta’ kull SME, sabiex ħadd ma jitħalla jibqa’ lura. Il-KESE jistenna b’interess il-ħatra ta’ Rappreżentant tal-UE għall-SMEs sabiex verament imexxi dan il-proċess. |
2. Background
2.1. |
Il-KESE appella għall-elaborazzjoni ta’ “Strateġija tal-UE għall-SMEs tal-Ġenerazzjoni li Jmiss” li twieġeb għas-sitwazzjoni l-ġdida (4), hekk kif il-Kummissjoni Ewropea nediet l-istrateġija tal-UE għall-SMEs eżatt qabel ma faqqgħet il-pandemija tal-COVID-19 (5). Barra minn hekk, meta tiġi konkluża l-ħidma fuq il-QFP għall-perjodu 2021-2027 u fuq il-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza fl-ambitu tan-Next Generation EU, huwa importanti li jiġi vvalutat jekk l-għan li l-miżuri ta’ appoġġ għall-SMEs jitpoġġew fil-qalba ta’ dawn il-programmi kollha ntlaħaqx verament. Dan huwa partikolarment urġenti u importanti, peress li bosta rakkomandazzjonijiet u proposti li għamlu l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-SMEs għad iridu jiġu integrati aħjar fil-livell tal-UE, dak nazzjonali u reġjonali biex jiġi ssalvagwardjat it-twettiq fil-pront u b’suċċess. |
2.2. |
Din l-Opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-KESE tiffoka, billi tibni fuq l-Opinjoni preċedenti (6), u mingħajr ma tirrepeti r-rakkomandazzjonijiet tagħha, fuq kif il-ħtiġijiet ta’ promozzjoni u ta’ appoġġ tal-SME jistgħu jintlaħqu aħjar. Dawn il-ħtiġijiet jirriżultaw mhux biss mir-realtà l-ġdida ta’ wara l-COVID-19, iżda wkoll mill-fatt li l-SMEs tal-UE, li għandhom rwol importanti x’jaqdu fl-irkupru u r-reżiljenza tal-ekonomija u tas-soċjetà fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri, jeħtiġilhom jikkonformaw ma’ wieħed mill-oqfsa leġiżlattivi l-aktar ikkumplikati. It discusses how EU funds and other policy support measures help tap the potential of SMEs and what can be done to accelerate implementation and guarantee successful and swift delivery on the SME strategy, including possible adjustments based on recent experiences and developments. |
3. Sfidi, opportunitajiet u l-kapaċitajiet differenti tal-SMEs
3.1. |
L-SMEs jiffaċċjaw sfidi serji fir-rigward mhux biss tal-irkupru ekonomiku mill-pandemija u l-adattament għaċ-ċirkostanzi l-ġodda ta’ wara l-pandemija, iżda wkoll għat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali kif ukoll it-tibdil demografiku. Is-sitwazzjoni l-ġdida tiġġenera wkoll opportunitajiet għall-SMEs, speċjalment jekk ikun hemm miżuri ta’ appoġġ adegwati, imfassla apposta għad-differenzi sinifikanti fil-karatteristiċi tal-SMEs u l-kapaċitajiet tagħhom li jirkupraw, jiddiġitalizzaw u jsiru aktar ekoloġiċi (7). |
3.2. |
Il-pandemija biddlet l-ambjent operattiv tal-SMEs b’mod radikali, minħabba l-bidliet notevoli li kkawżat ukoll fis-swieq globali u ż-żieda fl-ispejjeż tal-enerġija u l-merkanzija, li dan l-aħħar ġew aggravati mill-inflazzjoni dejjem tiżdied u mir-rati negattivi tal-imgħax. Barra minn hekk, l-SMEs intlaqtu minn: tnaqqis fid-domanda u d-dħul mill-klijenti, b’impatt negattiv fuq il-fluss tal-flus u d-disponibbiltà tal-kapital, tfixkil fil-katina tal-provvista (nuqqas ta’ materja prima u żieda fil-prezzijiet), u sfidi relatati mal-ibbilanċjar tal-kapaċità, il-benesseri u d-diskrepanzi fil-ħiliet tal-impjegati. In-nuqqas ta’ likwidità, id-dewmien fil-pagamenti u ż-żieda fid-domanda għall-finanzjament huma wkoll sfidi kbar li ġew aggravati matul il-pandemija. |
3.3. |
L-SMEs huma diversi u eteroġeni ħafna u l-kapaċità tagħhom li jirkupraw u jiżviluppaw tvarja wkoll, skont jekk dawn jipproduċux prodotti u servizzi għas-swieq tal-konsumaturi, jew jipprovdux prodotti intermedji lil ditti akbar. Barra minn hekk, l-irkupru tal-SMEs li joperaw prinċipalment fil-livell nazzjonali jew saħansitra lokali jiddependi ħafna mir-rilanċ tal-kundizzjonijiet nazzjonali, filwaqt li dawk li jinnegozjaw fis-Suq Uniku huma affettwati mill-operat fluwidu tiegħu u dawk li joperaw fuq livell internazzjonali se jserrħu fuq it-tiswija, id-delokalizzazzjoni jew id-diversifikazzjoni tal-ktajjen tal-valur internazzjonali mfixkla u l-implimentazzjoni rapida tal-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles. |
3.4. |
Sfortunatament, il-livell ta’ diġitalizzazzjoni tal-SMEs tal-UE-27 huwa aktar lura minn dak tal-pari tagħhom fir-Renju Unit, fin-Norveġja, fl-Istati Uniti u fl-Asja. Għalkemm il-perjodu tal-pandemija għen biex titqajjem kuxjenza dwar is-sinifikat tad-diġitalizzazzjoni, il-pandemija aggravat ukoll id-distakk diġitali bejn dawk l-SMEs li jinsabu minn ta’ quddiem u l-oħrajn li jinsabu warajhom, u għad hemm il-problema ta’ nuqqas ta’ għarfien espert u ta’ riżorsi fi ħdan l-SMEs sabiex jibbenefikaw minnha, jiġifieri minħabba nuqqas ta’:
|
3.5. |
Is-sejbiet ta’ stħarriġ dwar l-SMEs jagħtu prova tal-validità tal-konklużjonijiet preċedenti tal-KESE (8), billi 72 % tal-SMEs huma tal-fehma li aċċess aħjar għall-iskemi ta’ appoġġ pubbliku jkun utli biex jippermettilhom isegwu d-diġitalizzazzjoni, flimkien ma’ appoġġ biex jinstabu l-ħiliet jew l-għarfien espert meħtieġa u jinkiseb aċċess għan-networks (għal 61 % u 62 %), u assistenza fil-ġbir ta’ fondi (50 %). L-SMEs kollha jibbenefikaw aktar minn għotjiet u finanzjament pubbliku sussidjat milli minn strumenti finanzjarji. |
3.6. |
L-assi tan-negozju intanġibbli, bħall-immaġni jew ir-relazzjonijiet fit-tul mal-klijenti biex jissodisfaw il-ħtiġijiet li qed jinbidlu u jiżdiedu b’mod kostanti u l-livell ogħla ta’ kompetizzjoni minħabba s-sostenibbiltà, huma wkoll dejjem aktar importanti għall-SMEs. Id-diġitalizzazzjoni u l-ekoloġizzazzjoni jimxu id f’id fis-sens li d-diġitalizzazzjoni tgħin lill-intrapriżi jagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi u jnaqqsu l-impatti ambjentali, filwaqt li l-impatti negattivi tad-diġitalizzazzjoni fuq il-klima u l-ambjent għandhom jiġu indirizzati wkoll, l-aktar f’livell usa’ tas-sistemi. |
3.7. |
Bosta SMEs qed jiffaċċjaw inċertezza u nuqqas ta’ għarfien u fehim tal-politiki speċifiċi dwar il-klima u l-ambjent, inkluż dwar ir-rekwiżiti tal-għodod finanzjarji l-ġodda kollha. Il-Patt Ekoloġiku u l-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”, fost l-oħrajn, jistgħu jaffettwaw lill-SMEs permezz ta’ rekwiżiti diretti, jew indirettament permezz ta’ żieda fl-ispejjeż tar-riżorsi, u titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-materjal u l-loġistika jista’ jirriżulta wkoll fi ffrankar tal-ispejjeż, u prodotti aktar sostenibbli jistgħu joħolqu benefiċċji fis-swieq, skont l-aspettattivi tal-konsumaturi. Iż-żieda fid-domanda nazzjonali u dik globali għat-teknoloġiji u s-soluzzjonijiet ambjentali u klimatiċi ovvjament hija opportunità għan-negozji li jipprovdu soluzzjonijiet lil negozji oħra jew lis-settur pubbliku. Hemm ukoll xejra ċara ta’ aspettattivi dejjem akbar dwar is-sostenibbiltà mill-investituri u l-finanzjaturi. |
3.8. |
Barra minn hekk, il-pożizzjoni ta’ SME fit-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali huwa affettwat minn dan li ġej:
|
3.9. |
Peress li l-imprendituri tal-UE qed jikbru fl-età, il-KE għandha tippromovi u tiffaċilita t-trasferimenti tan-negozji peress li huma ta’ benefiċċju għall-ekonomija kollha billi jiġu salvagwardjati l-impjiegi u l-kumpaniji, u għandha tgħin lill-SMEs jissodisfaw il-ħtiġijiet futuri, peress li jistgħu jfissru tħejjija u ħiliet aħjar għad-diġitalizzazzjoni, l-ekoloġizzazzjoni u t-tiġdid tan-negozju. Permezz ta’ trasferiment ta’ negozju ta’ suċċess, il-mudell ta’ negozju jista’ jiġi aġġornat u ttrasformat biex isir diġitali u sostenibbli, filwaqt li t-trasferimenti ta’ negozji li ma rnexxewx jew mhux realizzati fl-aħħar mill-aħħar iwasslu għat-telf ta’ impjiegi u ta’ tkabbir ekonomiku. Il-promozzjoni tad-diversità fl-intraprenditorija, pereżempju, biex jiġu inklużi n-nisa u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, tista’ ġġib valur miżjud u tħaffef it-tkabbir ta’ diversi setturi f’industriji strateġiċi u f’setturi tan-negozju. Il-mudelli tal-ekonomija soċjali bħal kooperattivi li huma proprjetà tal-ħaddiema għandhom ukoll rwol x’jaqdu. |
4. Prinċipji ewlenin għal Strateġija għall-SMEs tal-Ġenerazzjoni li Jmiss li tirnexxi
4.1. |
Il-KESE jistieden lill-KE u lill-Istati Membri jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-SMEs u jadattawha skont id-diversi kundizzjonijiet, kapaċitajiet u ħtiġijiet tal-SMEs, f’konformità mal-prinċipji stabbiliti hawn taħt. |
4.2. |
Kwalunkwe miżura li tagħti spinta lill-irkupru u r-reżiljenza fil-livell tal-UE u dak nazzjonali għandha tippromovi żvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli. Għalkemm l-investiment pubbliku u l-finanzjament għandhom rwol essenzjali, dawn ma jridux joskuraw l-importanza tal-investiment privat u l-ħtieġa ta’ ambjent tan-negozju favorevoli, speċjalment fi żminijiet meta l-proċessi ta’ tfixkil iridu jiġu rregolati kif suppost ukoll. Bħala regola ġenerali, il-miżuri ta’ politika tal-UE għandhom iwasslu għal ekonomija sostenibbli wara l-pandemija, ibbażata fuq l-innovazzjoni, il-ħiliet u l-kompetizzjoni, aktar milli fuq l-għajnuna mill-Istat u l-protezzjoniżmu. |
4.3. |
Peress li n-negozji għandhom rwol ekonomiku u soċjetali vitali billi jiġġeneraw l-impjiegi u jtejbu l-benesseri ġenerali, il-miżuri ta’ appoġġ li jippermettulhom li jirnexxu jridu jkunu fil-qalba tal-politiki tal-UE. Din is-sejħa hija ġġustifikata wkoll mill-fatt li n-negozji huma atturi ewlenin fil-kisba kemm tat-tranżizzjonijiet doppji kif ukoll tal-objettiv ta’ ekonomija kompetittiva, diġitali, newtrali għall-klima u ċirkolari. Il-mekkaniżmi tas-suq qegħdin dejjem aktar imexxu dan l-iżvilupp, appoġġjati minn djalogu soċjali responsabbli. |
4.4. |
Meta jitqies li l-SMEs jammontaw għal 53 % tal-valur miżjud u 65 % tal-impjiegi ġġenerati min-negozji kollha fl-UE (fl-2020), ir-rwol kruċjali tagħhom fl-ekonomija tal-UE u l-irkupru b’suċċess tagħha huwa inkontestabbli. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet partikolari tal-mikrointrapriżi (93 % tal-SMEs kollha) u biex jissaħħaħ ir-rwol tagħhom bħala l-mutur ewlieni tal-ekonomija soċjali. Peress li l-SMEs u l-kumpaniji l-kbar huma interkonnessi b’ħafna modi, l-integrazzjoni aktar effiċjenti fl-ekosistemi u fil-ktajjen tal-valur rilevanti hija ta’ benefiċċju reċiproku. |
4.5. |
Billi l-SMEs ivarjaw ħafna fil-kapaċitajiet tagħhom tal-irkupru, id-diġitalizzazzjoni u l-ekoloġizzazzjoni, ma hemm l-ebda soluzzjoni waħda tajba għal kulħadd. Il-miżuri ta’ appoġġ għandhom iqisu li l-kapaċità ġenerali tal-SMEs tiddependi min-natura, il-firxa u l-kawża tat-telf tal-intrapriża matul il-pandemija (ta’ spiss speċifiċi għas-settur); il-pożizzjoni tal-intrapriża fis-swieq, fil-ktajjen tal-valur u fl-ekosistemi tan-negozju; ir-rwol u l-livell tal-intrapriża fit-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali; ir-riżorsi finanzjarji, fiżiċi u umani tal-intrapriża; u l-ambjent operattiv fl-Istat Membru inkwistjoni. |
4.6. |
Peress li l-implikazzjonijiet fuq terminu ta’ żmien qasir tal-pandemija għadhom ma ġewx indirizzati, xorta għadu importanti li n-negozji b’saħħithom jiġu megħjuna jkampaw fis-sitwazzjoni attwali. Fl-istess ħin, il-kundizzjonijiet li jippermettu u jappoġġjaw it-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġital fit-tul jeħtieġ li jissaħħu minnufih. Għaldaqstant, l-SMEs għandhom ikunu fil-qalba tal-implimentazzjoni ta’ finanzjament mill-UE, kemm fuq terminu ta’ żmien qasir kif ukoll fuq terminu ta’ żmien medju u twil, u ta’ miżuri ta’ politika oħra. |
4.7. |
Il-kriżi tal-COVID-19 enfasizzat il-ħtieġa li jingħata appoġġ lin-negozji u lill-imprendituri li jinsabu f’diffikultà finanzjarja sabiex jiġu evitati fallimenti bla bżonn u jiġu salvati l-impjiegi. Il-KESE jistieden lill-KE u lill-Istati Membri biex ikomplu l-ħidma tagħhom fir-rigward tat-tneħħija tal-ostakli li jimpedixxu lill-intraprendituri milli jkollhom it-tieni opportunità u li jibdew mill-ġdid, u biex jimplimentaw malajr u kif suppost id-Direttiva dwar ir-ristrutturar u l-insolvenza (9), li tħeġġeġ lill-Istati Membri joħolqu sistemi ta’ twissija bikrija biex jippermettu għajnuna f’waqtha lill-imprendituri li jinsabu f’diffikultà. |
5. Noħolqu ambjent tan-negozju sod
5.1. |
L-istrateġija għall-SMEs hija marbuta mill-qrib mal-istrateġija industrijali, u dawn għandhom jiġu żviluppati u implimentati simultanjament f’termini tal-ħolqien ta’ kundizzjonijiet favorevoli għan-negozju, inkluż suq uniku ta’ prodotti, servizzi, kapital, data u persuni li jiffunzjona tajjeb, tranżizzjoni doppja bla xkiel, u l-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE fis-setturi industrijali ewlenin u fil-ktajjen tal-valur relatati tal-SMEs. L-involviment mill-qrib tal-SMEs fit-tħejjija tal-perkorsi ta’ tranżizzjoni għall-ekosistemi industrijali huwa essenzjali. |
5.2. |
L-Istati Membri jistgħu jgħinu biex jaċċelleraw l-iżvilupp tal-SMEs billi jipprovdulhom aktar opportunitajiet biex jagħmlu offerti għal kuntratti pubbliċi u jirbħuhom, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali, u billi jħaffu l-investimenti pubbliċi b’mod ġenerali sabiex il-fatturat tal-kumpaniji involuti jingħata spinta aktar malajr. Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva dwar il-Ħlas Tard fir-rigward tal-ħlasijiet mill-amministrazzjonijiet pubbliċi lin-negozji, jirrikjedu infurzar aktar rigoruż u għandhom jiġu previsti rimedji ġodda, immirati wkoll lejn l-aċċellerazzjoni tat-tranżazzjonijiet fost il-kumpaniji privati. Żieda fil-veloċità tal-ħlasijiet tista’ tkompli ttejjeb il-likwidità tal-SMEs. |
5.3. |
Ir-rikonoxximent reċiproku tal-merkanzija jista’ jiżgura l-moviment liberu tal-merkanzija fl-UE, iżda ħafna SMEs għadhom jiffaċċjaw diffikultajiet biex jidħlu fis-suq ta’ Stati Membri oħra minħabba proċeduri amministrattivi nazzjonali onerużi. Il-KESE jenfasizza s-sinifikat tal-istandardizzazzjoni fit-tneħħija tal-ostakli tas-suq u fl-iffaċilitar tal-attivitajiet transfruntiera. Il-parteċipazzjoni effettiva tal-partijiet interessati bħall-SMEs għandha tiġi promossa aktar fil-proċessi ta’ standardizzazzjoni, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak internazzjonali. L-istandards għandhom jitfasslu b’mod li jiffavorixxi lill-SMEs, u għandhom jingħataw appoġġ u gwida għall-applikazzjoni tal-istandards fl-SMEs. |
5.4. |
Il-kummerċ internazzjonali għandu rwol importanti fit-tisħiħ tat-tkabbir u l-iżvilupp tan-negozji u tal-ekonomija tal-UE. Minbarra li jiġu indirizzati l-ostakli relatati mal-pandemija, għandhom jitkomplew in-negozjati bilaterali u multilaterali fit-tul għal kummerċ miftuħ u bbażat fuq ir-regoli biex jittejbu l-aċċess għas-suq, l-internazzjonalizzazzjoni u t-tkabbir tal-SMEs. |
5.5. |
Sabiex tkun tista’ tikseb l-objettivi tagħha, filwaqt li tindirizza diversi sfidi f’termini tal-ispejjeż u t-trasparenza, l-Istrateġija għall-SMEs tal-Ġenerazzjoni li Jmiss trid tkun akkumpanjata minn qafas regolatorju inkoraġġanti u ta’ abilitazzjoni, li jippromovi l-irkupru effiċjenti u rapidu tal-SMEs u l-iżvilupp u l-kapaċità tagħhom li jimpjegaw. Il-KESE jenfasizza li l-qafas regolatorju u ta’ politika jeħtieġ li jipprovdi lill-SMEs b’ċertezza, konsistenza u ċarezza, biex jikkonformaw mal-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar (10), inklużi kontrolli tal-kompetittività u valutazzjoni tal-impatti kumulattivi ta’ diversi inizjattivi, u biex jimplimentaw bis-sħiħ l-“iSmall Business Act” għall-Ewropa u l-prinċipju ta’ darba biss, filwaqt li jinżamm standard għoli ta’ protezzjoni ambjentali u soċjali u jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni. Ir-regolament irid jikkunsidra wkoll id-daqs tal-kuntest li fih l-impriżi joperaw, u b’hekk jivvaluta jekk xi regoli speċifiċi għandhomx ikunu l-istess għall-kumpaniji kollha, jew għandhomx jitfasslu apposta skont id-daqs tal-kumpaniji. Il-KESE jappella wkoll għal proċeduri amministrattivi semplifikati sabiex jiġi evitat li r-riżorsi jiffokaw fuq attivitajiet li ma jtejbux iżda minflok ifixklu l-isforzi għall-iżvilupp tan-negozju. |
5.6. |
Il-koordinazzjoni aħjar tal-miżuri bejn l-Istati Membri fis-suq uniku matul ċirkostanzi mhux previsti bħall-pandemija hija meħtieġa biex jiġi żgurat il-fluss liberu ta’ oġġetti, servizzi u ħaddiema, kif ukoll il-kontinwità tan-negozju tal-SMEs. L-inizjattiva li jmiss dwar l-Istrument għas-Suq Uniku f’Emerġenza hija bażi importanti għal din il-ħidma. |
5.7. |
Il-KESE jemmen li għall-SMEs bi grad għoli ta’ assimetrija fl-informazzjoni bejn il-fornitur tas-servizz u l-klijent u għal servizzi fejn il-fornitur tas-servizz jaġixxi bħala kustodju tal-klijent (eż. il-professjonijiet liberi), ir-regolamentazzjoni professjonali tista’ tipproteġi s-sikurezza, l-indipendenza u l-kwalità tas-servizzi, filwaqt li d-distorsjonijiet tas-suq, inklużi l-ostakli transfruntiera li jista’ jkun hemm għandhom jiġu miġġielda wkoll. |
5.8. |
Sabiex ikun jista’ jsir użu minn soluzzjonijiet diġitali u ekoloġiċi, għandu jkun hemm infrastruttura fiżika adegwata bi prezz raġonevoli fis-siti tan-negozju kollha, inklużi ż-żoni rurali u remoti. Filwaqt li l-investiment f’konnessjonijiet diġitali effiċjenti u f’sistemi sostenibbli tat-trasport u l-enerġija huwa utli fi kwalunkwe ċirkostanza, dan jagħti wkoll spinta lill-irkupru. |
6. Appoġġ finanzjarju u appoġġ ieħor
6.1. |
Il-ħtiġijiet addizzjonali tal-SMEs f’termini ta’ appoġġ finanzjarju u appoġġ ieħor jirriżultaw l-aktar mill-kapaċità mnaqqsa tagħhom ta’ rkupru, diġitalizzazzjoni u ekoloġizzazzjoni minħabba r-riżorsi limitati tagħhom. Il-kriżi kkawżata mill-COVID-19 issa hija msaħħa mill-inflazzjoni li qed tiżdied, li hija kkawżata wkoll miż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija. Għalhekk, il-KESE jisħaq fuq l-importanza li jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju u mhux finanzjarju rilevanti u jittama li l-Istati Membri, filwaqt li jqisu r-riżorsi u l-kapaċitajiet diverġenti tagħhom biex jappoġġjaw lill-kumpaniji, japprovaw malajr il-proposta biex jiġi estiż il-Qafas Temporanju għall-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat (11), billi jaġixxu bħala pont għall-kundizzjonijiet ta’ wara l-COVID-19 ibbażati fuq is-suq. |
6.2. |
Fl-allokazzjoni tal-appoġġ finanzjarju pubbliku, trid tingħata attenzjoni biex jiġi evitat li r-rebbieħa jkunu magħżula minn qabel jew li jiġu appoġġjati negozji mhux vijabbli, minħabba li huma l-kompetizzjoni u s-swieq li għandhom jiddeterminaw liema negozji jirnexxu. Minflok, l-allokazzjoni tal-fondi għandha tqis il-kundizzjonijiet u t-tipi differenti ta’ SMEs u b’hekk l-appoġġ ikun aktar effiċjenti u mmirat aħjar biex jissodisfa l-ħtiġijiet inkwistjoni. |
6.3. |
Il-KESE jtenni l-proposta tiegħu li jinħoloq u jiġi żviluppat network ta’ Ombudsmen finanzjarji u ta’ finanzjament fl-Istati Membri, ikkoordinat mill-UE, u jissuġġerixxi l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni biex ikopri s-sorsi kollha ta’ finanzjament. Il-KESE ppropona wkoll li titwaqqaf task force dwar il-likwidità tal-SMEs, li taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ombudsmen biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-miżuri l-ġodda tal-Kummissjoni Ewropea mmirati lejn il-likwidità tal-mikrointrapriżi fuq terminu ta’ żmien qasir, li ġew proposti fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri. Minbarra li jgħin lill-SMEs jaċċessaw il-fondi, in-network jista’ wkoll jgħin lill-KE tiġbor u tanalizza data kwalitattiva biex tifhem kif il-banek intermedjarji jużaw l-istrumenti finanzjarji biex jilħqu lill-SMEs li l-aktar għandhom bżonn riżorsi finanzjarji u għaliex ma jingħatawx kreditu, skont il-prinċipji li jirregolaw ir-reazzjonijiet mill-banek. In-network għandu wkoll isolvi tilwim aktar ġenerali bejn l-SMEs u l-banek, fornituri oħra ta’ servizzi finanzjarji u likwidità u korpi oħra ta’ finanzjament. |
6.4. |
L-investiment fl-innovazzjoni huwa bla dubju ta’ benefiċċju, peress li jikkontribwixxi kemm għall-iżvilupp tan-negozji attwali kif ukoll għall-ħolqien ta’ oħrajn ġodda u għat-tisħiħ tas-suċċess fit-tul. Minbarra li jiffoka fuq ċerti ekosistemi ta’ innovazzjoni, il-finanzjament għall-innovazzjoni għandu jsaħħaħ l-iżvilupp ta’ teknoloġiji u soluzzjonijiet li jistgħu jiżdiedu u jiġu adottati minn varjetà wiesgħa ta’ SMEs. Huwa meħtieġ l-involviment ta’ diversi atturi: riċerkaturi, imprendituri u utenti finali jew klijenti biex ideat riskjużi, iżda innovattivi jinbidlu f’azzjoni. Madankollu, l-iskemi ta’ appoġġ tal-UE ffinanzjati minn Orizzont Ewropa u InvestEU huma kumplessi wisq għal xi SMEs biex japplikaw għalihom, anke jekk jitqiesu li huma eliġibbli. L-UE tista’ tegħleb din l-isfida billi tnaqqas il-piżijiet u l-ostakli fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-ideat mill-SMEs u billi tipprovdi konsulenza u appoġġ kostanti matul il-proċess kollu lill-applikanti magħżula. Il-KESE jissuġġerixxi li l-KE u l-Istati Membri jfasslu u jimplimentaw malajr proċess ta’ applikazzjoni unika għall-SMEs, biex jiffaċilitaw u jaċċelleraw l-aċċess tagħhom għall-fondi tal-UE. |
6.5. |
Ħafna programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni jagħmlu użu mir-regoli li għadhom kif ġew introdotti u minn flessibbiltà akbar biex jirristrutturaw l-allokazzjonijiet tagħhom għal setturi u reġjuni li ntlaqtu l-aktar mill-pandemija. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiggarantixxi li l-allokazzjonijiet marbuta mal-innovazzjoni u t-tranżizzjoni doppja ma jonqsux, b’mod li jaffettwa l-investimenti tal-SMEs fl-infrastruttura, il-kapaċità diġitali, u r-reżiljenza ambjentali. |
6.6. |
It-tisħiħ tal-kompetenzi u tal-ħiliet huwa qasam ieħor għal investimenti orjentati lejn il-futur li għandu jingħata prijorità. Il-ħtieġa tal-iżvilupp tal-ħiliet tapplika bl-istess mod għall-intraprendituri, għall-maniġers tal-intrapriżi u għall-ħaddiema. Iridu jiġu żgurati ħiliet vokazzjonali xierqa biex jintlaħqu kemm il-ħtiġijiet attwali kif ukoll dawk futuri tal-SMEs. Sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet tat-tranżizzjoni doppja, il-ħiliet diġitali u ekoloġiċi għandhom jitqiesu bħala ħiliet bażiċi għal kulħadd. Sabiex tiġi ssodisfata d-domanda għal ħiliet ġodda huwa meħtieġ li jkun hemm kemm aġġustament fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali kif ukoll l-organizzazzjoni ta’ titjib fil-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid ta’ ħiliet. Id-djalogu soċjali għandu rwol importanti fl-iżvilupp tal-ħiliet fil-postijiet tax-xogħol, u l-prattiki tajba tal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET) għandhom jiġu promossi u skambjati permezz ta’ inizjattivi rilevanti tal-UE f’kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tal-SMEs, l-imsieħba soċjali u l-Istati Membri. |
6.7. |
L-intrapriżi mikro u żgħar, b’mod partikolari, jeħtieġu appoġġ u pariri prattiċi fil-livell lokali li huma intrinsikament marbuta mal-kapaċità tagħhom relatata mar-riżorsi. Għandu jsir ħafna aktar biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta’ servizzi ta’ konsulenza suffiċjenti u applikabbli kemm għal skopijiet fuq terminu ta’ żmien itwal kif ukoll ta’ kuljum, inkluż l-adozzjoni ta’ teknoloġiji moderni, l-iżvilupp ta’ ħiliet u prestazzjoni mtejba tan-negozju. Il-KESE jappella wkoll li jiġu żviluppati kampanji u għodod speċifiċi speċjalment għall-mikrointrapriżi, li jikkostitwixxu l-akbar u l-aktar parti vulnerabbli tal-SMEs. |
6.8. |
Sabiex jinftiehmu l-ħtiġijiet prattiċi tal-SMEs u biex il-miżuri jiġu mmirati b’mod tajjeb, hemm bżonn ta’ bażi ta’ data solida dwar il-kundizzjonijiet fil-livell lokali. Huwa importanti wkoll li dawk li jfasslu l-politika fil-livelli kollha jżommu rabtiet mal-ħajja prattika u ċ-ċirkostanzi tal-SMEs. Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tkompli ssaħħaħ in-Network ta’ Rappreżentanti tal-SMEs lejn mudell aktar interattiv, fejn ikun hemm rabta kostanti, diretta u kemm jista’ jkun aktar mill-qrib u komprensiva, u konnessjoni konsistenti mal-SMEs u mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-SMEs u jappoġġjaw lin-networks, bħall-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati rilevanti. Barra minn hekk, il-KESE jitlob lill-Kummissjoni Ewropea taħtar u tniedi b’mod urġenti l-ħidma ta’ Rappreżentant tal-UE għall-SMEs, li jeħtieġ status operattiv, mhux biss figurattiv, fl-istituzzjonijiet. Il-KESE jissottolinja r-rwol ċentrali tan-network ta’ Rappreżentanti għall-SMEs, tal-Network Enterprise Europe u tal-organizzazzjonijiet tal-SMEs biex jippubbliċizzaw il-miżuri ta’ appoġġ kollha b’mod kemm jista’ jkun wiesa’, sabiex l-informazzjoni tinxtered lill-akbar udjenza possibbli tal-SMEs. |
6.9. |
In-networking, il-kooperazzjoni u s-sħubijiet ma’ negozji u partijiet ikkonċernati oħra jibqgħu jkunu modi oħra ta’ kif tiżdied il-kapaċità tal-irkupru, id-diġitalizzazzjoni u l-ekoloġizzazzjoni tal-SMEs. Dan għandu jkun wieħed mill-għanijiet ewlenin tat-tisħiħ tal-innovazzjoni u l-ekosistemi tan-negozju, u l-KESE jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rwol u n-network taċ-Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali, u li l-pjattaformi online jkunu aċċessibbli faċilment u ta’ appoġġ għall-SMEs. Id-diġitalizzazzjoni hija kruċjali wkoll fin-negozju ta’ kuljum, peress li tiffaċilita n-networking u tagħmilha possibbli għall-SMEs li jinteraġixxu b’mod aktar wiesa’ u aktar mill-qrib mal-klijenti, l-investituri, l-imsieħba fin-negozju, l-imsieħba soċjali, ir-riċerkaturi, l-edukaturi u l-awtoritajiet pubbliċi. |
6.10. |
Il-KESE identifika l-prinċipji li ġejjin li għandhom jiġu kkunsidrati fl-iżvilupp ta’ kwalunkwe programm ġdid ta’ diġitalizzazzjoni tal-SMEs, u dawn jistgħu jiġu applikati wkoll għall-miżuri kollha ta’ appoġġ għall-SMEs:
|
Brussell, id-19 ta’ Jannar 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) ĠU C 517, 22.12.2021, p. 45, punt 3.6.3.
(3) https://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=en&catId=89&newsId=10117&furtherNews=yes#navItem-1.
(4) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 210.
(5) COM(2020) 103 final.
(6) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 210.
(8) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 210, u Opinjonijiet preċedenti.
(9) ĠU L 172, 26.6.2019, p. 18.
(10) ĠU C 517, 22.12.2021, p. 45, punt 3.6.3.
(11) Magħmul fit-30.9.2021 – biex jiġi estiż b’sitt xhur oħra.
12.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/14 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “EURES — għal integrazzjoni aħjar tas-swieq tax-xogħol”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2022/C 194/03)
Relatur:
Dimitar MANOLOV
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
20.2.2020 |
Bażi legali |
Artikolu 32(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
Sezzjoni responsabbli |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
Adottata fis-sezzjoni |
16.12.2021 |
Adottata fil-plenarja |
19.1.2022 |
Sessjoni plenarja Nru |
566 |
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
237/1/5 |
1. Rakkomandazzjonijiet u konklużjonijiet
1.1. |
Il-KESE jħeġġeġ inizjattivi fil-livell Ewropew u lokali li jiżviluppaw suq tax-xogħol Ewropew aktar adattabbli u aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha, irrispettivament min-nazzjonalità, il-ġeneru, l-età jew l-istatus soċjali. It-trasparenza u l-aċċessibbiltà tas-servizzi ta’ informazzjoni, konsulenza u intermedjazzjoni fis-suq tax-xogħol huma kruċjali għat-tisħiħ u l-iżvilupp tas-suq tax-xogħol Ewropew. Il-portal EURES, li tnieda fl-1994, malajr sar għodda familjari li għandha l-għan li tipprovdi aċċess ugwali għal informazzjoni, konsulenza u intermedjazzjoni ta’ kwalità tajba, sistemi effiċjenti u siguri għall-iskambju elettroniku ta’ data bejn dawk li qed ifittxu impjieg u l-impjegaturi, u t-titjib tal-feedback dwar il-proċessi li jakkumpanjaw kollokament f’impjieg f’pajjiż ieħor bejn l-impjegaturi, dawk li qed ifittxu impjieg u l-istituzzjonijiet. Madankollu, il-bidliet soċjoekonomiċi li seħħew fl-UE u fiż-ŻEE matul dawn il-kważi 27 sena jitolbu t-titjib ta’ dawn is-servizzi, u aktar ċarezza u viżibbiltà tal-prestazzjoni reali tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi. Dan it-titjib jista’ jsir abbażi ta’ deskrizzjoni ta’ perkorsi futuri għall-iżvilupp ulterjuri ta’ attivitajiet ta’ informazzjoni, konsulenza u intermedjazzjoni jew bidliet fihom, appoġġ għat-tnaqqis tal-iżbilanċi fis-suq tax-xogħol Ewropew, kif ukoll l-indirizzar ta’ prattiki abbużivi u mhux regolati fil-qasam tal-intermedjazzjoni tal-impjiegi. Iċ-ċirkustanzi l-ġodda wara l-Brexit, kif ukoll il-pandemija tal-COVID-19, l-ambjent soċjoekonomiku dinamiku fl-UE u fiż-ŻEE, u l-inklużjoni tal-EURES fl-attivitajiet tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, jitolbu wkoll qari aġġornat tal-qafas regolatorju tal-EURES. Jeħtieġ ukoll li jitqies il-fatt li, sa mill-ħolqien tiegħu, il-EURES ma kien soġġett għall-ebda bidla sostanzjali biex ir-rwoli u l-attivitajiet tiegħu jiġu aġġornati fil-ħin. |
1.2. |
Il-KESE jirrakkomanda analiżi komprensiva tar-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Fil-kuntest tal-attivitajiet tiegħu, aħna nemmnu li n-network għandu l-potenzjal li jipprovdi aktar informazzjoni analitika u jwettaq monitoraġġ tal-proċessi relatati mal-mobilità tal-forza tax-xogħol. Permezz tal-portal elettroniku tiegħu, in-network jista’ jipprovdi informazzjoni u konsulenza konsolidati lil dawk li qed ifittxu impjieg u lil impjegaturi fuq skala ħafna akbar minn dik attwali. Bis-saħħa tal-inkorporazzjoni tal-EURES fl-attivitajiet tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, l-attivitajiet tan-network jistgħu jiġu estiżi u ottimizzati sabiex jiġi massimizzat l-output tar-riżorsi umani u finanzjarji investiti fih. |
1.3. |
Il-KESE jitlob li titnieda konsultazzjoni pubblika dwar il-modernizzazzjoni tan-network u l-portal EURES, kif ukoll li ssir evalwazzjoni tal-effettività tas-servizzi pprovduti, li għandha titwettaq f’kooperazzjoni mal-imsieħba soċjali kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak Ewropew. Dan se jipprovdi l-bażi u l-pjattaforma meħtieġa għal żvilupp ulterjuri tan-network, bl-involviment attiv tal-partijiet kollha involuti fil-proċess. |
1.4. |
Il-KESE jemmen li hija meħtieġa analiżi sistematika u dettaljata tal-attivitajiet tan-network EURES, fid-dawl tal-inklużjoni tiegħu fil-mekkaniżmu ġenerali ta’ azzjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol. Li n-network ikun jagħmel parti mill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol itejjeb il-potenzjal u l-opportunitajiet tiegħu biex ikompli jiżviluppa l-attivitajiet tiegħu fil-ġlieda kontra l-prassi ħażina fis-suq tax-xogħol u biex jiffaċilita u jinforma aħjar lill-utenti dwar il-mobilità tal-forza tax-xogħol u l-isfidi relatati. In-network EURES jipprovdi mezz ta’ kwalità tajba għal informazzjoni sistematizzata u jista’ jkollu rwol aktar attiv fil-prevenzjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll tar-riskju ta’ abbuż tad-drittijiet tax-xogħol b’rabta mal-mobilità transfruntiera. L-iżvilupp ta’ sistemi aċċessibbli għall-pubbliku għall-monitoraġġ ta’ proċessi assoċjati mal-COVID-19 li jaffettwaw id-dinamika tas-suq tax-xogħol Ewropew, kif ukoll proċessi li jirriflettu prattiki mhux regolati minn intermedjarji u atturi tas-suq tax-xogħol u li jixħtu dawl fuqhom, ikollu valur miżjud sinifikanti għall-attivitajiet tan-network EURES. |
1.5. |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni b’mod partikolari għas-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol fl-Ewropa li qed tinbidel b’rata mgħaġġla, ikkawżata mill-pandemija tal-COVID-19. Jeħtieġ li l-Istati Membri jsegwu l-algoritmi mfassla biex jindirizzaw il-kriżi soċjali li qed tevolvi u jiżviluppaw ukoll approċċi innovattivi biex jindirizzaw l-isfidi. Il-pjattaforma tal-EURES għandha tkun lesta li tirreaġixxi immedjatament b’miżuri konkreti f’każ ta’ pandemija jew fil-każ ta’ restrizzjonijiet u sfidi ġodda għall-moviment liberu tal-forza tax-xogħol. F’dan il-kuntest, għandhom jiġu żviluppati wkoll miżuri biex titjieb l-integrazzjoni tal-gruppi soċjali l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol, bħall-persuni b’diżabilità, il-persuni tal-età ta’ qabel l-irtirar u ż-żgħażagħ, inkluż permezz ta’ djalogu u kooperazzjoni mtejba bejn id-diversi istituzzjonijiet ikkonċernati u l-imsieħba soċjali. |
1.6. |
F’sitwazzjoni ta’ pandemija, wieħed mill-iżjed oqsma affettwati tas-suq tax-xogħol huma l-ħaddiema staġjonali. Element importanti fid-deċiżjoni infurmata biex wieħed jidħol f’impjieg f’pajjiż li mhuwiex tiegħu stess huwa l-għoti ta’ informazzjoni dettaljata lil dawk li qed ifittxu impjieg mill-impjegatur potenzjali dwar il-miżuri kollha biex jiġu indirizzati l-kumplikazzjonijiet għall-impjieg transfruntier staġjonali minħabba l-COVID-19. Il-KESE jħoss ukoll li jkun utli li titwettaq reviżjoni kwalitattiva tal-organizzazzjoni u l-mudell tal-avviżi ppubblikati, sabiex il-kwalità tingħata prijorità iktar mill-ammont ta’ informazzjoni ppubblikata. |
1.7. |
Il-KESE jirrakkomanda l-użu tal-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol (EURES) ukoll bħala mezz għal inizjattivi relatati mal-mobilità edukattiva u t-titjib tal-ħiliet ta’ gruppi differenti fis-suq tax-xogħol. Aħna nemmnu li tali mudell ikun ta’ profitt u fattibbli bl-użu tar-riżorsi u l-kwalità tal-EURES, fil-qafas tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol. |
2. Kummenti speċifiċi
2.1. |
Il-KESE japprezza l-portal Ewropew dwar il-mobilità fix-xogħol EURES bħala għodda vitali fil-proċess tat-trasformazzjoni tas-suq tax-xogħol Ewropew, kif ukoll jirrikonoxxi r-rwol essenzjali tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi fl-implimentazzjoni tiegħu. Il-KESE jemmen li l-EURES jista’ jaqdi rwol ħafna akbar biex jinforma u jagħti pariri lill-forza tax-xogħol dwar kif l-aħjar tirrispondi għall-isfidi attwali maħluqa mid-diġitalizzazzjoni, it-tranżizzjoni lejn impjiegi ekoloġiċi, il-pandemija li għaddejja bħalissa u fid-dawl tal-politiki u l-forom ġodda ta’ impjieg. Il-KESE jilqa’ t-twaqqif tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol u r-rwol tagħha bħala mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni fil-qasam tal-mobilità tal-forza tax-xogħol transfruntiera biex jiġu ffaċilitati l-kontrolli konġunti, u bħala medjatur biex jinstabu soluzzjonijiet f’każ ta’ tilwim transfruntier bejn l-awtoritajiet nazzjonali. F’dan ir-rigward, il-KESE jemmen li l-EURES, bħala parti mill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, għandu jkompli, u jaċċellera, it-trasformazzjoni tiegħu sabiex jadatta b’mod attiv l-operazzjonijiet tiegħu għall-isfidi l-ġodda li jinbtu mill-pandemija tal-COVID-19, li għandhom effett fuq l-iżvilupp ġenerali tas-suq tax-xogħol Ewropew. |
2.2. |
Bilanċ imkejjel u f’waqtu tal-politiki ta’ prijorità huwa essenzjali għas-saħħa ekonomika u soċjali tal-UE. Il-fattur uman u l-benesseri u l-iżvilupp tan-nies huma l-missjoni kondiviża tal-komunità Ewropea. Din ir-realtà l-ġdida teħtieġ reviżjoni urġenti tar-riżorsi kollha disponibbli u, fejn meħtieġ, it-trasformazzjoni tal-attivitajiet relatati man-network EURES b’mod li jkun adatt għall-kundizzjonijiet ġodda tas-suq u dawk soċjali. F’dan l-istadju, il-KESE jemmen li għandha ssir enfasi speċjali fuq gruppi vulnerabbli fis-suq tax-xogħol – il-persuni b’diżabilità, iż-żgħażagħ u l-popolazzjoni li qed tixjieħ – u li għandha tingħata attenzjoni partikolari lil ċerti forom ta’ impjieg, bħall-ħaddiema staġjonali (2), biex jiġi żgurat trattament ugwali għal dawn l-impjegati, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ pandemija. L-isfidi li jiffaċċjaw l-impjegaturi meta jużaw in-network mhumiex insinifikanti. Għalhekk, il-KESE jappella biex titnieda evalwazzjoni tas-servizzi pprovduti u analiżi tar-riżultati, flimkien mal-imsieħba soċjali fil-livell lokali u Ewropew. |
2.2.1. |
Ħaddiema staġjonali. Fil-preżent, il-mobbiltà staġjonali tal-forza tax-xogħol minn Stat Membru għal ieħor, minbarra li tikkostitwixxi riskju addizzjonali għas-saħħa tal-ħaddiema minħabba l-pandemija, tinvolvi kapaċità mnaqqsa biex tiġi żgurata s-sikurezza tagħhom minħabba n-nuqqas ta’ għarfien u konoxxenza tal-liġi tax-xogħol tal-pajjiż ospitanti. In-network EURES, li jiffoka fuq dawk li qed ifittxu impjieg, jeħtieġ li jikkunsidra mill-ġdid il-mod kif jaħdem u jiżgura l-ogħla livell possibbli ta’ għarfien dwar il-garanziji rigward id-drittijiet, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-istatus ta’ dan il-grupp ta’ ħaddiema waqt pandemija. Kwalunkwe ħaddiem li jagħżel li jaħdem f’pajjiż li mhuwiex tiegħu u li jagħmel din l-għażla billi juża n-network għandu jiġi infurmat minn qabel mit-timijiet tal-EURES, b’mod li jinftiehem, dwar it-termini u l-kundizzjonijiet preċiżi, kif ukoll il-miżuri speċifiċi tas-saħħa, li jkunu garantiti lilhom u lill-familja tagħhom meta jidħlu f’impjieg fi Stat Membru ieħor. Ir-responsabbiltà għan-nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet sanitarji u tas-saħħa proposti għandha tiġi definita wkoll b’mod mhux ambigwu. Għalhekk, il-KESE jqis li huwa urġenti li jiġi vvalutat jekk ir-Regolament (UE) 2016/589 huwiex kapaċi jirrispondi għall-isfidi attwali u l-ħtiġijiet speċifiċi tas-suq tax-xogħol Ewropew, u jekk għandux jiġi rivedut. Il-ħaddiema staġjonali, minħabba n-natura tal-impjieg tagħhom, huma fost il-ħaddiema transfruntiera l-aktar vulnerabbli u l-protezzjoni tad-drittijiet tagħhom għandha tiġi rieżaminata kemm f’sitwazzjoni ta’ restrizzjonijiet minħabba miżuri epidemiċi, diżastri naturali jew ċirkustanzi oħra ta’ force majeure kif ukoll, b’mod ġenerali, wara n-normalizzazzjoni tal-ħajja pubblika u ekonomika. Il-EURES għandu, permezz tal-konsulenti tiegħu fl-Istati Membri, jipprovdi aġġornamenti ta’ kuljum dwar il-miżuri meħuda f’kull Stat Membru li jikkonċernaw id-drittijiet u l-obbligi tal-forza tax-xogħol f’sitwazzjoni ta’ pandemija, inklużi għażliet u kundizzjonijiet ta’ trattament meta jseħħu problemi tas-saħħa. Il-pubblikazzjonijiet fuq il-portal elettroniku (3) relatati mad-drittijiet tal-ħaddiema staġjonali huma bażi tajba biex wieħed jibni fuq dan it-tip ta’ informazzjoni. Jeħtieġ li jiġu żviluppati salvagwardji għal dan il-grupp ta’ ħaddiema, li għandhom ikunu soġġetti għal monitoraġġ disponibbli pubblikament. Il-KESE jirrakkomanda li jiġu kkunsidrati s-servizzi mmirati lejn il-ħaddiema staġjonali u li jsiru soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), kif ukoll il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Linji Gwida dwar il-ħaddiema staġjonali fl-UE fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19 (5). |
2.2.2. |
Persuni b’diżabilità. Il-KESE jirrakkomanda li n-network jiġi adattat għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b’diżabilità, li bħalissa huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-portal u dan joħloq inugwaljanzi bejn il-gruppi vulnerabbli fis-suq tax-xogħol. Il-KESE jirrakkomanda, l-ewwel nett, li fil-portal tiġi integrata funzjonalità li tippermetti l-użu tagħha minn persuni b’diżabilitajiet differenti. Imbagħad, hemm bżonn ta’ taqsima separata għal impjiegi li huma adatti għal persuni b’diżabilità, kif ukoll ambjent aċċessibbli biex l-informazzjoni dwar dawn l-impjiegi tintlaħaq u tinkiseb faċilment. Il-KESE jemmen li, fl-isforzi tagħna biex noħolqu dar Ewropea komuni li timpenja ruħha mil-lat soċjali, jeħtieġ li niffukaw aktar attenzjoni u riżorsi fuq dan il-qasam, u jappella għal informazzjoni strutturata dwar l-għadd ta’ persuni b’diżabilità li jibbenefikaw mis-servizzi tal-portal. Fl-istess ħin, għandna wkoll nuqqas ta’ informazzjoni sistematika dwar inizjattivi fl-Ewropa kollha mnedija mill-EURES, u din il-lakuna għandha tiġi indirizzata fil-ħin u b’mod adegwat. |
2.2.3. |
Żgħażagħ. L-offerta ta’ inizjattivi li jappoġġjaw liż-żgħażagħ li qed ifittxu apprendistati u traineeships hija pass lejn it-titjib tal-klima tax-xogħol. In-network EURES diġà jipparteċipa fi proġetti Ewropej taż-żgħażagħ u, billi jeżamina b’mod oġġettiv ir-riżultati tal-implimentazzjoni tagħhom u bl-użu ta’ approċċ integrat, jista’ jikkontribwixxi biex itejjeb l-għarfien tal-perikli fil-proċess ta’ reklutaġġ taż-żgħażagħ għal pożizzjonijiet ta’ traineeships u r-riżoluzzjoni jew il-prevenzjoni ta’ dawn il-perikli. Aktar u aktar żgħażagħ qed jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-mobilità tal-forza tax-xogħol fi Stat Membru ieħor biex jibdew l-esperjenza tax-xogħol tagħhom. Sfortunatament, hemm ukoll ħafna prattiki mhux regolati u dannużi li jintużaw f’dan it-tip ta’ impjieg, li jirriżultaw prinċipalment minn differenzi fl-istandards tal-Istati Membri u leġiżlazzjoni applikabbli li tvarja. S’issa, l-unika inizjattiva mmirata lejn iż-żgħażagħ ta’ bejn it-18 u l-35 sena kienet L-ewwel impjieg EURES tiegħek (YfEJ (6)). Il-KESE jitlob li din l-inizjattiva tiġi evalwata u li ssir valutazzjoni tal-effettività u l-effiċjenza tagħha, u li l-portal jipprovdi informazzjoni strutturata mill-Istati Membri dwar id-drittijiet u l-obbligi tat-trainees/apprendisti, kif ukoll dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli. |
2.2.4. |
Persuni ta’ età ta’ qabel l-irtirar. Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-istennija tal-għomor fl-Ewropa qed tiżdied, iżda jinsab imħasseb ħafna dwar l-effetti tat-tixjiħ tal-popolazzjoni Ewropea fuq is-suq tax-xogħol. Sabiex isir użu sħiħ mill-potenzjal tal-persuni akbar fl-età għall-itwal żmien possibbli permezz tal-possibbiltajiet tal-EURES, ikun rakkomandabbli li jiġu żviluppati programmi pan-Ewropej li jippromovu ż-żamma ta’ persuni akbar fl-età fl-impjieg, simili għas-servizzi prrovduti mill-organizzazzjoni Senior Experten Service (SES) (7) fil-Ġermanja. Is-sehem ta’ persuni akbar fl-età fis-suq tax-xogħol qed jiżdied b’mod kostanti, u jeħtieġ miżuri u inċentivi speċifiċi. L-isfidi demografiċi (8) li qed jiffaċċja s-suq tax-xogħol Ewropew jeħtieġu approċċi u miżuri ġodda li huma kkoordinati u mmonitorjati f’termini tar-riżultati miksuba. F’dan il-kuntest, il-EURES għandu riżorsi tekniċi u umani eċċellenti li jistgħu jintużaw b’mod aktar attiv u speċifiku għall-iskop ta’ inizjattivi relatati mal-appoġġ għall-impjieg fil-kuntest ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ. L-inizjattiva proposta bħalissa min-network hija Reactivate (9), u l-KESE jirrakkomanda li din l-inizjattiva għandha tiġi evalwata wkoll u għandha ssir valutazzjoni tal-effettività u l-effiċjenza tagħha. |
2.2.5. |
Impjegaturi. Il-KESE jemmen li n-network EURES għandu jipprovdi informazzjoni aċċessibbli u li tinftiehem lill-impjegaturi li jużaw in-network, u l-portal għandu jiffoka mhux biss fuq il-mobilità transfruntiera, iżda għandu wkoll jippromovi l-mobilità fi ħdan l-Istati Membri. Biex l-impjegaturi kollha jitqiegħdu fuq l-istess livell, għandha tingħata gwida ċara biex jiġu indirizzati l-ostakli amministrattivi meta jiġu impjegati ħaddiema minn Stati Membri oħra, skont is-sejbiet tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2019 tan-network – Study supporting the ex-post EURES evaluation and the second biennial EURES report (10) (studju li jappoġġja l-evalwazzjoni ex post tal-EURES u t-tieni rapport biennali tal-EURES, mhux disponibbli bil-Malti). F’kuntest ta’ nuqqas ta’ ħaddiema fl-Istati Membri kollha, b’mod partikolari ta’ ħaddiema kwalifikati, in-network EURES għandu jipprovdi wkoll informazzjoni aġġornata dwar in-nuqqas u l-eċċess tal-ħaddiema f’livell nazzjonali f’kull Stat Membru, u jinkoraġġixxi wkoll il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Istati Membri għal distribuzzjoni ugwali ta’ persuni li qed ifittxu impjieg sabiex jissaħħaħ is-suq tax-xogħol pan-Ewropew. |
2.3. |
Fl-istess ħin, il-KESE huwa konxju li t-titjib tal-ħiliet u l-ħiliet trasferibbli huma essenzjali għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-forza tax-xogħol u għall-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità tajba u sostenibbli. Sabiex verament titjieb l-impjegabbiltà ta’ dawk li qed ifittxu impjieg, il-KESE jipproponi li l-funzjonalitajiet tal-portal EURES jiġu estiżi biex jipprovdu informazzjoni rilevanti dwar opportunitajiet ta’ mobilità edukattiva li tagħti dettalji dwar l-opportunitajiet ta’ taħriġ fi Stati Membri oħra pprovduti minn organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet privati u pubbliċi, inklużi portali/networks oħra tal-KE, bħal SALTO (11). Din l-informazzjoni bħalissa mhijiex disponibbli miġbura f’post wieħed. Ikun possibbli li l-informazzjoni tal-portal tiġi kkomplementata f’dan ir-rigward billi tiżdied il-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet tat-taħriġ u l-edukazzjoni. B’dan il-mod, il-portal elettroniku tan-network jista’ jsir pjattaforma soda biex joffri soluzzjonijiet uniformi fir-rigward tat-taħriġ, l-impjieg u l-protezzjoni tal-interessi ta’ dawk li qed ifittxu impjieg u tal-impjegaturi. |
2.4. |
Il-KESE jemmen li r-rwol limitat tal-portal EURES bħala “pjattaforma intermedjarja” għat-tfittxijiet u l-kollokament tal-impjiegi, aktar u aktar wara li l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol ġiet ikkummissjonata mal-amministrazzjoni tagħha, għandu jiġi vvalutat mill-ġdid u estiż. Il-funzjonijiet tal-konsulenti tal-EURES fi Stati Membri individwali, li attwalment jinkludu l-forniment ta’ informazzjoni, gwida u reklutaġġ kemm għal dawk li qed ifittxu impjieg kif ukoll għall-impjegaturi, għandhom jiġu aġġornati u kkomplementati b’funzjonijiet għall-ħruġ ta’ twissijiet b’rabta ma’ ksur tal-liġi tax-xogħol, u l-kuntatt faċilitat mal-ispettorati tax-xogħol u korpi oħra ta’ kontroll. Dan ikun jeħtieġ kooperazzjoni ħafna aħjar bejn is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi u l-ispettorati tax-xogħol fil-livell nazzjonali, kif ukoll kollegament mal-pjattaforma għall-impjieg iddikjarat. |
2.5. |
Il-KESE jitlob ukoll għall-iżvilupp ta’ regoli sostenibbli għall-ħidma tan-network EURES dwar il-monitoraġġ ta’ avviżi ppubblikati, kif ukoll dwar l-organizzazzjoni ta’ fieri tal-impjiegi fi Stati Membri differenti. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli u mekkaniżmi komuni f’kull Stat Membru għall-kontroll primarju, il-verifika tal-impjegaturi riskjużi u l-esklużjoni temporanja tal-aċċess tagħhom għall-portal. Għandha tiġi żviluppata sistema adatta għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema transfruntiera permezz tan-networks u l-organizzazzjonijiet rilevanti għall-kooperazzjoni soċjali. |
2.6. |
Il-EURES għandu jkollu rwol aktar attiv fil-prevenzjoni tal-iżbilanċi fis-swieq tax-xogħol nazzjonali. In-network għandu jipprovdi informazzjoni u jqis in-nuqqas u l-eċċess speċifiċi tal-ħaddiema, li f’ċerti perjodi jipprevjenu li jiġu attirati fuq skala kbira ħaddiema li l-għadd tagħhom huwa pjuttost baxx, speċjalment dawk f’impjiegi b’ħiliet għolja, li huma estremament importanti għall-ekonomija nazzjonali. Għal ħafna Stati Membri, l-eżodu ta’ mħuħ lejn pajjiżi bi standards ta’ għajxien ogħla diġà joħloq theddida għall-ekosistemi tagħhom stess. Il-KESE jirrakkomanda li n-network jiġbor u janalizza informazzjoni dwar ħaddiema li hemm nuqqas ta’ provvista tagħhom skont il-pajjiż, u joħloq algoritmu ċar għall-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni f’attivitajiet relatati mar-reklutaġġ ta’ tali ħaddiema. Sabiex tittejjeb il-viżibbiltà tal-attivitajiet tan-network u jiġi żgurat li jinżamm aġġornat, jeħtieġ li jiġi eżaminat mill-ġdid liema postijiet vakanti jiġu ppubblikati fuq il-portal elettroniku (12) tal-EURES mill-konsulenti nazzjonali. Bħalissa, miljuni ta’ avviżi mill-bażijiet tad-data tas-servizzi nazzjonali tal-impjiegi huma viżibbli fuq il-portal, iżda minħabba r-rekwiżiti, proporzjon kbir minnhom mhumiex applikabbli għaċ-ċittadini Ewropej kollha. Dan joħloq sens ta’ skala, iżda min-naħa l-oħra l-effettività ta’ approċċ bħal dan u r-riżultat finali tiegħu għandhom jiġu analizzati. Il-KESE jtenni l-ħtieġa li jinstab approċċ bilanċjat għar-reklutaġġ u l-provvista tal-ħaddiema li jqis in-nuqqas u l-eċċess tal-ħaddiema fi Stati Membri individwali. |
2.7. |
Il-KESE jappella għal approċċ uniformi fil-ħidma tal-konsulenti tal-EURES fl-Istati Membri kollha permezz tal-iskambju ta’ prattiki tajba u l-iżvilupp ta’ linji gwida uniformi. Il-feedback bejn id-diversi atturi involuti fil-proċess ta’ konsultazzjoni u intermedjazzjoni għandu jittejjeb. F’xi Stati Membri, ma hemm l-ebda qafas regolatorju li jirrikjedi feedback u rappurtar dwar l-impjieg reali wara kollokament permezz tan-network EURES. Nirrakkomandaw li l-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni, bħala l-unità ċentrali, jingħata l-kompitu li jiġbor u janalizza dan it-tip ta’ informazzjoni skont l-Istat Membru. Abbażi ta’ dan, se jkun possibbli li jittieħdu deċiżjonijiet f’waqthom u adegwati biex jittejbu l-funzjonalitajiet tan-network jew biex jibnu fuq il-funzjonalitajiet tiegħu. Il-KESE huwa tal-fehma li l-feedback bejn l-impjegaturi, il-ħaddiema u s-servizzi pubbliċi tal-impjiegi huwa essenzjali għall-evalwazzjoni tal-effettività tal-EURES. |
2.8. |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-fatt li l-ħruġ ta’ wieħed mill-atturi ewlenin fis-suq tax-xogħol Ewropew, jiġifieri r-Renju Unit, jeħtieġ aktar flessibbiltà u kalibrazzjoni tal-proċessi relatati mal-ipproċessar, il-protezzjoni u t-trasferiment tad-data personali u d-drittijiet tax-xogħol, u l-ħidma ma’ aġenziji intermedjarji fil-livell lokali u fl-UE kollha. Ir-reazzjoni u l-adattament f’waqthom min-network għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE huma kruċjali għas-sigurtà tal-proċessi li jakkumpanjaw l-attivitajiet intermedjarji, kif ukoll għall-kwalità u l-ipproċessar sikur tad-data personali taċ-ċittadini tal-UE. Jeħtieġ jiġi żgurat li ċ-ċittadini Ewropej li d-data personali tagħhom ġiet trasferita permezz tan-network u li diġà hija miżmuma minn organizzazzjonijiet intermedjarji fit-territorju ta’ pajjiż terz jinżammu infurmati b’mod adegwat u li tiġi indirizzata kwalunkwe problema. Dawn il-proċessi jikkonċernaw direttament il-funzjonament tan-network EURES u jeħtieġ li jiġu riflessi b’mod adegwat u f’waqtu fil-bażi legali, inkluż, jekk jintwera li huwa meħtieġ, permezz ta’ reviżjoni tar-Regolament (UE) 2016/589 u d-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni tiegħu. |
Brussell, id-19 ta’ Jannar 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Ir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2016 dwar network Ewropew ta’ servizzi tal-impjiegi (EURES), aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u l-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 492/2011 u (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 107, 22.4.2016, p. 1).
(2) Fl-analiżi tagħhom tat-28 ta’ April 2021, ippubblikata fuq il-portal dwar data marbuta mal-migrazzjoni (Migration Data Portal), l-esperti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) Lea von Martius u Dr Martina Manke stqarru li t-tort ċertament ġej min-nuqqas ta’ prijoritizzazzjoni politika tat-tħassib tal-ħaddiema staġjonali. Dan huwa aggravat minħabba n-nuqqas ta’ data komprensiva u sinifikanti dwar il-kwistjoni: is-sottovalutazzzjoni sinifikanti ta’ dawn il-ħaddiema u d-data frammentata dwar l-impatt tal-COVID-19 fuq il-movimenti, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-saħħa tagħhom idgħajfu d-drittijiet tal-ħaddiema, u jheddu s-saħħa tagħhom u tal-pubbliku u fl-aħħar mill-aħħar is-sigurtà tal-ikel. In-numri li jeżistu ma jagħtuniex stampa rappreżentattiva tas-settur u tar-rwol tal-migranti fi ħdanu. Dan joħloq lakuni serji fl-informazzjoni meħtieġa għat-tfassil ta’ politiki effettivi u l-monitoraġġ tal-impatt tal-politiki relatati mal-COVID-19 fuq il-ħaddiema migranti staġjonali.
(3) https://ec.europa.eu/eures/public/seasonal-worker-guide-your-rights-2021-09-30_en
(4) Id-Direttiva 2014/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u s-soġġorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ impjieg bħala ħaddiema staġonali (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 375).
(5) ĠU C 235 I, 17.7.2020, p. 1.
(6) https://www.yourfirsteuresjob.eu/en/home
(7) https://www.ses-bonn.de/en/about-us
(8) Skont il-Eurostat, il-proporzjon ta’ dipendenza tal-età avvanzata (persuni ta’ 65 sena u aktar bħala sehem tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol bejn 16-il u 65 sena) fl-UE se jiċċaqlaq minn 27,8 % fl-2013 għal 39,5 % fl-2030, u jista’ jitla’ għal 47,6 % u 43,6 % għad-Danimarka u l-Latvja rispettivament.
(9) https://www.reactivatejob.eu/en/home
(10) https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=738&langId=mt&pubId=8370&furtherPubs=yes
(11) https://www.salto-youth.net/.
(12) https://ec.europa.eu/eures/public/index_en.
12.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/19 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Lejn mudell ġdid ta’ kura għall-anzjani: Nitgħallmu mill-pandemija tal-COVID-19”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2022/C 194/04)
Relatur: |
Miguel Ángel CABRA DE LUNA |
Konsultazzjoni |
25.3.2021 |
Bażi legali |
Artikolu 32(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
Adottata fis-sezzjoni |
16.12.2021 |
Adottata fil-plenarja |
19.1.2022 |
Sessjoni tal-plenarja Nru |
566 |
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
241/3/3 |
1. Għanijiet u ambitu tal-Opinjoni: kura għall-anzjani u, speċjalment, għall-persuni dipendenti
1.1. |
Din l-Opinjoni fuq inizjattiva proprja għandha l-għan li tkun limitata għall-analiżi tad-diversi mudelli ta’ kura fit-tul għall-persuni li għandhom ’il fuq minn 65 sena li mhumiex awtonomi jew indipendenti, b’mod partikolari f’residenzi istituzzjonali; li tanalizza l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq id-diversi mudelli ta’ kura – istituzzjonalizzati, fid-dar jew forom oħra ta’ għoti ta’ kura – fl-Istati Membri; li tislet konklużjonijiet f’dan ir-rigward u li tappella għal azzjoni konsistenti man-nuqqasijiet identifikati u kkoordinati, fil-livell tal-politiki kemm Ewropej kif ukoll dawk nazzjonali. |
1.2. |
It-titwil tal-istennija tal-għomor joħloq kemm sfida kif ukoll opportunità demografika, soċjali, ekonomika, ta’ akkomodazzjoni u ta’ rispett għad-drittijiet fundamentali li ma jirrigwardjawx biss il-kura tal-anzjani. L-isfida hija wkoll relatata ma’ kwistjonijiet oħra relatati mat-tixjiħ deċenti, awtonomu, attiv u b’saħħtu. Madankollu, approċċ aktar multidimensjonali bħal dan ser ikollu jiġi żviluppat b’mod aktar speċifiku f’opinjonijiet oħra tal-KESE. |
2. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
Dwar mudelli ta’ kura
2.1. |
Fil-fehma tal-KESE, il-kura tal-anzjani bi bżonnijiet ta’ kura (1) fit-tul għandha tingħata attenzjoni speċjali u, fil-kuntest tat-tranżizzjoni demografika, għandha titqies bħala element ċentrali fit-tfassil tal-politika tal-UE. Dan huwa speċjalment rilevanti meta jitqies li sal-2050 – skont data qabel il-pandemija – aktar minn kwart tal-popolazzjoni se jkollha aktar minn 65 sena, u n-numru ta’ anzjani ’l fuq minn 80 sena se jirdoppja. |
2.2. |
Il-KESE jipproponi li jinħoloq Osservatorju Ewropew dwar il-kura tal-anzjani li jippermetti, bħala eżempju: li tinġabar biżżejjed data statistika; li jitqabblu prattiki tajbin bejn mudelli statali differenti; li jiġu identifikati nuqqasijiet strutturali fis-sistemi nazzjonali f’termini ta’ kapaċità biex tiġi ssodisfata d-domanda għall-kura u l-finanzjament; li jingħata appoġġ tekniku biex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta’ linji gwida politiċi fil-livell tal-UE bil-għan li jitfassal it-tielet rapport dwar il-kura tal-anzjani, li jiġi implimentat il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u li jkun hemm kontribut għat-tfassil tal-istrateġija Ewropea dwar il-kura fit-tul, inkluż għall-anzjani. Dan se jkun xprunat minn sforz akbar biex l-anzjani jiġu megħjuna u motivati jibqgħu attivi, awtonomi u f’saħħa fiżika u mentali tajba għall-itwal żmien possibbli. |
2.3. |
Il-KESE jemmen li huwa essenzjali li jiġi stabbilit qafas strateġiku li jiddefinixxi prospettiva fuq perjodu medju u approċċ komprensiv, biex jiġu indirizzati l-isfidi maħluqa mill-kura tal-anzjani fl-UE, fil-qafas tal-ħolqien tal-pedamenti ta’ soċjetà b’ħajja twila u b’saħħitha u patt ta’ solidarjetà interġenerazzjonali fl-UE. Il-pandemija wriet in-nuqqasijiet tat-tbassir, il-koordinazzjoni u l-ippjanar f’aspetti li jaffettwaw is-servizzi essenzjali tal-komunità, bħas-saħħa, is-servizzi soċjali jew il-politiki ta’ riċerka bijomedika. Dawn in-nuqqasijiet jeħtieġ li jiġu indirizzati malajr. |
2.4. |
Il-KESE għalhekk jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tiġi stabbilita Strateġija Ewropea ġdida għall-Kura. Huwa jitlob li din titwettaq malajr kemm jista’ jkun u li l-istituzzjonijiet konsultattivi Ewropej u d-Djalogu Soċjali Ewropew jiġu involuti fil-livelli differenti tagħhom waqt li tkun qed titfassal, filwaqt li jitqiesu l-ftehimiet approvati mill-partijiet. Barra minn hekk huwa possibbli d-djalogu ċivili mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Ewropej li jirrappreżentaw lill-anzjani (AGE Platform Europe u l-membri differenti tagħha, fost oħrajn), mingħajr ma jiġi eskluż li fl-UE titfassal Strateġija Ewropea speċifika għall-Anzjani matul is-snin li ġejjin. Bl-istess mod, il-KESE jipproponi li, fost l-elementi strateġiċi tad-dibattitu fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, waqt li titqies l-importanza tal-kwistjoni demografika, tiġi inkluża l-kura għall-anzjani. Fl-istess ħin, jappoġġja li l-integrazzjoni tal-Ewropa tas-saħħa, inkluża l-kura fit-tul għall-anzjani, tkun prijorità. |
2.5. |
Nipproponu wkoll li jinħoloq grupp ad hoc fi ħdan il-KESE, matul il-mandat attwali, biex jitwettqu diversi inizjattivi relatati mal-kura tal-anzjani kif ukoll mat-tixjiħ u l-isfida tal-lonġevità, f’konformità mal-Intergrupp tal-PE dwar “Sfidi demografiċi” u, fost attivitajiet oħra, iċ-ċelebrazzjoni prevista fl-2022 tal-Assemblea Dinjija tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ix-Xjuħija. |
2.6. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jiżviluppaw fi żmien qasir, fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-prinċipji relatati mal-kura tal-anzjani. |
2.7. |
Fil-fehma tal-KESE, il-kura fit-tul għandha tkun inkluża fl-hekk imsejħa “testijiet tal-istress”, stabbiliti fir-Regolament tal-UE dwar theddid transfruntiera serju. |
2.8. |
Il-pandemija kkontribwixxiet biex tixħet dawl fuq in-nuqqasijiet kunċettwali, strutturali u funzjonali fil-mudelli ta’ kura għall-anzjani, kemm jekk mogħtija minn djar tal-anzjani, servizzi ta’ kura fid-djar, mill-familji jew minn persuni professjonali li jindukraw. |
2.9. |
Il-KESE jqis meħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu jew jaġġornaw il-liġijiet tagħhom dwar l-appoġġ u l-protezzjoni tal-awtonomija tal-anzjani, f’konformità mal-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni dwar id-dinjità u d-drittijiet tal-bniedem tal-persuni b’diżabbiltà, ratifikat mis-27 Stat Membru u l-UE, kif ukoll jiżviluppaw oqsma fi ħdan is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali biex jiġu indirizzati l-prevenzjoni, it-telf ta’ awtonomija u l-awtodeterminazzjoni tal-anzjani. Fid-dawl tal-protezzjoni soċjali għal kulħadd u d-drittijiet soċjali l-oħra, bħall-assigurazzjoni kontra l-qgħad, il-protezzjoni tal-familja, l-aċċess għall-akkomodazzjoni jew il-kura għall-persuni dipendenti, il-KESE jqis li l-awtonomija tal-anzjani għandha tkun garantita taħt kundizzjonijiet ugwali u tiġi rikonoxxuta bħala dritt soġġettiv għaċ-ċittadini kollha, bħala parti mill-iżvilupp tal-pilastri tal-istat soċjali. |
2.10. |
Il-COVID-19 uriet li m’hemmx biżżejjed provvista u, b’mod partikolari, uriet ukoll il-problemi ta’ aċċess mill-anzjani għall-kura fit-tul ta’ kwalità u bi prezz raġonevoli, għal parti kbira taċ-ċittadini Ewropej u l-familji tagħhom. F’dan ir-rigward, il-KESE jqis prijorità li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni lill-grupp ta’ nies li, għalkemm għandhom bżonn kura, ma jistgħux jaċċessawha għal diversi raġunijiet. |
2.11. |
Il-KESE jipproponi li, sabiex jitfasslu u jiġu promossi tali politiki u regoli nazzjonali, il-Kummissjoni għandha tfassal proposti dwar l-antiċipazzjoni, il-prevenzjoni u t-telf tal-awtonomija tal-anzjani sabiex tinkludihom fl-istrateġija tal-kura tas-saħħa u fil-linji gwida li ġejjin dwar l-għajxien indipendenti tal-anzjani, li jirriżultaw mill-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità. |
2.12. |
Matul il-pandemija, l-anzjani tqisu biss parzjalment, ġew issottovalutati u batew saħansitra minn diskriminazzjoni. Mhijiex il-kura għall-anzjani l-problema, iżda n-nuqqas tagħha. |
2.13. |
Il-KESE jipproponi li l-UE tistabbilixxi, kif mitlub f’Opinjonijiet preċedenti tal-KESE kif ukoll fir-Rapport tal-PE dwar kontinent xiħ li qed jixjieħ, definizzjoni uniformi biex jiġu definiti aħjar il-kunċetti tad-dipendenza u tal-ħtieġa ta’ kura minn oħrajn hekk kif ma jibqgħux awtonomi, filwaqt li jitqiesu d-diversità tal-approċċi fil-pajjiżi differenti u l-libertà tagħhom li jiddeċiedu kif ifasslu s-sistemi tagħhom ta’ protezzjoni soċjali. Tabilħaqq, l-età mhijiex identità, mhux l-anzjani kollha huma dipendenti jew għandhom bżonn urġenti ta’ kura esterna, u d-dipendenza għall-kura minħabba diżabbiltà mhijiex l-istess bħat-telf ta’ awtonomija kkawżat minn disfunzjonijiet li jistgħu jseħħu bl-età. Għalkemm, f’perċentwal notevoli ta’ każijiet, iż-żewġ ċirkostanzi jikkoinċidu. |
2.14. |
Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni Ewropea torganizza Sena Ewropea tal-Anzjani bħala rikonoxximent tad-drittijiet fundamentali tal-anzjani u bħala espressjoni tal-kontribut tagħhom lis-soċjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 25 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. |
2.15. |
F’diversi pajjiżi tal-UE tressqu lmenti jew kawżi quddiem il-qrati relatati mat-trattament fid-djar tal-anzjani jew każijiet possibbli ta’ vjolenza jew ksur tad-drittijiet fundamentali tal-anzjani. Għal din ir-raġuni, il-KESE jitlob li jiġu infurzati l-prinċipji tat-Trattati Ewropej u tan-Nazzjonijiet Uniti, ratifikati mill-UE u mill-Istati Membri, biex jiġu żgurati d-drittijiet fundamentali u d-dinjità tal-anzjani; il-ħolqien ta’ miżuri ta’ appoġġ għat-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-anzjani; u l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ protezzjoni legali, kemm ġudizzjarji kif ukoll extraġudizzjarji, fis-servizzi għall-kura għall-anzjani dipendenti. Bl-istess mod, jista’ jitqies li tinħoloq il-pożizzjoni ta’ amministratur legali jew ta’ medjatur, jew funzjoni korrispondenti (skont is-sistema legali tal-pajjiż ikkonċernat), li jkun determinat li jaġixxi b’empatija u fl-aħjar interessi tad-dipendenti, li, kif ġie analizzat f’xi pajjiżi, jista’ jkollha effetti pożittivi. F’dan il-qafas, il-KESE jipproponi, skont il-proposti tan-Nazzjonijiet Uniti, appoġġ sabiex tiġi adottata Konvenzjoni dwar id-dinjità u d-drittijiet tal-anzjani. |
Strutturi
2.16. |
Li tiġi indirizzata t-talba għad-deistituzzjonalizzazzjoni, b’mod ġenerali, tal-kura tal-anzjani fid-djar tal-anzjani timplika l-promozzjoni tal-awtonomija, l-indipendenza, il-kapaċità li jieħdu ħsieb tagħhom innifishom u r-relazzjonijiet soċjali tal-anzjani dipendenti. Dan jirrikjedi li jiġu pprovduti b’riżorsi soċjali u tal-kura tas-saħħa lokali, għajnuna fid-djar ħafna aktar strutturata u effiċjenti, kif ukoll alternattivi ta’ akkomodazzjoni ġodda, bħal djar protetti, sorveljati jew komunitarji, unitajiet ta’ għajxien abbażi tal-koabitazzjoni, jew alternattivi oħra li jeżistu f’diversi pajjiżi tal-UE, skont il-bżonnijiet u preferenzi tal-anzjani li qegħdin jitilfu l-awtonomija tagħhom. Għall-persuni aktar dipendenti, id-djar tal-anzjani tradizzjonali għandhom jiġu trasformati skont il-prinċipju ta’ “għix qisu f’darek”. In-nuqqasijiet tas-sistemi tal-kura żvelati mill-pandemija jridu jiġu indirizzati mill-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni Ewropej kif ukoll mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-programm tal-UE fil-qasam tas-saħħa (EU4Health) permezz ta’ rakkomandazzjonijiet dwar finanzjament integrati fis-Semestru Ewropew. |
2.16.1. |
Għal dan il-għan, il-KESE jistieden lill-Istati Membri jużaw il-Fondi Strutturali u l-Fondi għall-Irkupru tal-UE biex jipprovdu finanzjament għall-adattament tad-djar, joħolqu unitajiet ta’ koabitazzjoni jew jikkonvertu tipi differenti ta’ residenzi, kif ukoll jinvestu fix-xogħol u s-servizzi. Dawn l-adattamenti għandhom jitwettqu f’konformità mal-ogħla rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà, kemm fir-rigward tal-ambjent mibni kif ukoll l-ekosistema diġitali li takkumpanjaha. |
2.17. |
Il-KESE jqis li, bħala settur iffukat fuq il-persuna, l-ekonomija soċjali (kooperattivi, assoċjazzjonijiet mutwi, assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet) għandha titqies u tiġi appoġġjata bħala attur ewlieni u xprun ta’ innovazzjoni u ta’ tranżizzjoni lejn dak il-mudell ġdid, b’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Ekonomija Soċjali. |
Riżorsi
2.18. |
In-nuqqas ċentrali ta’ din il-kwistjoni, li hija l-bażi ta’ ħafna oħrajn, huwa n-nuqqas ta’ finanzjament. Dan huwa fattur li jvarja b’mod sostanzjali bejn l-Istati Membri differenti, minn 0,3 % sa 3,7 % tal-PDG. Bla dubju, dan huwa marbut ma’ kull mudell ta’ protezzjoni tal-kura, iżda wkoll mal-impatt tal-politiki derivati mill-kriżijiet reċenti, li kellhom influwenza qawwija fuqu. |
2.19. |
Il-KESE jqis li, waqt li jitqiesu l-konsegwenzi tal-kriżi tad-dejn, huwa meħtieġ li jiġu riveduti r-regoli li wasslu għal din is-sitwazzjoni u li għandu jiġi żgurat biżżejjed finanzjament pubbliku fis-sistemi tas-sigurtà soċjali, f’konformità mad-domanda eżistenti u mal-ħtieġa li jiġu żgurati servizzi ta’ kwalità. |
2.20. |
Fid-dawl tal-esperjenza fid-diversi Stati Membri, il-KESE jemmen li hemm bżonn ta’ regolamentazzjoni xierqa tad-diversi offerti tal-kura tal-anzjani, b’sistemi ta’ akkwist pubbliku fejn il-kwalità tas-servizz aktar milli l-prezz tkun il-fattur deċiżiv. |
2.20.1. |
Il-KESE għalhekk jirrakkomanda li f’dak l-Istati Membri fejn dan huwa applikabbli, waqt li jitqiesu l-mekkaniżmi u l-proċeduri speċifiċi għal kull Stat Membru, ikun meħtieġ li l-allokazzjoni tal-postijiet f’djar tal-anzjani sussidjati u t-tiġdid tal-kuntratti jkunu soġġetti għall-konformità mal-proporzjonijiet tal-persunal, it-taħriġ permanenti tal-ħaddiema, ir-rispett għall-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u l-konformità mal-obbligi tat-taxxa tagħhom. |
2.20.2. |
Bl-istess mod, is-sħubija pubblika-privata u s-servizzi privati – kif ukoll is-servizzi pubbliċi – għandhom ikunu soġġetti għal mekkaniżmi ta’ evalwazzjoni, kontroll u spezzjoni ċari u effettivi, kemm bħala rekwiżit marbut mar-riżorsi pubbliċi destinati għad-djar tal-anzjani privati jew sussidjati, kif ukoll bħala responsabbiltà pubblika biex jiġu protetti d-drittijiet tal-anzjani. |
2.21. |
Fil-fehma tal-KESE, huwa meħtieġ dibattitu strutturat sew fid-diversi livelli u bejn diversi atturi, sabiex jiġi indirizzat il-finanzjament tal-kura għall-anzjani b’mod li tilħaq lil kulħadd. Dan m’għandux jiġi analizzat biss mill-perspettiva tal-infiq iżda wkoll tal-investiment. Għal dan il-għan, ikun meħtieġ li jiġi eżaminat il-funzjonament fl-Istati Membri differenti, il-mudelli ta’ finanzjament u l-possibbiltajiet differenti biex jinkiseb il-finanzjament – pubbliċi, komuni jew komplementari. Din l-analiżi għandha tinkludi l-esternalitajiet pożittivi, f’termini ta’ tfaddil li jistgħu jiġu, fost affarijiet oħra, mill-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda, minn investimenti f’politiki ta’ tixjiħ attiv u b’saħħtu, jew mill-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard,– waqt li dejjem jiġi prijoritizzat l-għan tal-kwalità tal-ħajja. |
2.22. |
Il-KESE jipproponi li jiġu stabbiliti miżuri biex jiġi żgurat taħriġ adegwat għal persuni li jindukraw, billi jiġu żviluppati perkorsi ta’ taħriġ speċjalizzati u istituzzjonalizzati għall-persunal tal-indukrar, u li jkun meħtieġ ċertifikat uffiċjali ta’ ħiliet bażiċi biex ikunu jistgħu jaħdmu fis-servizzi tal-kura soċjali għall-anzjani. Jirrakkomanda wkoll li jintużaw sistemi biex jiġu rikonoxxuti kwalifiki bħal dawn bejn il-pajjiżi u li l-Fond Soċjali Ewropew jalloka fondi għat-taħriġ ta’ dawk li jieħdu ħsieb l-anzjani. |
2.23. |
Fil-fehma tal-KESE, ikun xieraq li l-kwistjoni tal-ħaddiema tal-UE li jindukraw u l-aspetti relatati kollha, inkluż id-dritt għan-negozjar kollettiv, tiġi inkorporata fid-djalogu soċjali Ewropew, kif beda jsir bil-Ftehim Qafas Awtonomu tal-Imsieħba Soċjali Ewropej dwar it-tixjiħ attiv u approċċ interġenerazzjonali (2017). Id-djalogu soċjali għandu jseħħ ukoll fl-isferi interkonfederali, federali u settorjali (il-kura u s-servizzi soċjali personali). |
2.24. |
Il-KESE, f’konformità mad-domanda tal-Kunsill (COM(2013) 152 final), jappoġġja li huwa konvenjenti li l-Istati Membri jirratifikaw il-Konvenzjoni Nru 177 tal-ILO dwar ix-xogħol mid-dar (1996) u l-Konvenzjoni Nru 189 tal-ILO dwar xogħol deċenti għall-ħaddiema domestiċi (2011) kif ukoll ir-Rakkomandazzjoni 201, li tikkomplementa l-Konvenzjoni Nru 189. |
2.25. |
Il-bidliet teknoloġiċi, min-naħa tagħhom, jistgħu jipprovdu appoġġ fundamentali fil-kura tal-anzjani, għalkemm qatt ma jistgħu jissostitwixxu x-xogħol tal-bniedem. Eżempji ta’ dan jistgħu jkunu t-telemediċina jew it-teleriabilitazzjoni, it-taħriġ ta’ professjonisti, ir-relazzjonijiet soċjali permezz ta’ telefonati bil-vidjow, eċċ. Eżempji oħra jinkludu l-użu ta’ sensuri, fis-sodda jew milbusa, għad-detezzjoni ta’ sinjali vitali jew għall-prevenzjoni ta’ waqgħat, jew l-użu ta’ infrastruttura u arkitettura, bħall-awtomazzjoni tad-djar, biex jinħolqu ambjenti ta’ ħbiberija jew soluzzjonijiet ta’ mobbiltà għall-anzjani. |
2.25.1. |
B’konsegwenza, il-KESE jqis li huwa meħtieġ li l-partijiet kollha involuti fil-kura tal-anzjani jagħmlu użu aħjar mill-innovazzjonijiet derivati mit-teknoloġiji diġitali, li jistgħu jiġu inċentivati permezz tal-programmi tal-Fondi Strutturali. Il-KESE jipproponi wkoll li għandu jiġi kkunsidrat it-taħriġ fit-teknoloġiji diġitali għall-anzjani li jeħtieġu kura fit-tul. |
2.26. |
Min-naħa l-oħra, u għall-kuntrarju ta’ dak li kultant jiġi diskuss, il-protezzjoni tal-anzjani bi bżonnijiet ta’ kura mhijiex inkompatibbli mal-kura taż-żgħażagħ. Il-KESE jemmen li huwa meħtieġ li dan il-qafas kunċettwali falz jinċaħad. Bl-istess mod li t-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali għandhom ikunu assoċjati mat-tranżizzjoni soċjali, l-isfida u l-opportunità demografika għandhom ikunu bbażati fuq patt interġenerazzjonali li l-għanijiet fundamentali tiegħu huma aċċess għal edukazzjoni universali ta’ kwalità għal kulħadd, impjieg regolat u xogħol deċenti, u sistemi żviluppati ta’ protezzjoni soċjali ta’ natura universali. Dan japplikaw speċjalment f’soċjetajiet bħal dawk Ewropej, fejn il-patt soċjali huwa bbażat fuq solidarjetà interġenerazzjonali. Għal din ir-raġuni, il-patt ta’ kooperazzjoni bejn il-ġenerazzjonijiet huwa pedament bażiku għat-tiġdid tal-kuntratt soċjali Ewropew. La t-trasformazzjoni tas-soċjetà li għaddejja bħalissa, u lanqas l-irkupru wara l-pandemija ma jkunu possibbli mingħajr ir-rabta bejn il-ġenerazzjonijiet. |
2.27. |
Fil-fehma tal-KESE, fil-politiki u l-miżuri immirati lejn l-appoġġ u l-kura tal-anzjani, ikun meħtieġ li jiġu żviluppati firxa wiesgħa ta’ strateġiji biex: a) jiġu identifikati minn kmieni d-dgħufijiet li jistgħu jikkawżaw telf futur ta’ awtonomija u jiġu żgurati l-antiċipazzjoni, il-prevenzjoni, ir-riabilitazzjoni u l-finanzjament biex jiġi miġġieled il-proċess li jwassal għat-telf ta’ awtonomija u għad-dipendenza; b) jiddewwem il-bidu ta’ dipendenza permezz ta’ imġiba b’saħħitha b’rabta mad-dieta, l-eżerċizzju fiżiku jew il-kundizzjonijiet tax-xogħol; c) jiġi antiċipat l-impatt tal-pawżi (qgħad, separazzjonijiet, bidliet fl-impjieg, u t-tranżizzjoni mix-xogħol għall-irtirar) u tas-solitudni fuq is-saħħa; d) jiġu identifikati l-aktar persuni vulnerabbli u jiġu affaċċjati sitwazzjonijiet speċifiċi (mard newrodeġenerattiv, dipressjoni u riskju ta’ suwiċidju, kanċer, eċċ.); e) tiġi ffinanzjata b’mod suffiċjenti u permanenti r-responsabbiltà kollettiva għall-kura tal-anzjani; u f) jiġu akkumpanjati u appoġġjati l-familji li jindukraw, permezz ta’ strumenti, taħriġ, miżuri għar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali u l-kura, u jitqies li l-istatus tagħhom bħala persuni li jindukraw jista’ jwassal biex huma stess jitilfu l-awtonomija tagħhom, mingħajr ma jkollhom dritt għal miżuri ta’ protezzjoni għax-xjuħija tagħhom. |
3. Sfond u kuntest
Evoluzzjoni
3.1. |
Diskussjonijiet dwar il-bżonnijiet ta’ kura tal-anzjani dipendenti ilhom għaddejjin fl-UE għal għexieren ta’ snin. |
3.2. |
Diversi aspetti kkontribwew għall-modifika gradwali tat-tfassil inizjali tal-kura fit-tul. Minn viżjoni bbażata fuq il-kura, imxejna għal waħda aktar inklużiva, li tikkombina l-kura tas-saħħa u dik soċjali, bi provvista universali ta’ servizzi, iffukata fuq il-persuna u ta’ kwalità għolja, li, fil-fehma tal-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea, għandha twieġeb tliet kriterji fundamentali: aċċess għal kulħadd, irrispettivament mill-introjtu jew l-assi; kwalità tal-kura; u finanzjament suffiċjenti tas-sistemi tas-saħħa u l-kura soċjali. |
3.3. |
Bidliet soċjoloġiċi kkontribwixxew biex tissaħħaħ din it-tendenza, bħat-tixjiħ tal-popolazzjoni, il-perċentwal tal-popolazzjoni anzjana f’sitwazzjoni ta’ dipendenza jew telf ta’ awtonomija, iż-żieda fil-mard mentali fil-parti ta’ fuq tal-piramida tal-popolazzjoni, l-inkorporazzjoni massiva ta’ nisa f’xogħol imħallas, iż-żieda fin-numru ta’ persuni li jgħixu waħedhom u l-bidliet fil-mudelli tal-familja. |
3.4. |
L-impatt ta’ dawn il-bidliet tefa’ f’dubju kemm in-natura tal-kura tas-servizzi soċjali kif ukoll ir-rwol ċentrali tal-familja, l-aktar dak tan-nisa, f’kura bħal din, u qajjem il-ħtieġa li jiġi żviluppat – flimkien mal-pensjonijiet, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa jew id-dipendenza – pilastru ġdid tal-istat soċjali, li jirreferi għas-servizzi soċjali. |
3.5. |
Madankollu, speċjalment wara l-kriżi tad-dejn u l-adozzjoni tal-politiki ta’ awsterità li, fost affarijiet oħra, irriżultaw, skont kull Stat Membru tal-UE, fi tnaqqis fil-baġit fis-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali, fl-Istati Membri ġew osservati tendenzi divrenzjati bejniethom lejn assistenza mill-ġdid u żieda fil-prijoritizzazzjoni tal-aktar livelli serji ta’ dipendenza jew ta’ persuni b’inqas riżorsi ekonomiċi. Barra minn hekk, qed tonqos it-tendenza lejn kura mhux mill-familja bħala l-bażi tas-sistema, waqt li qed tiżdied il-kummerċjalizzazzjoni tal-provvista tal-kura, b’finanzjament pubbliku jew mingħajru. |
3.6. |
Dan kollu, b’intensità differenti skont kull Stat Membru, u f’kuntest ta’ pressjoni baġitarja akbar fuq is-sistemi ta’ pensjoni għall-anzjanità, żieda qawwija fid-domanda għal kura fit-tul, żieda fil-qgħad f’ċerti Stati Membri, xogħol prekarju u trajettorji ta’ xogħol mhux kontinwi, u l-prijoritizzazzjoni lejn il-grupp ta’ persuni ’l fuq minn ħamsin sena fi pjani ta’ tnaqqis tal-persunal tal-kumpaniji. Mingħajr l-appoġġ ta’ politiki pubbliċi deċiżivi, din is-sitwazzjoni thedded li twassal għal pensjonijiet aktar baxxi minn dawk attwali u għal inugwaljanzi akbar fl-aċċess għall-kura. |
3.7. |
Aspett ieħor ċentrali qed jiddetermina jekk il-kura, l-appoġġ u l-għajxien abbażi tal-koabitazzjoni għandhomx isiru fid-dar jew fid-djar tal-anzjani. Ir-rieda tal-maġġoranza ta’ dawk milquta hija, skont ħafna stħarriġiet, li jibqgħu d-dar u fl-ambjent tal-komunità tagħhom. |
3.8. |
Din il-preferenza twieġeb ukoll għal domanda strutturali, li għandha wkoll bażi ekonomika, biex tiżdied il-popolazzjoni attiva: fl-UE, 25 % tan-nisa jgħidu li ma jistgħux jaħdmu, jew jaħdmu biss part time involontarjament, minħabba l-indukrar li jipprovdu, speċjalment għall-anzjani, meta mqabbla mat-3 % tal-irġiel. Minħabba l-fatt li l-familji huma iżgħar u f’ħafna każijiet, salarju wieħed mhuwiex biżżejjed biex jiġu koperti l-ispejjeż tad-dar, ħlief għall-persuni li jgħixu waħedhom, m’għadux aktar sostenibbli li l-familji jieħdu responsabbiltajiet ta’ kura. Biex jiġi żgurat li l-aċċess għall-kura ma jkunx limitat għall-ogħla kategoriji ta’ introjtu, irid jiżdied il-finanzjament. |
3.9. |
Għal din ir-raġuni, huwa urġenti li jiġu enfasizzati l-effetti pożittivi, kemm soċjali kif ukoll ekonomiċi, ta’ sistema inklużiva ta’ kura ta’ kwalità u ta’ għożża, billi tibda billi jiġi affermat li l-finanzjament tas-servizzi tal-kura għandu jitqies bħala investiment b’rendimenti kbar u b’diversi aspetti. L-esternalitajiet negattivi ta’ kura insuffiċjenti jew inaċċessibbli f’termini ta’ saħħa u nfiq soċjali huma mnaqqsa. Id-dimensjoni soċjali hija aħjar fir-rigward ta’ appoġġ għall-familji, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, il-kura ta’ membri oħra tal-familja, l-appoġġ emozzjonali, it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ solidarjetà, il-memorja storika. Fir-rigward tal-aspett ekonomiku, dan jiffaċilita l-ħolqien ta’ miljuni ta’ impjiegi, il-finanzjament ta’ perċentwal għoli ta’ familji bi dħul baxx, iż-żieda fid-dħul mit-taxxa, il-konsum, it-trażmissjoni ta’ tfaddil lid-dixxendenti, u s-sostenibbiltà u l-intraprenditorija produttiva. B’mod ġenerali, l-għażla tal-kura fid-djar mhijiex biss ħafna aktar kompluta u individwalizzata, iżda hija inqas għalja milli f’ambjenti residenzjali, ħlief f’ċerti każijiet, bħal persuni b’telf kbir ta’ awtonomija li jgħixu fiċ-ċentri residenzjali. |
3.10. |
Pilastru essenzjali tas-sistemi ta’ residenzi istituzzjonali, u tal-forom ta’ kura fid-djar, huwa l-persunal tal-indukrar, li f’xi każijiet huwa insuffiċjenti, għandu kuntratti prekarji, m’għandux l-appoġġ meħtieġ għat-taħriġ, huwa ftit rikonoxxut professjonalment u huwa mħallas anqas jew huwa ħaddiem irregolari (f’xi pajjiżi b’perċentwali sinifikanti). Għal din ir-raġuni, fost affarijiet oħra, huwa essenzjali li jiġu inkorporati programmi ta’ taħriġ relatati mal-kura tal-anzjani, inklużi persuni dipendenti, fil-fażijiet differenti tat-taħriġ vokazzjonali, li jiftħu l-bibien għal taħriġ b’alternanza. |
Effetti u lezzjonijiet li nsiltu mill-pandemija
3.11. |
Il-pandemija kkontribwixxiet – fil-biċċa l-kbira permezz tal-ħsara li kkawżat – biex tkompli tenfasizza li t-tixjiħ tal-popolazzjoni jirrappreżenta sfida strateġika fundamentali għall-UE u l-Istati Membri tagħha. Enfasizzat ir-rekwiżiti tal-kura tal-anzjani minħabba t-telf ta’ awtonomija u s-sitwazzjoni ta’ dipendenza. Fil-fatt, skont ir-“Rapport tal-2021 dwar il-kura fit-tul” imħejji mill-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, fi żmien 30 sena, ser ikun hemm 130,1 miljun persuna ’l fuq minn 65 sena, 41 % iktar miċ-ċifra attwali. Hekk kif is-sitwazzjonijiet ta’ diżabbiltà u bżonnijiet ta’ kura u appoġġ fit-tul jiżdiedu bl-età, bl-istess mod li tiżdied l-istennija tal-għomor minħabba saħħa tajba, in-numru ta’ nies li jista’ jkollhom bżonn kura bħal din fl-EU-27 huwa mistenni li jiżdied minn 30,8 miljuni fl-2019 għal 33,7 miljuni fl-2030 u 38,1 miljuni fl-2050. |
3.12. |
Diversi aspetti kkontribwixxew għal din iż-żieda fl-għarfien kollettiv dwar l-isfidi assoċjati maż-żieda fl-istennija tal-għomor. Kien hemm mortalità relattiva ogħla kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 li kienet ikkonċentrata fost l-anzjani, u, fosthom, fost l-aktar vulnerabbli u dawk fid-djar tal-anzjani Matul il-pandemija, kien hemm preġudizzji u sterjotipi rigward il-grupp tal-anzjani, deċiżjonijiet diskriminatorji fl-iskrinjar tas-saħħa u mistoqsijiet, impliċiti jew espliċiti, tal-valur u l-kontribut ta’ dan il-grupp lis-soċjetà. |
3.12.1. |
Bl-istess mod, rendikont mgħawweġ ta’ suppost oppożizzjoni bejn l-interessi taż-żgħażagħ u dawk tax-“xjuħ” infirex fid-dibattitu pubbliku. Ġew enfasizzati n-nuqqasijiet kunċettwali, strutturali u funzjonali li jolqtu l-mudelli ta’ kura għall-anzjani. Kibret ix-xewqa li dawn il-mudelli jiffukaw aktar fuq l-aċċess u l-affordabbiltà ta’ kura ta’ kwalità, ir-rispett għad-dinjità u d-drittijiet tal-anzjani, iż-żamma kemm jista’ jkun tal-awtonomija vitali tagħhom u l-ambjent soċjali tagħhom, il-koordinazzjoni bejn is-servizzi soċjali u tas-saħħa, u l-garanzija tal-finanzjament tagħhom (in-nefqa pubblika tirrappreżenta, bħala medja, 1,7 % tal-PDG Ewropew u għandha tirdoppja sal-2050, fil-każ ta’ konverġenza ’l fuq bejn l-Istati). |
3.12.2. |
Ġew żvelati wkoll in-nuqqasijiet li jaffettwaw pilastru essenzjali tal-kura fit-tul, bħall-persuni li jindukraw u l-ħaddiema fis-settur, li jimpjega 6,4 miljun persuna u huwa mistenni li joħloq 7 miljun impjieg ieħor sal-2030. Fl-aħħar nett, ġew enfasizzati l-kontribut ta’ persuni mhux professjonali li jindukraw fit-tul (u l-preġudizzji tal-ġeneru fis-settur kollu kemm hu) u l-ħtieġa li jiġu estiżi ċerti miżuri ta’ konċiljazzjoni jew protezzjoni għal dan il-grupp, li ma kienx sar qabel. Issa ż-żmien li naġixxu. |
3.13. |
Il-fokus akbar fuq l-isfidi u l-opportunitajiet demografiċi u, fir-rigward tal-kontenut ta’ din l-Opinjoni, fuq il-kura għall-anzjani b’riżultat ta’ telf ta’ awtonomija jew dipendenza, ikkontribwixxa biex l-istituzzjonijiet Ewropej ifasslu dokumenti importanti relatati ma’ dawn l-isfidi, kif ukoll mas-suġġett indirizzat f’din l-Opinjoni. |
3.14. |
Fosthom, il-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tixjiħ, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar kontinent xiħ li qed jixjieħ, ir-Rapport u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE dwar l-Integrazzjoni tat-Tixjiħ fil-Politiki Pubbliċi, ir-Rapport tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali dwar “Xejriet, sfidi u opportunitajiet f’soċjetà li qed tixjieħ”, id-Dokument ta’ Ħidma tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-“Pjan għall-futur għall-ħaddiema fis-setturi tal-kura u tal-indukrar – Sfida Ewropea u opportunitajiet lokali u reġjonali” u, b’mod speċjali, il-proposta mfassla mill-President tal-Kummissjoni, is-Sinjura Von der Leyen, waqt id-diskors tagħha fil-Parlament Ewropew dwar l-Istat tal-Unjoni, biex titfassal “Strateġija ġdida Ewropea dwar il-kura”. |
3.15. |
Il-kriżi enfasizzat il-ħtieġa ta’ fehim aħjar ta’ dan is-suġġett fl-Unjoni kollha. Hemm nuqqas ta’ data statistika li tirreferi għall-anzjani, il-ħtieġa ta’ għarfien komuni akbar dwar il-mudelli ta’ protezzjoni u kura soċjali, li huma wisq diversi fl-Istati Membri, ix-xewqa li jinġabru u jinxterdu prattiki tajba fost l-Istati Membri differenti, u l-ħtieġa li jiġu investigati u evitati d-diskriminazzjoni jew il-vjolenza kontra l-anzjani dipendenti. Fil-qosor hemm bżonn monitoraġġ dettaljat u permanenti ta’ din il-kwistjoni. |
3.15.1. |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-għan iddikjarat ta’ din l-Opinjoni li tanalizza u tqabbel is-sitwazzjoni fid-diversi pajjiżi huwa appoġġjat minn għadd ta’ studji u rapporti, inklużi dawk tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, ippubblikati eżatt qabel ma tfasslet din l-Opinjoni. |
3.15.2. |
Fl-istudji u r-rapporti, minbarra li ġew indikati d-diversità tal-mudelli tal-kura u s-sitwazzjonijiet differenti bejn l-Istati Membri, jitniżżlu wkoll il-lezzjonijiet korrispondenti li għandhom jittieħdu. Tiġi inkluża din il-lista, li mhix eżawrjenti: i) il-preferenza li l-kura tingħata fid-dar jew bħal fid-dar; ii) il-bżonn ta’ koordinazzjoni aħjar bejn is-servizzi soċjali u dawk tas-saħħa; iii) ir-rwol essenzjali li jaqdi l-persunal tal-kura, u li dan jiġi rikonoxxut fl-aspetti distinti tiegħu, inkluż il-ħruġ fid-dieher ta’ xogħol mhux iddikjarat; iv) il-fatt li d-domanda għall-kura mhix tintlaħaq; v) il-bżonn urġenti li jiġu indirizzati r-rekwiżiti għal finanzjament suffiċjenti, affordabbli u sostenibbli; vi) l-obbligu li l-approċċi parzjali u n-nuqqas ta’ ftehim jiġu bbilanċjati bir-rikonoxximent u d-dinjità tal-persuni anzjani; vii) il-bżonn li dawk li jindukraw b’mod informali jkunu magħrufa, jiġu rikonoxxuti, imħarsa u appoġġjati; viii) in-nuqqas ta’ data statistika u soċjoloġika dwar l-anzjani; ix) l-obbligu li fl-analiżi jiġu indirizzati s-servizzi ta’ kura li jingħataw fid-dar u l-kura fid-dar; x) l-interazzjoni bejn id-diversi aspetti li jħallu impatt fuq il-kura tal-anzjani; xi) id-dimensjoni kbira tal-ġeneru li teżisti f’dan is-settur; xii) il-bżonn li jiġu stabbiliti protokolli ta’ azzjoni, sistemi ta’ valutazzjoni u miżuri li jirregolaw il-mudelli ta’ kura. |
3.16. |
Il-pandemija kkontribwixxiet biex tixħet dawl fuq in-nuqqasijiet fil-mudelli ta’ kura għall-anzjani, kemm jekk mogħtija mid-djar tal-anzjani, servizzi ta’ kura fid-djar jew mill-familji jew minn persuni privati li jindukraw. |
3.17. |
Nuqqasijiet bħal dawn jirriflettu jekk il-kura tingħatax lil kulħadd jew le, id-diversifikazzjoni u l-frammentazzjoni tas-servizzi offruti, ir-regolazzjoni ħażina tagħhom, id-diffikultajiet fil-koordinazzjoni tal-livelli ta’ ġestjoni, il-problemi ta’ koordinazzjoni bejn is-servizzi soċjali u tas-saħħa, il-kummerċjalizzazzjoni dejjem tikber tas-servizzi, u l-ħtieġa ta’ politiki u miżuri ta’ prevenzjoni. Strutturalment, dawn in-nuqqasijiet jistgħu jiddependu fuq il-konċentrazzjoni, speċjalment tal-anzjani l-aktar dipendenti, fi djar tal-anzjani u mhux f’sitwazzjonijiet ċċentrati fuq il-persuna. Funzjonalment, dawn jintwerew fil-parti l-kbira fil-finanzjament limitat, fin-nuqqas ta’ materjali protettivi jew fin-nuqqas ta’ persunal, fil-prekarjat, fir-riskji fuq il-post tax-xogħol (inkluża s-saħħa mentali), fin-nuqqas ta’ taħriġ u rikonoxximent professjonali u tax-xogħol tal-persunal. |
3.18. |
Il-COVID-19 uriet il-provvista insuffiċjenti ta’ kura fit-tul għall-anzjani kollha bi prezz raġonevoli għal parti kbira taċ-ċittadini Ewropej. F’dan ir-rigward, hija prijorità li jiġi identifikat u tingħata attenzjoni lill-grupp ta’ anzjani li, għalkemm għandhom bżonn il-kura, ma jistgħux jaċċessawha għal diversi raġunijiet (nuqqas ta’ postijiet, spejjeż finanzjarji, eċċ.).; tabilħaqq, fl-EU-27, terz biss tal-persuni ta’ 65 sena jew aktar b’diffikultajiet personali severi użaw servizzi ta’ kura fid-djar fl-2014 Il-mudelli tal-protezzjoni soċjali tal-Istati Membri għandhom jiġu adattati wkoll biex jissodisfaw dawn il-bżonnijiet ġodda b’servizzi pubbliċi jew sussidjati li huma disponibbli, aċċessibbli, sostenibbli, bi prezz raġonevoli u ta’ kwalità tajba. |
3.19. |
Jekk, qabel il-pandemija, l-istituzzjonalizzazzjoni tal-kura tal-anzjani fid-djar tal-anzjani diġà kienet dubjuża ħafna, din il-prattika ġiet miċħuda aktar, ħlief fil-każ ta’ xi anzjani li mhumiex awtonomi jew huma dipendenti ħafna. In-nuqqasijiet tagħha jinkludu: ir-riskju akbar ta’ kontaġju; telf ta’ kontroll tar-residenti fuq ħajjiethom; ir-riġidità tal-iskedi ta’ kuljum; djar tal-anzjani ffullati żżejjed u l-profili wisq diversi fost ir-residenti; ftit privatezza (ġeneralment żewġ persuni fl-istess kamra); il-parteċipazzjoni limitata tar-residenti jew tal-membri tal-familja tagħhom fil-kontroll tal-ġestjoni taċ-ċentri; id-dgħufija fir-relazzjonijiet familjari u soċjali; u d-dislokazzjoni u t-tneħħija tal-ambjent tal-komunità tagħhom. Huwa wkoll meħtieġ ħafna li jissaħħu d-drittijiet u r-rieda espressa tal-anzjani f’dawn id-djar b’forom ta’ tutela li jirrispettaw id-dinjità tagħhom u s-sitwazzjoni speċifika tagħhom, speċjalment fil-każ ta’ anzjani bi problemi konjittivi u mentali. |
3.20. |
Għandha tinġibed l-attenzjoni wkoll għall-kwistjonijiet li jolqtu lill-anzjani li huma kkurati fi djarhom stess, bħan-nuqqas ta’ kontinwità tas-servizzi ta’ għajnuna fid-djar, iżolament fid-dar u d-diffikultajiet fl-aċċess għas-servizzi bażiċi. |
3.21. |
B’mod ġenerali, matul il-pandemija ġiet osservata perspettiva sterjotipika u saħansitra diskriminatorja lejn l-anzjani, meta t-tixjiħ m’għandux jitqies bħala problema iżda bħala opportunità. F’diversi pajjiżi tressqu lmenti jew kawżi quddiem il-qorti relatati ma’ trattament fid-djar tal-anzjani jew ksur possibbli tad-drittijiet fundamentali. Dan enfasizza l-ħtieġa li jiġu stabbiliti mekkaniżmi permanenti biex jiġu żgurati l-benesseri u d-drittijiet tal-anzjani, billi tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni kontra dan il-grupp. |
3.22. |
Qabel il-pandemija, ġew evidenzjati nuqqasijiet importanti f’ħafna pajjiżi f’termini ta’ persunal tal-indukrar, bħal: 1) nuqqas ta’ persunal, perċentwal għoli ta’ kuntratti temporanji u part-time, dawran kbir tal-impjegati, salarji baxxi, ftit rikonoxximent professjonali, nuqqas ta’ drittijiet tal-ħaddiema, bħal drittijiet tal-qgħad jew, f’ċerti każijiet, ir-rikonoxximent tal-COVID-19 bħala marda okkupazzjonali, u anke, f’xi pajjiżi, perċentwali sinifikanti ta’ ħaddiema mingħajr kuntratt u f’ħafna każijiet mingħajr drittijiet soċjali u mingħajr drittijiet ta’ sigurtà soċjali; u 2) nuqqas ta’ taħriġ u akkreditazzjoni għall-persuni li jindukraw (awżiljarji tal-ġerjatrija, persuni li jindukraw jew assistenti ta’ servizzi ta’ għajnuna fid-djar) li huma dawk li jipprovdu l-maġġoranza l-kbira tas-servizzi ta’ kura fid-djar tal-anzjani u fid-djar (2). |
Brussell, id-19 ta’ Jannar 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Ta’ min jinnota li meta nirreferu għall-“kura” fl-Opinjoni, inkunu qed nitkellmu dwar kull tip ta’ kura għall-anzjani. Xi kultant, għal raġunijiet ta’ interpretazzjoni lingwistika, ikun hemm konfużjoni, pereżempju bit-terminu Franċiż “soins”, biex infissru “kura tas-saħħa” mentri, bil-Malti, it-terminu “kura” jirreferi għal kull tip ta’ kura inkluż appoġġ, pereżempju assistenza lill-anzjani, f’forma ta’ konverżazzjonijiet u mixi fil-kumpanija tagħhom, għajnuna b’rabta mal-mobbiltà, qadi u xiri, tindif fid-dar, u kompiti domestiċi oħra bħat-tisjir jew għajnuna biex jilbsu ħwejjiġhom ta’ kuljum, fost attivitajiet oħra. Din hi t-tifsira globali tat-terminu “kura” fl-abbozz ta’ opinjoni. Għalhekk ikopri wkoll il-kunċett ta’ “appoġġ”.
(2) Anness għall-Opinjoni SOC/687 (disponibbli biss bl-Ingliż).
12.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/27 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-istat tad-dritt u l-fond ta’ rkupru”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2022/C 194/05)
Relatur: |
Christian BÄUMLER |
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
25.3.2021 |
Bażi legali |
Artikolu 32(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
Opinjoni fuq inizjattiva proprja |
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
Adottata fis-sezzjoni |
16.12.2021 |
Adottata fil-plenarja |
20.1.2022 |
Sessjoni Plenarja Nru |
566 |
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
204/14/18 |
1. Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jenfasizza li l-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq valuri bħar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. |
1.2. |
Fil-fehma tal-KESE, l-aderenza ma’ dawn il-valuri, b’mod partikolari l-istat tad-dritt, hija ta’ importanza fundamentali għaċ-ċittadini tal-UE u għas-sopravivenza tal-Unjoni Ewropea. |
1.3. |
Il-KESE huwa impenjat li jiżgura li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea jimponu sanzjonijiet għoljin u dissważivi f’każ ta’ nuqqasijiet sistematiċi fir-rigward tal-istat tad-dritt li jipperikolaw il-baġit tal-Unjoni Ewropea. |
1.4. |
Għall-KESE huwa ta’ importanza kbira li l-programmi ta’ rkupru ppreżentati mill-Istati Membri jistabbilixxu l-miżuri li ser jieħdu biex permezz tagħhom isaħħu l-istat tad-dritt. |
1.5. |
Il-KESE jappella sabiex il-programmi kollha appoġġjati mill-baġit tal-UE jkunu soġġetti għal rekwiżiti legali dwar il-libertà tal-informazzjoni u t-trasparenza. |
1.6. |
Il-KESE jappella sabiex il-parteċipazzjoni f’kooperazzjoni msaħħa mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew issir prerekwiżit għall-parteċipazzjoni fil-programmi ffinanzjati mill-baġit tal-UE. |
1.7. |
Il-KESE jappella sabiex l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) jiżviluppa f’aġenzija għall-istat tad-dritt u l-effiċjenza amministrattiva. |
1.8. |
Il-KESE jqis li n-nuqqasijiet sistematiċi fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri għandhom impatt detrimentali fuq il-baġit tal-UE u jappella għall-inverżjoni tal-oneru tal-provi. |
1.9. |
Il-KESE jappella lill-UE biex tipproteġi l-NGOs li jippromovu d-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt minn influwenza mhux xierqa u biex tappoġġja l-finanzjament tagħhom. |
1.10. |
Il-KESE jappella lill-istituzzjonijiet Ewropej biex iniedu kampanja mas-soċjetà ċivili bit-titolu “L-UE Tiegħi – Id-Drittijiet tiegħi”, li tagħti bidu għal djalogu fl-UE kollha dwar l-importanza tal-istat tad-dritt. |
2. Kummenti ġenerali
Sfond tal-proposta
2.1. |
L-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq il-valuri elenkati fl-Artikolu 2 tat-TUE. Dawn il-valuri jinkludu r-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għall-minoranzi. Barra minn hekk, is-soċjetà Ewropea hija kkaratterizzata mill-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (1). |
2.2. |
Ir-rispett għal dawn il-valuri huwa ta’ importanza fundamentali għaċ-ċittadini kollha tal-UE. Fil-kuntest tal-istorja Ewropea u, b’mod partikolari, fir-rigward tar-reati tal-bniedem fil-gwerer dinjija, l-Unjoni Ewropea tat wegħda ta’ protezzjoni biex tiżgura l-paċi fl-Ewropa u biex tipproteġi d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini kollha tagħha. Dan jagħti lok għal mandat għall-Unjoni Ewropea biex timmonitorja u tipprevjeni ksur sistematiku ta’ dawn il-valuri. |
2.3. |
Barra minn hekk, ir-rispett għal dawn il-valuri, b’mod partikolari l-istat tad-dritt, huwa prerekwiżit għall-eżistenza tal-Unjoni Ewropea fil-forma attwali tagħha: sabiex l-Unjoni Ewropea tkun konformi mal-istat tad-dritt, l-Istati Membri kollha għandhom jikkonformaw mal-istat tad-dritt. Dan biss jista’ jiżgura li l-politiki tal-Unjoni, inkluża n-nefqa mill-baġit Ewropew, jiġu implimentati b’mod korrett fl-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni bejn il-ġudikatura u l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri hija bbażata fuq fiduċja reċiproka li l-Istati Membri kollha jikkondividu valuri komuni u japplikawhom fil-prattika. Huwa biss fuq din il-bażi li l-amministrazzjonijiet u l-korpi ġudizzjarji tal-Istati Membri jistgħu jikkooperaw bejn il-fruntieri u li jirrikonoxxu u jimplimentaw deċiżjonijiet ta’ Stat Membru ieħor. |
2.4. |
Barra minn hekk, dawn il-valuri, b’mod partikolari l-istat tad-dritt, m’għandhomx jiġu sottovalutati għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli tal-Unjoni Ewropea. Minbarra li tiżgura ċ-ċertezza tal-investiment, il-konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni u ma’ regolamentazzjoni ekonomika oħra, il-fiduċja fis-sistema legali kollha kemm hi hija kruċjali għall-investiment privat u l-kummerċ transfruntier. Għaldaqstant, irkupru sostenibbli tas-suq uniku Ewropew mill-konsegwenzi ekonomiċi tal-pandemija tal-COVID-19 jeħtieġ, flimkien ma’ miżuri ta’ appoġġ speċifiċi bħall-Fond għall-Irkupru, ir-rispett għall-valuri Ewropej u, b’mod partikolari, l-istat tad-dritt. |
2.5. |
Fl-aħħar nett, il-prinċipju tal-istat tad-dritt u l-valuri l-oħra msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE jagħmlu parti mis-sens proprju tal-identità tal-Unjoni Ewropea. L-istat tad-dritt huwa parti integrali minn soċjetà demokratika u pluralista fl-Ewropa, li hija waħda mill-wegħdiet fundaturi tal-Unjoni. Madankollu, l-importanza tal-istat tad-dritt tmur lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni. Il-politika estera u ta’ sigurtà tal-Unjoni hija bbażata b’mod qawwi fuq il-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE u fuq il-prinċipju tal-istat tad-dritt. Fil-politika barranija tagħha l-Unjoni Ewropea ħadet impenn favur ordni globali bbażat fuq il-liġi u l-valuri. L-Unjoni Ewropea tista’ tkompli tagħmel dan b’mod kredibbli biss jekk hija u l-Istati Membri kollha tagħha jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti. Il-koeżjoni interna u l-appell dinji tal-Unjoni huma wkoll ibbażati b’mod kruċjali fuq il-konformità ma’ dawn il-valuri. |
2.6. |
L-istituzzjonijiet Ewropej konsistentament enfasizzaw l-importanza tal-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE u, b’mod partikolari, ir-rispett għall-istat tad-dritt f’diversi Opinjonijiet u atti leġiżlattivi. Fost sanzjonijiet possibbli oħra, b’mod partikolari proċedimenti ta’ ksur skont l-Artikolu 263 tat-TFUE, ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) issa jipprevedi l-possibbiltà li jiġu imposti penali finanzjarji fuq ksur sistematiku tal-istat tad-dritt. L-għan ewlieni ta’ dan huwa li jiġi protett il-baġit tal-Unjoni. Dan jista’ jikkontribwixxi wkoll b’mod aktar ġenerali għal protezzjoni aħjar tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha. Ir-Regolament huwa maħsub ukoll biex isaħħaħ il-kredibbiltà tal-Unjoni u b’hekk jiffaċilita l-investiment. |
2.7. |
Il-KESE jilqa’ l-introduzzjoni ta’ dan ir-Regolament il-ġdid. Minbarra li jipproteġi l-istat tad-dritt u l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, ir-Regolament jippromovi wkoll l-aċċettazzjoni soċjali tat-trasferimenti finanzjarji fl-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, tal-Fond għall-Irkupru fl-Istati Membri kollha. Madankollu, huwa kruċjali għall-effettività tar-Regolament li jiġi implimentat fil-prattika u li jiġu imposti sanzjonijiet rapidi u komprensivi għal ksur tal-istat tad-dritt li jkun qed jipperikola wkoll il-baġit tal-Unjoni. |
2.8. |
Minbarra dan il-monitoraġġ il-ġdid li jiffoka b’mod partikolari fuq l-istat tad-dritt fl-allokazzjoni tal-fondi, il-Kummissjoni għandha wkoll tkompli teżerċita bis-sħiħ u, fejn meħtieġ issaħħaħ, ir-rwol ġenerali tagħha fil-monitoraġġ tal-baġit tal-UE. Tabilħaqq, kwalunkwe miżapproprjazzjoni ta’ fondi tal-UE, anki jekk ma tirriżultax minn nuqqasijiet fl-istat tad-dritt, tagħmel ħsara lill-programmi Ewropej u lill-immaġni tal-UE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li ċ-ċittadini tal-UE jkunu aktar konxji ta’ liema proġetti tal-UE ġew finanzjati jew kofinanzjati b’mod konkret fuq il-post. Għal dan il-għan, ir-regoli rilevanti dwar it-trasparenza u l-informazzjoni lill-pubbliku, bħal panels għall-proġetti ta’ bini u informazzjoni online, għandhom jiġu adattati wkoll, u l-involviment tal-UE għandu jiġi ċċarat. |
3. Rekwiżiti ġenerali
3.1. |
Il-KESE jappella għall-applikazzjoni stretta tar-Regolament il-ġdid fl-oqsma baġitarji kollha. Sabiex twettaq il-kompiti ta’ monitoraġġ assenjati lilha mir-Regolament u t-Trattati, jeħtieġ li l-Kummissjoni talloka riżorsi umani u finanzjarji adegwati u ssegwi b’mod konsistenti indikazzjonijiet ta’ ksur possibbli. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tapplika kriterji strettament oġġettivi u teżamina l-ksur bl-istess mod fl-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ ukoll il-kontroll tagħha fuq l-implimentazzjoni korretta tal-programmi tal-UE f’pajjiżi terzi u, b’mod partikolari, tapplika l-istess kriterji għall-pajjiżi kandidati bħall-Istati Membri. |
3.2. |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jridu jiżguraw li ma jsir l-ebda pagament mill-baġit tal-Unjoni, li l-użu tiegħu ma jistax jintwera bis-sħiħ. Il-benefiċjarji kollha, irrispettivament mill-fatt jekk humiex entitajiet pubbliċi jew privati, ta’ pagamenti mill-baġit tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal regoli ta’ trasparenza adatti. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iżommu lis-soċjetà ċivili infurmata bis-sħiħ dwar l-użu tal-fondi u jikkonsultawhom dwar titjib possibbli fl-użu tal-fondi. Għandu jkun hemm proċedura trasparenti u konsultazzjoni għall-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit, fejn l-Istati Membri jikkonsultaw ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. |
3.3. |
Fil-każ ta’ nuqqasijiet sistematiċi fl-istat tad-dritt fl-Istati Membri, li fl-istess ħin jipperikolaw il-baġit tal-Unjoni, hija meħtieġa reazzjoni bikrija u rapida, b’mod partikolari mill-Kummissjoni. Dan huwa l-uniku mod biex jiġi żgurat li l-fallimenti jiġu identifikati u kkoreġuti fi stadju bikri. Barra minn hekk, għandhom jiġu imposti penali dissważivi fil-każ ta’ ksur: anke f’oqsma oħra, bħall-infurzar tal-liġi tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni timponi wkoll sanzjonijiet finanzjarji sinifikanti biex tipproteġi l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE. L-importanza fundamentali tal-istat tad-dritt u l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni jirrikjedu wkoll li l-Kummissjoni u l-Kunsill jimponu penali għoljin u dissważivi f’dawn l-oqsma. Fil-każ ta’ riforma possibbli tar-Regolament, dan għandu wkoll jiġi ddikjarat b’mod espliċitu fit-test tar-Regolament. Barra minn hekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jikkoordinaw mill-qrib mal-Parlament Ewropew u jappella sabiex il-Parlament Ewropew jingħatawlu l-istess drittijiet proċedurali bħall-Kunsill fil-każ ta’ riforma possibbli tar-Regolament fil-futur. |
3.4. |
Il-KESE huwa tal-fehma li n-nuqqasijiet sistematiċi fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru dejjem idgħajfu, jew tal-anqas jipperikolaw serjament, l-implimentazzjoni ta’ programmi ffinanzjati mill-UE u b’hekk il-protezzjoni tal-baġit tal-UE. Għalhekk, jekk jiġu identifikati nuqqasijiet sistematiċi fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru, dan għandu jġorr l-oneru tal-prova li l-implimentazzjoni tal-programmi ffinanzjati mill-UE u l-protezzjoni tal-baġit tal-UE huma żgurati. Il-KESE jappella sabiex dan jiġi ċċarat fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092. |
3.5. |
Minbarra l-possibbiltajiet previsti fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092, il-Kummissjoni, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għandhom jużaw kwalunkwe mezz ieħor ta’ sanzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom fil-każ ta’ ksur sistematiku tal-istat tad-dritt. Dawn jinkludu, b’mod partikolari, il-proċedura ta’ ksur skont l-Artikolu 263 tat-TFUE u l-proċedura skont l-Artikolu 7 tat-TUE. Fl-applikazzjoni ta’ dawn il-proċeduri, l-istituzzjonijiet Ewropej imsemmija hawn fuq għandhom jiżguraw ukoll li dawn jiġu implimentati malajr kemm jista’ jkun u li jiġu imposti penali dissważivi. B’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092, il-Kummissjoni għandha toħroġ linji gwida mingħajr dewmien sabiex tkun tista’ tirreaġixxi malajr fil-każ ta’ ksur tal-istat tad-dritt. F’dawk il-linji gwida, il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom hija tqis li hija meħtieġa penali finanzjarja, kif ukoll il-penali finanzjarji li tqis li huma adatti. Jenħtieġ li tistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet li skonthom se tagħti bidu wkoll għal proċedura ta’ ksur skont l-Artikolu 263 tat-TFUE jew proċedura skont l-Artikolu 7 tat-TUE. |
3.6. |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għandhom ikomplu jimpenjaw ruħhom fi djalogu kontinwu dwar l-istat tad-dritt mal-Istati Membri kollha, kif ukoll jidentifikaw pubblikament b’mod ċar il-ksur tal-istat tad-dritt. L-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jikkooperaw aktar ma’ xulxin biex jippromovu aktar l-istat tad-dritt u jesploraw modi ulterjuri possibbli biex jipproteġu l-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha. |
4. Rekwiżiti speċifiċi
4.1. |
Fir-rigward tal-Fond għall-Irkupru, il-KESE jiddispjaċih li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea li tivvaluta l-programmi tal-Istati Membri jindirizzaw biss sa ċertu punt l-importanza fundamentali tal-istat tad-dritt. Kif spjegat hawn fuq, l-istat tad-dritt huwa fundamentali għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli tal-Unjoni Ewropea u għalhekk għandu dovutament jitqies fil-qafas tal-Fond għall-Irkupru. F’dan ir-rigward, mhuwiex biżżejjed li l-Kummissjoni tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq indikaturi ekonomiċi, bħas-Semestru Ewropew. Kif diġà talab il-KESE, il-Kummissjoni għandha tqis aktar l-importanza tal-istat tad-dritt għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u tinkludi indikaturi rilevanti (3). |
4.2. |
Fil-fehma tal-KESE, il-programmi ppreżentati s’issa mill-Istati Membri fihom ftit wisq inizjattivi biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt. Fost affarijiet oħra, il-programmi tal-Italja, il-Kroazja u ċ-Ċekja fihom inizjattivi speċifiċi dwar l-istat tad-dritt, bħal miżuri biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni u tiżdied l-effiċjenza tal-korpi ġudizzjarji. Madankollu, b’mod ġenerali u għall-Istati Membri kollha, dan mhuwiex biżżejjed fil-fehma tal-KESE biex jirrifletti l-importanza fundamentali tal-istat tad-dritt. Għalhekk huwa ta’ importanza kbira għall-KESE li l-Istati Membri kollha jistabbilixxu fil-programmi nazzjonali tagħhom liema miżuri ser jieħdu biex isaħħu l-istat tad-dritt. |
4.3. |
Barra minn hekk, il-KESE jappella għal aktar żvilupp tar-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092. Fil-futur, il-programmi kollha appoġġjati mill-baġit tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal liġijiet nazzjonali estensivi dwar il-libertà tal-informazzjoni u t-trasparenza sabiex jiġi pprovdut aċċess faċli u komprenziv għall-informazzjoni lill-istituzzjonijiet tal-istampa, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u s-soċjetà ċivili kollha kemm hi. Eċċezzjoni tista’ ssir biss jekk l-interessi tas-sigurtà nazzjonali jeħtieġu dan. Il-Kummissjoni Ewropea għandha żżomm dawn il-liġijiet nazzjonali dwar il-libertà tal-informazzjoni taħt rieżami kostanti u, jekk ikun meħtieġ, tagħmel proposti għal emendi, filwaqt li tqis ukoll l-fehmiet ta’, pereżempju, il-Parlament Ewropew u l-KESE. |
4.4. |
Il-KESE jappoġġja l-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew peress li ser jaqdi rwol importanti fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u fil-prosekuzzjoni ta’ reati transkonfinali. Il-KESE huwa konvint li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew diġà ser ikollu effett dissważiv u ser jikkontribwixxi fit-tul għal titjib sinifikanti fil-prosekuzzjoni transfruntiera. Għal dawn ir-raġunijiet, il-KESE jappella lill-Istati Membri kollha biex jingħaqdu mal-kooperazzjoni msaħħa mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u biex dan isir prerekwiżit għall-parteċipazzjoni fil-programmi ffinanzjati mill-UE. |
4.5. |
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew li għadu kif inħoloq jieħu f’idejh il-kompiti li s’issa twettqu mill-OLAF. Għalhekk, il-KESE jitlob li l-OLAF jiġi żviluppat aktar f’aġenzija Ewropea għall-istat tad-dritt u l-effiċjenza amministrattiva. Din l-Aġenzija l-ġdida għandha b’mod ġenerali u kontinwu tirrevedi l-istat tad-dritt fl-Istati Membri u tagħti pariri lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092. Barra minn hekk, din l-aġenzija l-ġdida għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet ġenerali biex ittejjeb l-istat tad-dritt u l-effiċjenza amministrattiva tal-Istati Membri u, f’dan ir-rigward, tappoġġja lill-Istati Membri u l-amministrazzjonijiet tagħhom. Fejn l-Istati Membri ma jsegwux rakkomandazzjonijiet sinifikanti magħmula minn din l-Aġenzija, huma għandhom jintalbu jiġġustifikaw dan. |
4.6. |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżviluppa wkoll aktar inizjattivi biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt u l-validità tad-drittijiet fundamentali Ewropej fl-Istati Membri kollha. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti u żviluppati programmi ta’ skambju, bħall-Erasmus+, għall-persunal tal-korpi ġudizzjarji tal-Istati Membri, kif ukoll għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jaħdmu b’mod partikolari għall-istat tad-dritt u għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u tal-bniedem, sabiex jissaħħaħ u jiġi żviluppat fehim komuni tal-istat tad-dritt fl-Ewropa. Għal dan il-għan, l-Unjoni Ewropea għandha żżid il-finanzjament għal programmi ta’ taħriġ volontarju u transfruntiera għal dawn il-membri tal-ġudikatura fl-Istati Membri; għandhom jiġu appoġġjati wkoll programmi edukattivi għal organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromovu l-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u tal-bniedem. L-għan għandu jkun li jiġi promoss il-prinċipju Ewropew tal-istat tad-dritt, li jqis kemm it-tradizzjonijiet legali tal-Istati Membri kif ukoll in-natura vinkolanti tal-istandards minimi komuni għall-Istati Membri kollha. |
4.7. |
Fil-fehma tal-KESE, is-soċjetà ċivili hija partikolarment importanti għall-protezzjoni tal-istat tad-dritt; għalhekk għandha wkoll ir-responsabbiltà li tagħmel dan. Sabiex jissaħħaħ l-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandha għalhekk iżżid l-appoġġ tagħha għall-pjattaformi tas-soċjetà ċivili li jiffukaw fuq il-protezzjoni tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, kif ukoll programmi edukattivi, permezz ta’ programm ġdid (4). Taħt dan il-programm, l-UE għandha tappoġġja l-finanzjament ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi. Jeħtieġ li tiġi żgurata protezzjoni kontra influwenza mhux xierqa u interferenza oħra fl-indipendenza ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi minn dawk li jfasslu l-politika, mil-lobbisti u minn atturi oħra. |
4.8. |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-KESE b’mod partikolari għandhom iqajmu kuxjenza fost iċ-ċittadini kollha tal-UE dwar l-importanza tal-valuri Ewropej, b’mod partikolari l-istat tad-dritt. L-UE teħtieġ strateġija ta’ komunikazzjoni li tgħaqqad il-kunċett tal-istat tad-dritt mar-realtà li ngħixu fiha. Għal dan il-għan, l-istituzzjonijiet Ewropej imsemmija hawn fuq, f’kooperazzjoni ma’ atturi oħra tas-soċjetà ċivili, għandhom iniedu kampanja bit-titolu “L-UE Tiegħi – Id-Drittijiet tiegħi” dwar l-importanza tal-istat tad-dritt, li tindirizza l-importanza tal-istat tad-dritt, tagħti informazzjoni bażika li tinftiehem minn kulħadd dwar l-istat tad-dritt, u tistieden lil kulħadd għal djalogu fl-Unjoni kollha (5). |
Brussell, l-20 ta’ Jannar 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) L-Artikolu 2 tat-TUE.
(2) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1).
(3) Ara wkoll: l-Opinjoni tal-KESE dwar L-istat tad-dritt u l-impatt tiegħu fuq it-tkabbir ekonomiku, ECO/511 (ĠU C 429, 11.12.2020, p. 16), punt 7.1 et seq.; u l-Opinjoni tal-KESE, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill – It-tisħiħ ulterjuri tal-Istat tad-Dritt fi ħdan l-Unjoni, SOC/627 (ĠU C 282, 20.8.2019, p. 39), punt 4.1 et seq.
(4) Ara wkoll: l-Opinjoni tal-KESE, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill – It-tisħiħ ulterjuri tal-istat tad-dritt fl-Unjoni, SOC/627, punt; 3.9 et seq.; l-Opinjoni tal-KESE Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea, SOC/672 (ĠU C 341, 24.8.2021, p. 56), punt 6.2.1 et seq.
(5) Ara wkoll: l-Opinjoni tal-KESE, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill – It-tisħiħ ulterjuri tal-istat tad-dritt fl-Unjoni, SOC/627, punt 3.19; l-Opinjoni tal-KESE Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea, SOC/672 punt 4.3.2.
ANNESS
L-emendi li ġejjin inċaħdu waqt id-diskussjoni iżda rċevew tal-inqas kwart tal-voti mixħuta (Artikolu 59(3) tar-Regoli ta’ Proċedura):
EMENDA 1
Imressqa minn:
TEDER Reet
SOC/692 — L-istat tad-dritt u l-fond ta’ rkupru
Punt 3.4
Ibdel it-test kif ġej:
Opinjoni mressqa mis-sezzjoni |
Emenda |
Il-KESE huwa tal-fehma li n-nuqqasijiet sistematiċi fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru dejjem idgħajfu, jew tal-anqas jipperikolaw serjament, l-implimentazzjoni ta’ programmi ffinanzjati mill-UE u b’hekk il-protezzjoni tal-baġit tal-UE. Għalhekk, jekk jiġu identifikati nuqqasijiet sistematiċi fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru, dan għandu jġorr l-oneru tal-prova li l-implimentazzjoni tal-programmi ffinanzjati mill-UE u l-protezzjoni tal-baġit tal-UE huma żgurati. Il-KESE jappella sabiex dan jiġi ċċarat fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092. |
Il-KESE huwa tal-fehma li n-nuqqasijiet sistematiċi fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru dejjem idgħajfu, jew tal-anqas jipperikolaw serjament, l-implimentazzjoni ta’ programmi ffinanzjati mill-UE u b’hekk il-protezzjoni tal-baġit tal-UE. Għalhekk, jekk jiġu identifikati nuqqasijiet sistematiċi fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru, dan għandu jkun obbligat jipparteċipa bis-sħiħ fl-investigazzjoni ta’ kwalunkwe ksur u fl-indirizzar tan-nuqqasijiet sabiex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni adegwata tal-programmi ffinanzjati mill-UE u l-protezzjoni tal-baġit tal-UE jkunu żgurati. Il-KESE jirrakkomanda li dan jiġi ċċarat fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092. |
Raġuni
L-Istat tad-dritt għandu jiġi ggarantit permezz ta’ mezzi leġittimi. L-oneru tal-prova fil-forma attwali tiegħu huwa wieħed mill-aktar prinċipji fundamentali importanti tal-legalità. It-tibdil jew it-treġġigħ lura tal-oneru tal-prova joħloq preċedent estremament perikoluż, li min-naħa tiegħu jdgħajjef il-pedamenti tal-istat tad-dritt.
Riżultat tal-votazzjoni:
Favur: |
41 |
Kontra: |
65 |
Astensjonijiet: |
13 |
EMENDA 2
Imressqa minn:
TEDER Reet
SOC/692 — L-istat tad-dritt u l-fond ta’ rkupru
Punt 1.6
Ibdel it-test kif ġej:
Opinjoni mressqa mis-sezzjoni |
Emenda |
Il-KESE jqis li n-nuqqasijiet sistematiċi fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri għandhom impatt detrimentali fuq il-baġit tal-UE u jappella għall-inverżjoni tal-oneru tal-provi . |
Il-KESE jqis li n-nuqqasijiet fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri għandhom impatt detrimentali fuq il-baġit tal-UE u jappella sabiex in-nuqqasijiet jiġu indirizzati b’mod immirat u għal rispett strett tal-istat tad-dritt fl-implimentazzjoni tal-programmi ffinanzjati mill-UE u l-protezzjoni tal-baġit tal-UE . |
Raġuni
L-Istat tad-dritt għandu jiġi ggarantit permezz ta’ mezzi leġittimi. L-oneru tal-prova fil-forma attwali tiegħu huwa wieħed mill-aktar prinċipji fundamentali importanti tal-legalità. It-tibdil jew it-treġġigħ lura tal-oneru tal-prova joħloq preċedent estremament perikoluż, li min-naħa tiegħu jdgħajjef il-pedamenti tal-istat tad-dritt.
Riżultat tal-votazzjoni:
Favur: |
72 |
Kontra: |
141 |
Astensjonijiet: |
18 |
12.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/34 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-ekosistemi industrijali identifikati kif se jikkontribwixxu għall-awtonomija strateġika tal-UE u għall-benessri taċ-ċittadini tagħha?”
(opinjoni esploratorja)
(2022/C 194/06)
Relatur: |
Sandra PARTHIE |
Konsultazzjoni |
Il-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 21.9.2021 |
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
Adottata fis-sezzjoni |
13.12.2021 |
Adottata fil-plenarja |
19.1.2022 |
Sessjoni plenarja Nru |
566 |
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
244/1/3 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. |
Sabiex l-ekonomiji Ewropej jibqgħu kompetittivi fuq livell globali, il-kumpaniji f’ħafna setturi jeħtieġ li jadattaw għal kompetituri globali ġodda, joħolqu mill-ġdid mudelli ta’ negozju u jivvalutaw mill-ġdid il-ktajjen tal-provvista. Il-bidla li tirriżulta hija strutturali u xi kultant saħansitra ta’ tfixkil, mhux biss għan-negozji iżda wkoll għan-nies u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. Il-KESE jenfasizza l-prinċipju li “ħadd ma jitħalla jibqa’ lura” u jitlob li jkun hemm djalogu mal-atturi rilevanti kollha dwar il-ġestjoni ta’ din il-bidla strutturali. |
1.2. |
Il-ftuħ għall-kummerċ, l-investiment u forom oħra ta’ kollaborazzjoni internazzjonali huwa punt b’saħħtu u sors ta’ tkabbir u benesseri għall-UE. Il-KESE jappoġġja l-ambizzjoni tal-UE li tassumi responsabbiltà akbar għas-sigurtà tagħha stess, tnaqqas id-dipendenzi unilaterali f’oqsma kritiċi, u ssaħħaħ il-kapaċità tagħha li tistabbilixxi u timplimenta l-prijoritajiet tagħha stess, billi timxi lejn stat ta’ kompetittività ekonomika u reżiljenza mtejba. |
1.3. |
Mingħajr ma nkunu protezzjonisti, jeħtieġ li tittieħed azzjoni fil-livell Ewropew permezz ta’ regolamentazzjoni kif ukoll iffissar ta’ standards biex jitnaqqas ir-riskju ta’ nuqqasijiet strateġiċi jew strutturali, ikun hemm diversifikazzjoni, tiġi protetta l-proprjetà intellettwali u tiġi żgurata kompetizzjoni bbażata fuq ir-regoli u ġusta bejn l-Istati Membri u ma’ msieħba globali oħra. Fl-alleanzi transnazzjonali u globali tagħha, l-UE jeħtiġilha tkun tista’ tidentifika ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertajiet fundamentali u tas-saħħa u tas-sikurezza kemm tan-nies kif ukoll tal-ambjent tul il-ktajjen tal-valur u tal-provvista. |
1.4. |
Sabiex issaħħaħ il-bażi tal-manifattura tagħha, il-KESE jirrakkomanda li l-UE żżid l-infiq tagħha fuq ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni u għal strumenti ta’ finanzjament relatati oħrajn bħall-istrument għall-Investiment Interreġjonali fl-Innovazzjoni (1), u b’hekk iġġibha tal-inqas fuq l-istess livell ma’ reġjuni oħra fid-dinja biex tkun tista’ sseħħ l-innovazzjoni tant meħtieġa. |
1.5. |
Barra minn hekk, il-KESE jirrakkomanda li l-Aġenda għall-Ħiliet tiġi adattata għall-ħtiġijiet futuri tas-suq tax-xogħol. L-approċċ tal-ekosistemi industrijali għandu jissarraf ukoll f’żieda fil-benesseri taċ-ċittadini tal-UE f’termini ta’ impjiegi ta’ kwalità, remunerazzjoni u aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja. F’dan il-kuntest, il-KESE jissottolinja l-appoġġ tiegħu għall-Patt Ewropew għall-Ħiliet, li huwa kruċjali biex jiġu żgurati prospetti ta’ impjieg fit-tul għaċ-ċittadini Ewropej. |
1.6. |
Il-KESE jemmen li huwa importanti li tinkiseb konverġenza reali ’l fuq tal-ekonomiji tal-UE, b’mod partikolari f’termini ta’ produttività, standards soċjali, saħħa u sikurezza okkupazzjonali u produzzjoni li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent. Il-kompetittività tas-Suq Uniku Ewropew tiddependi l-aktar mill-iżvilupp tal-potenzjal sħiħ tal-ekonomiji nazzjonali kollha u l-aċċess għalih, li għadhom f’livelli differenti ħafna u għalhekk jeħtieġu politiki differenti u mmirati. L-għan għandu jkun il-qerda tad-disparitajiet ekonomiċi fost l-Istati Membri. L-investimenti fir-riċerka, fl-iżvilupp u f’teknoloġiji ġodda huma kruċjali. |
1.7. |
Għal perspettiva bilanċjata tal-benesseri, il-KESE jaqbel mal-valutazzjoni tal-OECD li għandna bżonn tabelli komprensivi ta’ statistika li jirriflettu x’inhu importanti għan-nies, li jkopru eżiti b’firxa wiesgħa bħall-introjtu tan-nies, is-saħħa, ir-rabtiet soċjali, is-sikurezza u l-ambjent. Jeħtieġ li nħarsu lil hinn mill-medji tal-pajjiżi biex nifhmu mhux biss jekk il-ħajja hijiex qed titjieb, iżda wkoll għal min qed titjieb. Barra minn hekk, jeħtieġ li mhux biss inkejlu l-benesseri tal-lum, iżda wkoll ir-riżorsi li jgħinu biex dan jiġi sostnut fil-futur. Fl-aħħar nett, il-bidla strutturali tista’ titqies min-nies bħala theddida, minkejja r-riżultati tal-analiżi ekonomika. Il-kisbiet fl-elezzjonijiet mill-partiti populisti madwar l-UE iżda wkoll il-vot tal-Brexit jistgħu jirriżultaw mill-fatt li l-votanti jħossuhom maqtugħa mill-globalizzazzjoni, u li jħossu li ma għandhomx kontroll fuq id-deċiżjonijiet tagħhom dwar ħajjithom. Dan ma jistax jittaffa bl-istatistika. L-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jeħtieġ li jkunu ħafna aktar involuti minn dawk li jfasslu l-politika fl-indirizzar tal-ilmenti u l-biża’ ta’ tbatija soċjali u fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet fil-prattika. Il-KESE jappoġġja governanza korporattiva sostenibbli aktar miftuħa u orjentata lejn il-parteċipazzjoni li tinkludi l-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fil-livell tal-kumpaniji. |
2. Sfond tal-Opinjoni, inkluża l-proposta leġiżlattiva kkonċernata
2.1. |
Il-KESE jindika l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-1 u t-2 ta’ Ottubru 2020 li jagħmlu l-kunċett ta’ awtonomija strateġika karatteristika ċentrali tas-suq intern, tal-politika industrijali u tas-settur diġitali. Huwa jenfasizza wkoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill Kompetittività tat-13 ta’ Novembru 2020, li jiddikjaraw li dan jinkludi l-identifikazzjoni u t-tnaqqis ta’ dipendenzi strateġiċi u ż-żieda tar-reżiljenza fl-ekosistemi industrijali l-aktar sensittivi u f’oqsma speċifiċi, bħas-saħħa, l-industrija tad-difiża, l-ispazju, il-qasam diġitali, l-enerġija, l-industriji tal-mobbiltà u l-materja prima kritika. |
2.2. |
L-objettivi tal-awtonomija strateġika miftuħa huma l-istabbiltà, it-tixrid tal-istandards Ewropej u l-promozzjoni tal-valuri tal-UE. Dawn huma riflessi f’diversi inizjattivi reċenti, bħall-Komunikazzjoni dwar Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa ta’ Frar 2020; il-Komunikazzjoni dwar l-investiment dirett barrani (ir-Regolament dwar l-iskrinjar tal-FDI) adottata f’Marzu 2020; il-Mekkaniżmu tal-Iskrinjar tal-Investiment Barrani tal-UE adottat fl-2019 u li beda jopera bis-sħiħ f’Ottubru 2020; l-Istrateġija għad-Data ta’ Novembru 2020; ir-rieżami tal-politika kummerċjali “Awtonomija strateġika miftuħa” ta’ ta’ Novembru 2020; ir-rieżami tal-politika kummerċjali “Awtonomija strateġika miftuħa” ta’ Frar 2021; u l-ħidma li għaddejja bħalissa dwar strument kontra l-koerċizzjoni. Barra minn hekk, il-Proposta għal Regolament dwar il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntiera ta’ Lulju 2021 hija eżempju wieħed tas-sensibilizzazzjoni dejjem akbar fir-rigward tas-suġġetti ambjentali fl-UE. |
2.3. |
L-Istrateġija ta’ Lisbona tas-sena 2000 kellha l-għan li tagħmel l-UE ekonomija u soċjetà bbażata fuq l-għarfien, stabbiliet indikaturi kwantifikabbli u saħħet il-ħtieġa li n-nies jiġu appoġġjati fil-perkorsi tagħhom ta’ tagħlim tul il-ħajja. Il-Patt għall-Ħiliet huwa essenzjali f’termini ta’ edukazzjoni, għarfien espert u know-how, minħabba li xi setturi industrijali qed jiffaċċjaw trasformazzjonijiet kbar fil-qafas tat-tranżizzjoni doppja diġitali u ekoloġika. Barra minn hekk, kif indirizzat fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ħiliet, il-partijiet ikkonċernati ewlenin bħan-negozji, it-trade unions, l-istituzzjonijiet tar-riċerka, tal-edukazzjoni jew tat-taħriġ u l-awtoritajiet pubbliċi huma atturi indispensabbli fl-indirizzar tal-ħtiġijiet tal-ħiliet settorjali. Il-KESE jilqa’ l-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea u tal-imsieħba settorjali bħall-Alleanza tal-Ħiliet Settorjali u l-Alleanzi Ewropej tal-Ħiliet Settorjali biex jingħelbu n-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet bejn id-domanda tal-industrija għall-ħiliet u l-provvista tal-edukazzjoni (2). |
2.4. |
Il-KESE jindika wkoll il-ħidma tal-Kummissjoni dwar ir-Reżiljenza tal-Materja Prima Kritika (3), li għandha l-għan li tfassal triq lejn sostenibbiltà u sigurtà akbar u l-Opinjoni tal-KESE relatata (4), kif ukoll il-valutazzjonijiet imwettqa mill-KESE dwar diversi ekosistemi u setturi industrijali (5). |
3. Kummenti ġenerali
3.1. |
L-UE hija bbażata fuq mudell ekonomiku miftuħ b’14 % tal-importazzjonijiet tad-dinja mwettqa mill-UE u 16 % tal-esportazzjonijiet tad-dinja li joriġinaw mill-UE. Il-KESE jappoġġja l-fehma li huwa essenzjali għall-politika industrijali tal-Ewropa li ssib il-modi u l-mezzi biex tnaqqas id-dipendenzi fuq naħa waħda fuq oħrajn, f’oqsma strateġiċi li jvarjaw pereżempju mit-teknoloġija għall-ikel u s-saħħa. Politika industrijali b’bażi ta’ manifattura industrijali b’saħħitha għandha tipprevjeni l-effetti negattivi potenzjali tat-tfixkil. Is-sigurtà tal-provvista tista’ tinkiseb ukoll permezz ta’ sħubijiet ma’ “pajjiżi tal-istess fehma”. Pereżempju, il-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija bejn l-UE u l-Istati Uniti (TTC) għandu l-għan li jipprovdi sħubijiet bħal dawn. Sabiex jipproteġi lilha nnifisha mill-assimetriji kummerċjali, il-KESE jappoġġja wkoll l-isforzi tal-UE biex tistabbilixxi u ttejjeb l-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ bħall-Mekkaniżmu tal-Iskrinjar tal-Investiment Barrani tal-UE (6), l-Istrument tal-UE għalll-Akkwist Internazzjonali (7), u r-Regolament biex jiġu indirizzati d-distorsjonijiet ikkawżati minn sussidji barranin fis-Suq Uniku propost mill-Kummissjoni Ewropea f’Mejju 2021 (8). |
3.2. |
Analiżi minn isfel għal fuq tad-dipendenzi strateġiċi mwettqa mill-Kummissjoni turi li d-dipendenzi fl-aktar ekosistemi sensittivi jirrappreżentaw biss 0,6 % tal-valur tal-oġġetti importati minn barra l-UE. Għalhekk, ħafna ktajjen tal-valur urew reżiljenza notevoli matul il-pandemija. Il-KESE jappoġġja bil-qawwa l-ħidma tal-Kummissjoni biex tidentifika d-dipendenzi u l-kapaċitajiet strateġiċi. L-analiżi titfa’ dawl ukoll fuq il-fatt li minn 5 200 prodott importati fl-UE, 137 jappartjenu għal ekosistemi sensittivi li l-UE tiddependi ħafna fuqhom– l-aktar fl-industriji intensivi fl-enerġija (bħall-materja prima) u fl-ekosistemi tas-saħħa (bħall-ingredjenti farmaċewtiċi attivi) kif ukoll prodotti rilevanti għall-appoġġ tat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali. 52 % tal-importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti dipendenti joriġinaw miċ-Ċina. 34 prodott huma potenzjalment aktar vulnerabbli minħabba l-potenzjal possibbilment baxx tagħhom għal aktar diversifikazzjoni u sostituzzjoni bil-produzzjoni tal-UE. Sabiex tittejjeb il-kompetittività tal-industrija Ewropea, huma meħtieġa politiki robusti dwar l-enerġija sostenibbli u t-teknoloġija diġitali. Il-KESE ixtieq jissottolinja li l-atturi Ewropej fil-qasam tal-kura tas-saħħa diġitali u tal-enerġija rinnovabbli huma fost il-mexxejja globali. |
3.3. |
L-awtonomija Strateġika Miftuħa hija kkaratterizzata mill-eżistenza ta’ kapaċità ta’ produzzjoni f’setturi orjentati lejn il-futur fi ħdan is-Suq Uniku Ewropew speċjalment għal oġġetti ta’ valur għoli fejn huwa essenzjali li jinżamm il-potenzjal teknoloġiku u ta’ innovazzjoni tal-UE. Pereżempju, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni turi li l-Ewropa għandha sehem mis-suq dinji ta’ 33 % fir-robotika, 30 % fis-sistemi inkorporati, 55 % fis-semikondutturi tal-karozzi, 20 % fit-tagħmir tas-semikondutturi u 20 % fil-komponenti tal-fotonika (9). L-awtonomija strateġika tinvolvi mekkaniżmi għad-difiża tal-kummerċ f’kuntest ta’ kompetizzjoni internazzjonali dejjem akbar u kompetizzjoni illegali. Għalhekk, il-politika industrijali tal-UE timxi id f’id ma’ politika b’saħħitha dwar il-kummerċ u l-kompetizzjoni. |
3.4. |
Il-KESE jissottolinja li ż-żieda fl-awtonomija strateġika miftuħa tinkludi t-tisħiħ tar-reżiljenza tas-Suq Uniku, l-investiment fil-kompetenza u l-kapaċità teknoloġika proprja tal-UE u fir-riżorsi tar-riċerka u l-iżvilupp, id-diversifikazzjoni tal-ktajjen tal-produzzjoni u tal-provvista, l-iżgurar tas-sovranità diġitali, l-iżgurar ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva strateġika, it-trawwim u l-attrazzjoni ta’ investimenti u produzzjoni fl-Ewropa, billi jittejbu l-kundizzjonijiet li fihom joperaw in-negozji, jiġu esplorati soluzzjonijiet alternattivi u mudelli tal-ekonomija ċirkolari, u tiġi promossa l-kooperazzjoni industrijali wiesgħa fost l-Istati Membri, kif ukoll tiġi mmirata t-tmexxija teknoloġika kif iddikjarat mill-Kunsill Kompetittività f’Novembru 2020. |
3.5. |
Is-Suq Uniku huwa l-akbar assi tal-Ewropa u l-Kummissjoni għandha tkompli tiffoka l-isforzi tagħha biex ittejjeb ir-reżiljenza tiegħu billi timplimenta u tinforza r-regoli, u tneħħi l-ostakli biex jintlaħaq l-għan ta’ ekonomija Ewropea innovattiva, prospera u orjentata lejn il-futur. Suq domestiku b’saħħtu huwa prekundizzjoni biex il-kumpaniji Ewropej jiġu stabbiliti, jiżviluppaw, jirnexxu u jevitaw tfixkil fil-futur, pereżempju bl-għajnuna tal-Istrument għas-Suq Uniku f’Emerġenza. |
3.6. |
Il-KESE fl-Opinjoni tiegħu dwar “L-ebda Patt Ekoloġiku mingħajr Patt Soċjali”, jenfasizza l-importanza ta’ djalogu soċjali b’saħħtu li jħares ’il quddiem u governanza korporattiva sostenibbli orjentata lejn il-parteċipazzjoni. Il-KESE japprova wkoll il-fatt li l-ħaddiema jiġu infurmati u kkonsultati, u jippromovi l-parteċipazzjoni tagħhom fil-livell tal-kumpanija bil-għan li titrawwem l-innovazzjoni fuq il-post tax-xogħol (10). Fir-riżoluzzjoni tiegħu ta’ Diċembru 2020 dwar “Il-governanza korporattiva sostenibbli”, il-Parlament Ewropew laqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li tirrieżamina d-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju u li tiżviluppa standards tar-rappurtar mhux finanzjarju (11). L-adeżjoni mal-prinċipji ta’ governanza korporattiva sostenibbli hija mod importanti ta’ promozzjoni tal-valuri Ewropej barra mill-Unjoni u tipprovdi vantaġġ kompetittiv għall-kumpaniji Ewropej. |
3.7. |
Is-sitwazzjoni soċjoekonomika fl-Istati Membri u r-reġjuni tal-UE għadha differenti ħafna, u għalhekk huwa importanti li jiġi żgurat li jiġu żviluppati perkorsi ta’ tranżizzjoni mmirati u reġjonali fil-kuntest ta’ proċess ta’ governanza speċifiku għad-diversi ekosistemi, inkluż l-appoġġ għall-aċċess għal swieq ġodda, speċjalment għall-SMEs, u ktajjen tal-valur sostenibbli. Il-KESE jappoġġja approċċi ta’ governanza bħall-kummissjonijiet tat-trasformazzjoni reġjonali jew iċ-ċentri ta’ trasformazzjoni li, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-atturi ekonomiċi lokali u reġjonali, jiddefinixxu soluzzjonijiet lokali u reġjonali speċifiċi għall-bidliet ekonomiċi li ġejjin. |
3.8. |
Fir-rigward tat-titjib tal-kooperazzjoni industrijali madwar l-Istati Membri tal-UE, il-KESE japprezza l-ħidma analitika tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni u d-deskrizzjoni ta’ 14-il “ekosistema industrijali”. L-analiżi tirrifletti eżerċizzji simili mill-Istati Uniti u ċ-Ċina. Dawn jaqgħu f’żewġ kategoriji differenti; ekosistema ddefinita bħala network ta’ raggruppamenti li jappartjenu għal qasam partikolari ta’ attività u ekosistema reġjonali, li teżamina l-interazzjoni tal-aġenti ekonomiċi f’reġjun partikolari. Flimkien, dawn jipprovdu pjattaforma interattiva biex tiġi ottimizzata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-partijiet ikkonċernati u tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn l-atturi. Il-KESE jara valur miżjud reali għan-negozji, li jistgħu jesprimu ħtieġa partikolari ta’ ekosistema sħiħa li tkun kapaċi tirrispondi. Aktar ma ekosistema tkun iżjed profonda u densa, aktar se tkun utli għall-atturi kollha involuti u aktar se jkun kbir il-valur miżjud li se tipprovdi. |
3.9. |
L-UE u l-Istati Membri tagħha jagħmlu enfasi fuq programmi pubbliċi fix-xjenza avvanzata fil-livell tal-UE. Bl-istess mod, il-baġits tar-riċerka u l-innovazzjoni ġew ittrasferiti mil-livell nazzjonali għal dak tal-UE u huma akbar minn qatt qabel, għalkemm għadhom taħt il-livelli ta’ kompetituri strateġiċi bħaċ-Ċina; ir-raba’ ċiklu ta’ “programmi moon-shot” huwa mmirat lejn it-tnedija mill-ġdid tat-tmexxija globali tal-UE fir-riċerka u l-innovazzjoni. Dan għandu jinkludi mudelli tal-IA tal-Intrapriżi Kbar (LEAM), Spazji tad-Data Industrijali Komuni u teknoloġiji ekoloġiċi emerġenti, u jsaħħaħ ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni bil-għan li jinħolqu sostituti sintetiċi għall-materja prima kritika. |
3.10. |
In-nefqa fuq ir-riċerka u l-iżvilupp fl-Unjoni Ewropea bħala perċentwal tal-PDG kienet ta’ 2 % fl-2019. B’paragun ma’ dan, fl-2019 iċ-Ċina nefqet 2 % tal-PDG tagħha fuq ir-riċerka u l-iżvilupp, u l-Istati Uniti 3 %. Sabiex issaħħaħ il-bażi tal-manifattura tagħha, il-KESE jirrakkomanda li l-UE żżid l-infiq tagħha fuq ir-riċerka u l-iżvilupp, u jiddeplora l-fatt li, minbarra l-investimenti pubbliċi ewlenin fir-riċerka u l-innovazzjoni, u konglomerati privati b’saħħithom fl-industriji tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u tas-saħħa, l-ekosistemi tal-innovazzjoni tal-UE mhumiex qed jiffjorixxu biżżejjed (12). Filwaqt li l-kompetizzjoni effettiva fl-UE hija inċentiv eċċellenti għall-kumpaniji biex jinnovaw, dawn għandhom madankollu jiġu appoġġjati aħjar billi jużaw bis-sħiħ strumenti oħra ta’ finanzjament tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fil-livell tal-UE biex ipoġġu lill-UE mill-inqas fuq l-istess livell ma’ reġjuni oħra fid-dinja biex tkun tista’ ssir l-innovazzjoni tant meħtieġa. Bħalissa, l-għan ewlieni tal-investimenti tal-UE huwa li jappoġġjaw l-interessi domestiċi, jiġifieri l-interessi nazzjonali tal-Istati Membri minflok li jfittxu approċċi u soluzzjonijiet Ewropej, u li joħolqu u jibbenefikaw minn rabtiet aħjar u aktar profondi bejn l-aġenti ekonomiċi. |
3.11. |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-appelli għal ekosistemi u ktajjen tal-valur imtejba u l-kollaborazzjoni bejniethom u jemmen li jeħtieġ li jkunu marbuta mat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali biex jittejjeb il-benesseri tal-Ewropej. Il-perkorsi ta’ tranżizzjoni se jżidu l-valur billi jipproponu sekwenzjar sinifikattiv tal-politiki u jipprovdu prevedibbiltà, li hija importanti għan-negozji u għall-benesseri taċ-ċittadini, eż. fir-rigward tal-iżvilupp tal-ħiliet. F’dan il-kuntest, irridu nenfasizzaw mudelli ekonomiċi ċċentrati fuq il-partijiet ikkonċernati bil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-qerda ambjentali bħala l-ixprunatur ewlieni, u nappellaw lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jagħmlu użu minn dawn il-mudelli b’mod aktar wiesa’ fil-formulazzjonijiet ta’ politika u fil-valutazzjonijiet tal-impatt tagħhom. |
3.12. |
L-investimenti biex jinħolqu ktajjen tal-valur aktar reżiljenti u sostenibbli li jipprovdu aċċess għal servizzi u oġġetti essenzjali jridu jagħtu riżultati f’termini ta’ tkabbir ekonomiku u benesseri. Għandhom jiġu stabbiliti pjani ta’ azzjoni settorjali li huma marbuta mal-inizjattivi tal-atturi ekonomiċi ewlenin eżistenti u li jsaħħu l-gruppi ekonomiċi eżistenti fl-Ewropa, inklużi l-SMEs. Dan għandu jinvolvi appoġġ istituzzjonali biex ikunu jistgħu jikkontrollaw aħjar il-ktajjen tal-valur u jantiċipaw il-kriżijiet billi jimplimentaw testijiet tal-istress jew valutazzjonijiet tar-riskju biex jipprevjenu n-nuqqasijiet. |
3.13. |
Id-definizzjoni tal-ktajjen tal-valur strateġiċi, tal-ktajjen tal-provvista u tar-raggruppamenti t-tajba se tkun kruċjali. Bil-promozzjoni ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni (IPCEIs) u l-istabbiliment ta’ alleanzi industrijali dwar il-batteriji għall-vetturi elettriċi, il-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja, il-mikroelettronika, il-vetturi konnessi, nodfa u awtonomi, is-saħħa intelliġenti, l-industrija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, it-teknoloġiji u s-sistemi tal-idroġenu, l-Internet tal-Oġġetti industrijali, u ċ-ċibersigurtà, il-Kummissjoni għamlitha ċara liema oqsma għandhom jiġu żviluppati bħala prijoritajiet u b’valur miżjud reali tal-UE. Flimkien mas-salvagwardja tal-interessi Ewropej fir-rigward tal-istandards żviluppati fl-Ewropa, u l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali Ewropea, dan jifforma bażi b’saħħitha għal sett koerenti ta’ politiki industrijali u ekonomiċi. |
3.14. |
Dan mhuwiex biss għan fih innifsu iżda jimmira li jippreserva u jsostni l-benesseri tal-Ewropej billi jipprovdi impjiegi ta’ kwalità f’setturi orjentati lejn il-futur, filwaqt li jaħdem ukoll lejn it-tranżizzjoni doppja. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, jeħtieġ li jintużaw l-indikaturi u l-metrika t-tajbin. Il-KESE jemmen li l-“benesseri” żviluppa bħala kunċett statistiku u ta’ kejl, u sar “boxxla” għal dawk li jfasslu l-politika biex jiggwidaw id-deċiżjonijiet tagħhom. |
3.15. |
Il-KESE jaqbel mad-definizzjoni tal-OECD tal-“Ekonomija tal-Benesseri” bħala ekonomija li:
|
Brussell, id-19 ta’ Jannar 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) https://eismea.ec.europa.eu/programmes/interregional-innovation-investments-i3-instrument_en
(2) Pjan ta’ Azzjoni għal Kooperazzjoni Settorjali dwar il-Ħiliet. Ir-rispons għan-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet fil-livell settorjali. Azzjoni ewlenija tal-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa.
(3) Kummissjoni Ewropea, Ir-Reżiljenza tal-Materja Prima Kritika: It-Twittija tat-Triq lejn Sigurtà u Sostenibbiltà Akbar, COM(2020) 474.
(4) ĠU C 220, 9.6.2021, p. 118.
(5) Opinjoni tal-KESE dwar “L-istrateġija tal-UE dwar il-mobilità u l-katini ta’ valur industrijali tal-UE: approċċ ekosistemiku fl-industrija tal-karozzi” (ĠU C 105, 4.3.2022, p. 26); Opinjoni supplimentari tal-KESE dwar “L-aġġornament tal-istrateġija industrijali l-ġdida – Impatti fuq l-ekosistema industrijali tas-saħħa” (ĠU C 105, 4.3.2022, p. 152); Opinjoni tal-KESE dwar “Jiġu antiċipati t-tibdil strutturali u dak settorjali u nerġgħu nfasslu l-kulturi industrijali – lejn fruntieri ġodda ta’ rkupru u reżiljenza f’partijiet differenti tal-Ewropa” (Opinjoni li qed titħejja bħalissa); Opinjoni tal-KESE dwar “Rekwiżiti ta’ sostenibbiltà għall-batteriji fl-UE” (ĠU C 220, 9.6.2021, p. 128); Opinjoni tal-KESE dwar “L-industrija tal-ħġieġ fl-Ewropa f’salib it-toroq: kif tista’ l-industrija ssir aktar ekoloġika u aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, filwaqt li tiżdied il-kompetittività u jinżammu l-impjiegi ta’ kwalità” (ĠU C 105, 4.3.2022, p. 18).
(6) Kumissjoni Ewropea, “Il-mekkaniżmu tal-iskrinjar tal-investiment barrani tal-UE jsir kompletament operattiv”, 9 ta’ Ottubru 2020,
(7) Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew, “EU international procurement Instrument” (Strument tal-akkwist internazzjonali tal-UE), Ottubru 2021
(8) Kummissjoni Ewropea, “Il-Kummissjoni tipproponi Regolament ġdid biex tindirizza d-distorsjonijiet ikkawżati minn sussidji barranin fis-Suq Uniku”, 5 ta’ Mejju 2021
(9) Kummissjoni Ewropea, “Ninvestu f’industrija intelliġenti, innovattiva u sostenibbli – Strateġija mġedda għall-politika industrijali tal-UE” (COM(2017) 479 final).
(10) ĠU C 341, 24.8.2021, p. 23.
(11) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar governanza korporattiva sostenibbli (2020/2137(INI)).
(12) Rapport tal-JRC dwar ix-Xjenza għall-Politika, “Shaping & Securing the EU’s open strategic autonomy by 2040 and beyond”; 2021.
12.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/39 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-istrumenti finanzjarji innovattivi fil-kuntest tal-iżvilupp tal-intrapriżi b’impatt soċjali”
(opinjoni esploratorja)
(2022/C 194/07)
Relatur: |
Giuseppe GUERINI |
Korelatur: |
Marie-Pierre Le BRETON |
Konsultazzjoni |
Il-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 21.9.2021 |
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
Adottata fis-sezzjoni |
13.12.2021 |
Adottata fil-plenarja |
19.1.2022 |
Sessjoni plenarja Nru |
566 |
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
231/1/3 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. |
Il-KESE jilqa’ d-deċiżjoni tal-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-UE, u l-impenn speċifiku tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi u tal-Gvern Franċiż li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni favur l-ekonomija soċjali. |
1.2. |
Il-KESE jemmen li huwa importanti li jiġu żviluppati strumenti finanzjarji innovattivi li kapaċi jkollhom impatti soċjali pożittivi, l-ewwel nett permezz ta’ azzjonijiet imwettqa minn organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali, iżda wkoll permezz tal-involviment tal-intrapriżi kollha li għandhom l-għan li jiksbu impatti soċjali pożittivi. Għalhekk, il-KESE jilqa’ u jappoġġja d-dispożizzjonijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekonomija Soċjali, ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea fid-9 ta’ Diċembru 2021, b’mod partikolari l-proposta li jitħeġġeġ il-ħolqien ta’ swieq għall-investiment fl-intrapriżi soċjali fl-Ewropa billi jiġi appoġġjat il-ħolqien ta’ strumenti ġodda. |
1.3. |
Il-KESE jqis li r-rikonoxximent tal-ekonomija soċjali u tal-prossimità bħala waħda mill-14-il ekosistema tal-istrateġija industrijali Ewropea huwa konsistenti mal-promozzjoni tal-investimenti b’impatt soċjali u jilqa’ dan ir-rikonoxximent. |
1.4. |
Il-KESE jqis li huwa importanti li jiġu introdotti u appoġġjati forom ta’ investiment intiżi biex jinkisbu impatti soċjali, jinħolqu impjiegi ta’ kwalità tajba u jiġu attirati investituri privati u kapital ġdid, iżda jirrakkomanda li dawn l-investimenti jkunu mmirati b’tali mod li jipproduċu effetti addizzjonali u multiplikaturi u li qatt ma jieħdu post in-nefqa soċjali pubblika għall-benefiċċji bażiċi. |
1.5. |
Il-KESE jaqbel mal-fatt li (i) l-għodod u l-indikaturi tal-valutazzjoni tal-impatt soċjali jiġu żviluppati b’mod konġunt upstream, proġett wara proġett, biex b’hekk jiġi żgurat ir-rispett tal-ispeċifiċitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali u (ii) li tiġi żviluppata definizzjoni Ewropea tal-impatt soċjali. |
1.6. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-investimenti maħsuba biex jiksbu impatti soċjali jitfasslu b’tali mod li jiżguraw bilanċ bejn l-impatt soċjali (bidliet pożittivi ġġenerati mill-investiment), il-livell ta’ redditu (redditu responsabbli u sostenibbli għall-investitur) u l-livell ta’ riskju għall-intrapriża soċjali, billi jippromovu t-tisħiħ tal-intraprenditorija soċjali permezz ta’ influss ġdid ta’ kapital investit, it-titjib tal-istandards ta’ trasparenza u ta’ responsabbiltà soċjali, kif ukoll it-titjib tal-kapaċità li jiġu inklużi l-intrapriżi b’impatt soċjali u tal-ekonomija soċjali fis-sistema ekonomika Ewropea. |
1.7. |
Il-KESE japprezza l-inizjattivi implimentati mill-Kummissjoni Ewropea f’dawn l-aħħar snin, b’mod partikolari dawk marbuta mal-programm EaSI, u jilqa’ l-fatt li l-InvestEU għandu allokazzjoni speċifika maħsuba għat-tisħiħ tal-infrastruttura soċjali Ewropea. |
1.8. |
Sabiex iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jagħtu spinta ġdida lil dawn l-inizjattivi, il-KESE jqis li huwa importanti li jsiru analiżijiet b’mod regolari sabiex jitfassal immappjar elaborat tas-sistemi ta’ innovazzjoni differenti sabiex jiġi appoġġjat il-finanzjament b’impatt soċjali stabbilit fl-Istati Membri, bil-għan li tinbena bażi ta’ għarfien kondiviża u li jiġi promoss skambju ta’ prattiki tajbin. |
1.9. |
Il-KESE jqis li huwa essenzjali li fil-livell Ewropew jinħoloq korp ta’ gwida politika u ta’ monitoraġġ tekniku tal-inizjattivi fil-qasam tal-finanzjamenti innovattivi tal-ekonomija soċjali u tal-intrapriżi li għandhom l-għan li jilħqu objettivi ta’ impatt soċjali. |
2. Kummenti ġenerali
2.1. |
Il-KESE ilu għal bosta snin isostni l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri jagħmlu ħilithom biex isaħħu r-rwol tal-ekonomija soċjali fil-kuntest Ewropew. |
2.2. |
Reċentement fl-Opinjoni ECO/533 (1), il-KESE rrakkomanda li l-Unjoni tas-Swieq Kapitali tqis bis-sħiħ id-diversi forom ta’ investiment b’impatt soċjali, b’mod partikolari fil-qasam tal-ekonomija soċjali. |
2.3. |
Matul l-aħħar għaxar snin, is-sensibilizzazzjoni dwar irr-rwol tal-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali u r-rikonoxximent tiegħu wasslu biex issir enfasi dejjem akbar fuq l-investimenti b’impatt soċjali, li għandhom ikomplu jżidu l-potenzjal diġà sinifikanti tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali fl-innovazzjoni responsabbli u sostenibbli u fil-ħolqien tal-impjiegi (2). |
2.4. |
L-Ewropa teħtieġ dejjem aktar finanzi inklużivi u responsabbli u l-Unjoni Ewropea għandha timpenja ruħha li tistabbilixxi miżuri u linji gwida għall-istituzzjonijiet, l-intrapriżi, il-fondi finanzjarji, iżda wkoll għall-universitajiet, għaċ-ċentri ta’ riċerka, għall-atturi tal-ekonomija soċjali u tal-komunitajiet lokali, dwar kif jestendu l-potenzjal tal-intraprenditorija soċjali u jinfluwenzaw il-finanzjament bħala aġenti għall-iżvilupp ta’ ekonomija aktar inklużiva u sostenibbli. |
2.5. |
Ħafna organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali jipprovdu servizzi li minnhom jiddependu l-funzjonijiet essenzjali għall-ħajja tal-kategoriji partikolarment żvantaġġati tal-popolazzjoni. Dawn huma s-servizzi soċjali, tas-saħħa, tal-kura u tal-edukazzjoni u, b’mod ġenerali, is-servizzi kollha meħtieġa biex tiġi żgurata ħajja dinjituża għall-persuni vulnerabbli, l-ewwel u qabel kollox billi jiġu garantiti kundizzjonijiet adegwati tax-xogħol. |
2.6. |
Huwa għalhekk li l-investimenti b’impatt soċjali għandhom ikunu mmirati b’mod li jipproduċu effetti addizzjonali u multiplikaturi meta mqabbla mal-politiki pubbliċi, filwaqt li jiġi evitat li l-investimenti b’impatt soċjali jissostitwixxu fondi pubbliċi, speċjalment għall-kumpaniji li jinvestu fil-politiki soċjali mmirati lejn il-persuni vulnerabbli. |
2.7. |
Il-pandemija esponietna lkoll għal problemi soċjali li jżommuna milli nilħqu l-għanijiet ambizzjużi tat-tranżizzjoni sostenibbli (faqar u inugwaljanza, diffikultajiet fl-integrazzjoni tal-migranti, lakuni fl-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità u akkomodazzjoni inaċċessibbli għall-familji vulnerabbli u għaż-żgħażagħ). Għalhekk wasal iż-żmien li jiġu appoġġjati mudell ta’ tkabbir ekonomiku u sistema ta’ intrapriża li jkunu kapaċi jippromovu objettivi soċjali, li fosthom għandha tingħata prijorità lill-promozzjoni ta’ impjiegi ta’ kwalità. |
3. Definizzjoni tal-istrumenti finanzjarji innovattivi
3.1. |
Fid-dawl tal-fatt li l-KESE jaqbel mad-dispożizzjonijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekonomija Soċjali fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu introdotti strumenti finanzjarji innovattivi, li għandhom l-għan li jiżviluppaw l-intrapriżi b’impatt soċjali u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, il-KESE jqis li huwa importanti ferm li jiġi enfasizzat li dawn l-istrumenti finanzjarji jinkludu firxa wiesgħa ta’ investimenti bbażati fuq l-ipoteżi li l-kapital privat jista’ jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ effetti soċjali pożittivi, li għandhom dejjem jitqiesu bħala prijoritarji u, fl-istess ħin, jiġġenera benefiċċji ekonomiċi. |
3.2. |
L-ispeċifiċità ta’ dawn l-istrumenti hija għalhekk preċiżament l-intenzjoni li biha l-investitur isegwi għanijiet soċjali billi joħloq assi komuni u valuri komuni, filwaqt li jiżgura wkoll redditu ekonomiku bilanċjat, li fil-biċċa l-kbira jkun iddedikat għall-kisba tal-għanijiet soċjali. |
3.3. |
L-atturi attivi li jippromovu u joħolqu dawn l-istrumenti innovattivi jistgħu jkunu intrapriżi, organizzazzjonijiet u fondi li jaħdmu biex jipproduċu impatt soċjali li jista’ jitkejjel u li jkun kompatibbli mal-effetti ekonomiċi. |
3.4. |
L-elementi li ġejjin għandhom jikkaratterizzaw l-investimenti b’impatt soċjali:
|
3.5. |
L-investimenti b’impatt soċjali għandhom b’mod partikolari jappoġġjaw lill-intrapriżi impenjati fl-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-komunitajiet li, fin-nuqqas ta’ dan l-appoġġ, la jkunu jistgħu jiżviluppaw, u xi drabi wkoll lanqas jiżguraw livell adegwat ta’ servizzi lill-abitanti tagħhom. Għandhom ikunu kapaċi jiġġeneraw mezz potenzjali ta’ tkabbir ekonomiku inklużiv. |
3.6. |
L-investimenti għall-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet intiżi li jkollhom impatt soċjali jistgħu jtejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-infiq pubbliku fuq is-servizzi soċjali, edukattivi, tas-saħħa u ta’ promozzjoni kulturali u li jappoġġjaw l-impjiegi permezz ta’ parteċipazzjoni akbar tal-investituri sabiex tiġi appoġġjata ekosistema intraprenditorjali li tgħaqqad is-sostenibbiltà u r-responsabbiltà soċjali. |
4. Il-kwistjoni kumplessa tad-definizzjoni tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali
4.1. |
Għalkemm l-enfasi hija dejjem aktar fuq l-analiżi u l-għarfien tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u tal-istrumenti finanzjarji innovattivi li l-aktar jistgħu jappoġġjaw ir-rwol tagħhom, għad iridu jingħelbu ħafna ostakli biex jiġi żgurat li, b’mod parallel mal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, tkun tista’ tiġi żviluppata ekosistema daqstant innovattiva ta’ finanzjament innovattiv, responsabbli u sostenibbli, li jippermetti li tiġi żviluppata implimentazzjoni reali u konkreta ta’ mudell ekonomiku verament Ewropew għas-servizz taċ-ċittadini u tal-intrapriżi. |
4.2. |
Fost l-ostakli li ħafna organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali jiffaċċjaw f’termini ta’ aċċess sħiħ għal strumenti finanzjarji innovattivi, bħall-parteċipazzjoni f’fondi ta’ ekwità privata, strumenti ta’ kważi-ekwità, kif ukoll self garantit u fit-tul, u finalment l-allokazzjoni tal-finanzi solidali fil-kuntest tat-tfaddil tal-impjegati f’intrapriżi soċjali, nistgħu nidentifikaw erba’ oqsma li għalihom għandha tonqos id-diskrepanza:
|
4.3. |
Fir-rigward tal-ewwel punt, il-KESE jittama li l-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali jkun opportunità biex iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri jaslu għal definizzjoni valida kemm għall-istituzzjonijiet pubbliċi kif ukoll għall-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, li huwa dejjem aktar meħtieġ biex jiġi żgurat aċċess sħiħ għas-suq tal-kapital, inkluż permezz ta’ azzjonijiet ta’ appoġġ mhux finanzjarju ffukati fuq it-tisħiħ tal-ħiliet tal-atturi involuti fl-investimenti b’impatt soċjali. |
4.4. |
F’dan ir-rigward, il-KESE jemmen li r-rwol tal-ekonomija soċjali biex tattira l-investimenti b’impatt soċjali fl-Ewropa (3) għandu wkoll jingħata attenzjoni akbar fil-pjan ta’ azzjoni għall-Unjoni tas-Swieq Kapitali għall-persuni u n-negozji. |
4.5. |
F’dak li jirrigwarda t-titjib tal-kapaċità tal-valutazzjoni tal-investimenti soċjali innovattivi, aħna nemmnu li l-operaturi finanzjarji japplikaw, f’ħafna każijiet, livell għoli ta’ riskju għall-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali għas-sempliċi raġuni li jadottaw għodod ta’ valutazzjoni ġeneralment użati għal intrapriżi oħrajn, li joħloq distorsjoni fil-klassifikazzjoni li għandha t-tendenza li tissottovaluta d-dimensjonijiet aktar speċifiċi tal-ekonomija soċjali bħall-kapital soċjali u uman, ir-reputazzjoni, il-funzjoni soċjali u l-kunsens soċjali, l-enfasi fuq objettivi ta’ interess ġenerali, il-kapaċità li jiġu ġġenerati assi komuni. Dan jista’ jiġi deskritt bħala kejl eċċessiv tal-mezzi minħabba n-nuqqas ta’ strumenti biex titkejjel il-finalità. |
4.6. |
L-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali jagħtu prijorità lill-implimentazzjoni tal-għanijiet soċjali, edukattivi u ambjentali. Din il-vokazzjoni soċjali trid tkun irrikonċiljata bis-sħiħ mar-rekwiżiti ekonomiċi u finanzjarji, waħda mil-lievi għas-sostenibbiltà ta’ dawn l-organizzazzjonijiet, permezz ta’ appoġġ għal azzjonijiet ta’ taħriġ u ta’ ksib ta’ kwalifiki tal-kollaboraturi dwar kwistjonijiet ekonomiċi u finanzjarji. |
5. Strumenti finanzjarji innovattivi u tassonomiji soċjali
5.1. |
Matul l-aħħar għaxar snin, l-istrumenti finanzjarji ddedikati għall-intrapriżi soċjali żviluppaw b’mod konsiderevoli (4), iżda għad hemm lok li jkomplu jiżviluppaw u jissodisfaw aħjar il-ħtiġijiet tal-intrapriżi soċjali, kif ukoll jiffavorixxu l-espansjoni tagħhom fis-suq intern. Il-KESE jqis importanti li l-espansjoni tagħhom tkun akkumpanjata mill-iżvilupp ta’ kultura ta’ valutazzjoni fl-organizzazzjonijiet kollha u mill-iżvilupp, b’mod partikolari mill-isfera akkademika, ta’ għodod ta’ valutazzjoni speċifiċi għall-ekonomija soċjali. |
5.2. |
Bejn it-12 ta’ Ġunju u s-27 ta’ Awwissu 2021, il-Kummissjoni Ewropea nediet konsultazzjoni dwar is-suġġett tat-tassonomija soċjali u ambjentali. F’dan ir-rigward, il-KESE jiġbed l-attenzjoni fuq il-ħtieġa li jiġi evitat il-ħolqien ta’ kompetizzjoni jew ta’ kunflitt saħansitra aktar gravi bejn it-tassonomiji ambjentali u soċjali. |
5.3. |
L-iżvilupp ta’ mudell tassonomiku uniku (soċjali u ambjentali) jirrappreżenta soluzzjoni ottimali, preċiżament minħabba r-rabta mill-qrib li għandha tinżamm bejn l-objettivi soċjali u ambjentali, iżda sabiex ikun fattibbli u flessibbli, m’għandux jimponi piżijiet tqal fuq l-intrapriżi. |
5.4. |
L-intrapriżi tal-ekonomija soċjali għandhom l-għeruq tagħhom prinċipalment fil-komunitajiet lokali fejn tiddomina d-dimensjoni parteċipattiva u jiddistingwu ruħhom ukoll bl-impenn soċjali tagħhom: il-ħolqien ta’ impjiegi, l-appoġġ u ż-żamma tal-impjiegi, il-politika ta’ remunerazzjoni ġusta u ta’ ugwaljanza professjonali. Dan huwa dovut ukoll għall-fatt li l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali għandhom essenzjalment struttura ta’ governanza parteċipattiva bbażata fuq il-kriterji tad-demokrazija, tal-ftuħ u tat-trasparenza. Dawn l-aspetti jridu jiġu kkunsidrati u mħeġġa speċjalment fit-tassonomija soċjali. |
5.5. |
It-tassonomija soċjali għandha tgħin biex tinfluwenza l-finanzjament biex jikkomplementa r-riżorsi pubbliċi li ħafna drabi jappoġġjaw b’mod inadegwat il-politiki tal-inklużjoni soċjali. Madankollu, il-finanzjament soċjali qatt m’għandu jieħu post ir-rwol tal-istituzzjonijiet, tal-liġijiet u tal-politiki pubbliċi fl-insegwiment tar-rispett tad-drittijiet soċjali, l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-inugwljanzi u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni. |
5.6. |
Fir-rigward tas-servizzi ta’ interess ġenerali b’mod speċifiku, dawn għandhom ikunu ffinanzjati minn fondi pubbliċi, u l-kapital privat jista’ biss jikkomplementahom. L-intrapriżi b’impatt soċjali għandhom rwol kruċjali fis-soċjetà, u għalhekk l-investimenti maħsuba għalihom iridu jkunu bbażati kemm jista’ jkun fuq fondi finanzjarji stabbli u fuq kapital paċenzjuż. Tabilħaqq, irridu nkunu konxji li l-objettivi soċjali jiġu stabbiliti fit-tul. |
5.7. |
Jeħtieġ li jiġi evitat ir-riskju li l-miżuri u l-metodi ta’ kejl jikkumpensaw setturi li jistgħu jitkejlu aktar faċilment u fejn hemm aktar riżorsi disponibbli jew disponibbiltà akbar ta’ data, għad-detriment ta’ oqsma fejn il-kejl oġġettiv huwa aktar kumpless jew id-data hija aktar diffiċli biex tinstab. Il-kollaborazzjoni bejn is-settur pubbliku, privat u dak soċjali hija meħtieġa sabiex jinkiseb suċċess fl-investiment soċjali. Il-kollaborazzjoni tas-settur soċjali hija essenzjali sabiex jiġu prijoritizzati l-ħtiġijiet, peress li l-ħaddiema ta’ dan is-settur huma dawk li jaħdmu fuq il-post u li jafu l-ħtiġijiet. |
6. Proposti ispirati minn prattiki tajbin fuq il-post
6.1. |
F’dawn l-aħħar snin, imħeġġa mill-Inizjattiva ta’ Negozju Soċjali tal-2011, il-Kummissjoni Ewropea adottat diversi inizjattivi, kemm direttament kif ukoll permezz tal-Fond Ewropew tal-Investiment, biex tiġi appoġġjata l-innovazzjoni soċjali u jiżdied l-aċċess għall-finanzjament għall-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali. Il-programmi EaSI Funded; EaSI Debt; EaSI Guarantee; EaSI Capacity Building; EFSI Equity Social Impact kienu ta’ interess partikolari. Għall-ipprogrammar futur, l-inizjattivi soċjali previsti mill-programm InvestEU huma wkoll promettenti, speċjalment jekk, kif imħabbar fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekonomija Soċjali, jiġu introdotti innovazzjonijiet speċifiċi biex jippromovu l-investiment soċjali. |
6.2. |
Sabiex tiġi promossa ekosistema favorevoli għall-investiment soċjali, il-KESE jqis importanti li meta jiġu implimentati d-diversi pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza, l-Istati Membri għandhom iħejju biex jimplimentaw bil-finanzjament tan-Next Generation EU għadd ta’ azzjonijiet konkreti, bħal dawk diskussi hawn taħt. |
6.3. |
F’ħafna pajjiżi, ġew żviluppati esperimenti mmirati lejn l-introduzzjoni u l-validazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament “remunerazzjoni skont il-prestazzjoni” (“pay by result”). Fi Franza, pereżempju, dan sar bis-saħħa ta’ kuntratti ta’ impatt soċjali, b’attenzjoni partikolari għall-mudelli ta’ “outcome funds” li jinvolvu investituri privati li jixtiequ jimmobilizzaw riżorsi għal politiki miftiehma mal-gvern, b’mod partikolari fil-qasam tal-politiki soċjali, li l-ħlas tagħhom huwa marbut mal-kisba tar-riżultati mistennija. Il-promozzjoni ta’ prattiki bħal dawn għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni minn qabel immirata biex tidentifika tfixkil potenzjali bħat-trasferiment tal-kapaċitajiet lejn intrapriżi barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-ekonomija soċjali, jew il-possibbiltà ta’ diżimpenn mill-Istati. |
6.4. |
Fost l-aħjar prattiki, dik żviluppata mill-gvern Finlandiż li ħoloq iċ-“Ċentru ta’ għarfien espert għall-investiment b’impatt” hija interessanti ħafna. Permezz tiegħu, tingħata assistenza teknika u professjonali biex jiġu appoġġjati l-ħiliet ta’ atturi li beħsiebhom jagħmlu investimenti b’impatt soċjali. |
6.5. |
Dawn l-inizjattivi jikkonfermaw l-importanza li jiġu appoġġjati l-ħolqien, l-iżvilupp u l-aċċessibbiltà ta’ fondi ta’ impatt, ta’ fondi ta’ fondi jew ta’ strumenti finanzjarji oħrajn li jiffinanzjaw l-inizjattivi ta’ intrapriżi tal-ekonomija soċjali, b’mod partikolari billi fondi, bħall-InvestEu jew il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, jiġu diretti b’tali mod li jiġu promossi wkoll forom ta’ investiment konġunt (ekwità), kofinanzjament (kreditu) u garanziji ta’ kreditu għall-operazzjonijiet tas-suq. |
6.6. |
Għandha tissaħħaħ il-kapaċità tal-istituzzjonijiet Ewropej u tal-Istati Membri li jiġbru u janalizzaw id-data meħtieġa biex tintwera li l-probabbiltà ta’ inadempjenza fuq il-finanzjament tal-kumpaniji u l-infrastrutturi soċjali hija inqas mill-medja tal-probabbiltà ta’ inadempjenza fuq kreditu bankarju u b’hekk jinkiseb ir-rikonoxximent tal-proporzjonijiet ta’ assorbiment tal-kapital ta’ ekwità li jqisu l-valur soċjali ta’ dan it-tip ta’ finanzjament. |
6.7. |
Il-KESE diġà sejjaħ għal fatturi (speċjalment ekoloġiċi u soċjali) ta’ appoġġ fir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital (CRR) (5) sabiex jitnaqqas l-assorbiment tal-kapital imwarrab mill-banek biex ikopri self maħsub għall-finanzjament ta’ intrapriżi tal-ekonomija soċjali. |
6.8. |
Ċertament ta’ min jinnota r-rwol li għandhom il-banek alternattivi u etiċi li jinsabu f’ħafna pajjiżi Ewropej għall-promozzjoni ta’ finanzi orjentati lejn l-objettivi soċjali u ambjentali, li f’ċerti każijiet ħolqu wkoll fondi ta’ investiment jew kumpaniji ta’ tfaddil amministrat immirati lejn l-investiment fis-settur soċjali u ambjentali. |
6.9. |
Arranġamenti tat-taxxa li jiffaċilitaw l-investimenti fl-ekonomija soċjali, jistgħu jkunu utli biex jinċentivaw kemm lill-emittenti kif ukoll lid-detenduri, li jkunu kapaċi juru l-impatt soċjali prodott realment. |
6.10. |
Ikun kruċjali wkoll li jitħeġġeġ u jiġi stimulat il-kapital paċenzjuż, bħat-titoli ta’ kreditu tal-assoċjazzjonijiet u t-titoli ta’ ekwità mmirati lejn it-tisħiħ tal-kapital ta’ ekwità tal-assoċjazzjonijiet u tal-kooperattivi. Barra minn hekk, biex jitħeġġeġ l-investiment f’intrapriżi tal-ekonomija soċjali, regoli ta’ inċentiv li jiffaċilitaw l-użu ta’ dawn l-għodod innovattivi jkunu utli wkoll għall-maniġers tal-fondi ta’ pensjoni. |
6.11. |
Abbażi tal-esperjenzi Franċiżi tal-allokazzjoni regolatorja ta’ bilanċi pendenti tat-tfaddil bankarju regolat u tal-fondi ta’ tfaddil ta’ solidarjetà tal-impjegati rispettivament lejn l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, l-intrapriżi ttikkettjati b’impatt soċjali u l-fondi ta’ solidarjetà, ikun importanti li jinbidlu r-regolamenti dwar il-fondi ta’ finanzjament solidali sabiex jiġi ottimizzat il-livell ta’ allokazzjoni għall-intrapriżi soċjali u tiġi ġġenerata kapaċità ta’ investiment addizzjonali f’kapital ta’ ekwità jew kważi-ekwità. |
6.12. |
Fost il-prattiki tajbin implimentati mill-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, b’mod partikolari l-kooperattivi, hemm dawk immirati biex jittrasformaw intrapriżi fi kriżi f’ħaddiema organizzati taħt l-isem ta’ kooperattivi, magħrufa bħala “akkwiżizzjoni maġġoritarja ingranata mill-maniġment” (LMBO) (6), li jiġu implimentati fi Franza, fl-Italja u fi Spanja permezz ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament, bil-ħolqien ta’ fondi reċiproċi speċifiċi, li jintervjenu permezz ta’ parteċipazzjoni fil-kapital, billi jikkofinanzjaw mal-impjegati l-issuktar tal-attività kummerċjali permezz tal-ħolqien ta’ kooperattiva. |
Brussell, id-19 ta’ Jannar 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) ĠU C 155, 30.4.2021, p. 20.
(2) ĠU C 286, 16.7.2021, p. 13.
(3) Unjoni tas-Swieq Kapitali għall-persuni u n-negozji – pjan ta’ azzjoni ġdid (COM(2020) 590 final).
(4) Fil-pubblikazzjoni tal-KE “A recipe book for social finance”, hija disponibbli analiżi globali https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/f1b8099b-fd4c-11e5-b713-01aa75ed71a1/language-en/format-PDF/source-234506515
(5) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(6) Business transfers to employees under the form of a cooperative in Europe: opportunities and challenges (Trasferimenti ta’ intrapriżi lill-impjegati fil-forma ta’ kooperattiva fl-Ewropa: opportunitajiet u sfidi), CECOP, 2013.
12.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/44 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-benefiċċji tar-reġjuni ultraperiferiċi għall-UE
(opinjoni esploratorja)
(2022/C 194/08)
Relatur: |
Joël DESTOM |
Korelatur: |
Gonçalo LOBO XAVIER |
Konsultazzjoni |
Kunsill – Presidenza Franċiża, 21.9.2021 Ittra minn Clément BEAUNE, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej |
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
Adottata fis-sezzjoni |
14.12.2021 |
Adottata fil-plenarja |
20.1.2022 |
Sessjoni plenarja Nru |
566 |
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
216/3/6 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. |
Il-KESE jirrikonoxxi li r-reġjuni ultraperiferiċi, minkejja l-eluf ta’ kilometri li jisseparawhom mill-kontinent Ewropew, huma reġjuni li jagħmlu parti integrali mill-UE. Ir-reġjuni ultraperiferiċi jinkludu gżejjer, arċipelagi u territorju tal-art wieħed (il-Gujana Franċiża). B’kollox hemm 9 reġjuni ultraperiferiċi u dawn jinsabu fl-Oċean Atlantiku tal-Punent, il-Baċir tal-Karibew, il-Foresta tal-Amażonja u l-Oċean Indjan: il-Gujana Franċiża, Guadeloupe, Martinique, Saint Martin, Réunion u Mayotte (Franza), l-Azores u Madeira (il-Portugall), u l-Gżejjer Kanarji (Spanja). Ir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom madwar 5 miljun abitant. Il-KESE jenfasizza li r-reġjuni ultraperiferiċi jirrappreżentaw l-Ewropa fid-dinja, u jipprovdu lill-Ewropa bi spazju marittimu li l-ebda setgħa oħra m’għandha u assi ġeostrateġiċi multipli. |
1.2. |
Il-KESE jappella lill-Kummissjoni tikkunsidra l-vantaġġi konsiderevoli li r-reġjuni ultraperiferiċi għandhom x’joffru għall-futur tal-Ewropa sabiex tiddefinixxihom bħala laboratorji għall-promozzjoni tal-progress fil-livell globali (awtosuffiċjenza fl-ikel u fl-enerġija fl-Ewropa, tranżizzjoni ekoloġika, turiżmu sostenibbli, inklużjoni soċjali, involviment ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, …). Ir-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jsiru mudelli li għandhom jiġu rreplikati fiż-żoni ġeografiċi differenti fejn jinsabu. |
1.3. |
Il-pandemija tal-COVID-19 enfasizzat l-importanza ta’ sistema tal-ikel robusta u reżiljenti li tiffunzjona fiċ-ċirkostanzi kollha, u li tkun kapaċi tiżgura aċċess għal provvista suffiċjenti ta’ ikel li ċ-ċittadini jifilħu jħallsu għaliha. L-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt hija approċċ komprensiv ġdid li jixħet dawl fuq l-importanza li jagħtu l-Ewropej lis-sostenibbiltà tal-ikel. Hija opportunità biex jitjiebu l-istili tal-ħajja, is-saħħa u l-ambjent. Il-politika Ewropea fir-reġjuni ultraperiferiċi trid twassal għall-awtosuffiċjenza alimentari ta’ dawn it-territorji sabiex isiru pijunieri għall-Ewropa. Ir-reġjuni ultraperiferiċi huma territorji ta’ opportunità li fihom ċerti setturi ekonomiċi tradizzjonali jibbenefikaw minn appoġġ Ewropew kontinwu. Is-setturi emerġenti jridu jiġu appoġġjati aktar. |
1.3.1. |
Il-KESE jappella lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-ispeċifiċità tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-iskeda ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt u tiżgura li l-programmi nazzjonali tal-POSEI (Programm ta’ Soluzzjonijiet Speċifiċi Relatati mal-Periferiċità u l-Insularità) jirrispettaw l-għan ċentrali li tiġi promossa l-agrikoltura sostenibbli. |
1.4. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tħaffef l-implimentazzjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi ta’ proġetti Ewropej iffinanzjati mill-UE li għandhom l-għan li jidentifikaw sorsi ta’ enerġija prodotti lokalment, sostenibbli u affordabbli, jekk meħtieġ billi jiġi attivat l-Artikolu 349 tat-TFUE. L-għan huwa li jintwera li huma kapaċi jiżviluppaw sistemi bbażati fuq l-enerġija rinnovabbli. L-ispejjeż tal-enerġija huma ġeneralment ogħla f’dawn ir-reġjuni milli fil-kontinent, u għalhekk ir-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jsiru bankijiet tat-test hekk kif l-Ewropa qed tistinka biex tikseb l-awtonomija enerġetika. |
1.5. |
Il-KESE jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura l-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli) u t-tħassir tal-Artikolu 29(13) tagħha minħabba li l-Unjoni Ewropea ma tistax tissussidja t-tranżizzjoni enerġetika tar-reġjuni ultraperiferiċi filwaqt li tikkontribwixxi għad-deforestazzjoni f’pajjiżi terzi. |
1.6. |
Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni biex ma tnaqqasx l-appoġġ speċifiku għar-reġjuni ultraperiferiċi, fil-kuntest ekonomiku ta’ rkupru wara l-COVID-19, peress li dawn jeħtieġu riżorsi finanzjarji adegwati biex ikunu jistgħu jilħqu l-objettivi definiti fl-istrateġija tal-UE stabbilita fil-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”. Ir-reġjuni ultraperiferiċi huma reġjuni b’karatteristiċi ġeografiċi li jesponuhom ħafna għar-riskji marbuta ma’ avvenimenti klimatiċi estremi (bħall-uragani, il-mewġ distruttiv, it-terremoti u n-nixfiet) li regolarment jolqtu lill-popolazzjonijiet tagħhom. Għalhekk, se jkunu l-ewwel li jbatu l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima. |
1.7. |
Il-KESE jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-applikazzjoni tal-Artikolu 349 tat-TFUE ma tfixkilx ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-klima, l-enerġija u t-trasport sabiex it-testi attwali jiġu allinjati mal-ambizzjonijiet stabbiliti għall-2030 u l-2050. |
1.7.1. |
Din it-tranżizzjoni għall-2030 (u lil hinn sabiex tinkiseb in-newtralità klimatika) trid tkun sforz kollettiv u inklużiv, imfassal b’mod konġunt mal-ekosistemi industrijali. |
1.7.2. |
L-istrateġija industrijali aġġornata ħabbret il-ħolqien ta’ perkorsi ta’ tranżizzjoni b’mod konġunt mal-imsieħba soċjali u ma’ partijiet interessati oħra biex isibu l-aħjar mod kif jistgħu jaċċelleraw u jibbenefikaw mit-tranżizzjoni doppja, b’ħarsa lejn l-iskala, il-veloċità u l-kundizzjonijiet li qed tiffaċċja kull ekosistema. |
1.8. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tfassal perkors speċifiku għall-ekosistema tar-reġjuni ultraperiferiċi, li jispeċifika l-iskala tal-ħtiġijiet, b’mod partikolari t-taħriġ mill-ġdid vokazzjonali, kif ukoll il-ħtiġijiet fir-rigward tal-investiment jew dawk teknoloġiċi u jiddetermina l-miżuri li għandhom jittieħdu biex dawn jinkisbu, abbażi wkoll tal-kontributi, bħall-pjani direzzjonali. Il-mudell tal-programm ta’ awtogovernanza tal-enerġija INSULAE stabbilit mill-programm Orizzont 2020 tal-UE jista’ jkun punt tat-tluq għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-pjani direzzjonali. |
1.9. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tfassal linji gwida politiċi sodi għat-turiżmu: l-għan huwa li jittieħdu miżuri biex isseħħ bidla tal-iskala u li jkun hemm riflessjoni dwarha, billi l-prinċipji tas-sostenibbiltà jiġu integrati fl-attivitajiet kollha, għall-professjonijiet kollha, għax it-turiżmu għandu rwol ewlieni fl-iżvilupp tar-reġjuni ultraperiferiċi minħabba l-effetti multipli tiegħu u l-potenzjal sinifikanti tiegħu għall-ħolqien tal-impjiegi, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ. It-turiżmu sostenibbli jrid isir l-identità tar-reġjuni ultraperiferiċi. Il-partijiet ikkonċernati kollha involuti fit-turiżmu għandhom rwol fl-iżvilupp sostenibbli tas-settur. L-implimentazzjoni tal-pjani ta’ rkupru f’dawn ir-reġjuni għandha ssaħħaħ id-diversità tas-servizzi u l-professjonijiet involuti fl-iżvilupp kif ukoll il-parteċipazzjoni qawwija tal-mikrointrapriżi u tal-SMEs fis-settur tat-turiżmu. Għalkemm il-kuntest jitlob li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur, jeħtieġ ukoll li jiġu kkunsidrati l-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata l-kwalità kemm tal-impjieg kif ukoll tal-bilanċi kummerċjali. Dan jitlob linji gwida politiċi b’saħħithom: l-għan hu li jittieħdu miżuri biex isseħħ bidla tal-iskala u li jkun hemm riflessjoni dwarha, billi l-prinċipji tas-sostenibbiltà jiġu integrati fl-attivitajiet kollha, għall-professjonijiet kollha. |
1.10. |
Il-KESE jappella għal appoġġ għall-aktar komunitajiet vulnerabbli u għal riflessjoni dwar kif għandhom jiġu involuti kemm jista’ jkun nies fit-tranżizzjoni klimatika, diġitali u soċjali. Mhi se tkun possibbli l-ebda tranżizzjoni jekk il-komunitajiet lokali ma jkunux involuti bis-sħiħ f’dawn il-bidliet, peress li l-iżvilupp tar-reġjuni ultraperiferiċi huwa bbażat fuq ekosistemi li huma eċċezzjonali iżda fraġli. Dan jeħtieġ li jiġu antiċipati l-impatti tal-politiki pubbliċi futuri għax ir-reġjuni ultraperiferiċi mhux se jevitaw l-iżviluppi li se jġibu magħhom it-tranżizzjonijiet klimatiċi, diġitali u soċjali ewlenin. Iridu jantiċipaw it-trasformazzjoni globali tal-ekonomiji tagħhom biex jissodisfaw il-ħtiġijiet futuri u jagħmlu dan bl-akbar attenzjoni għall-impatt soċjali ta’ dawn it-tranżizzjonijiet. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi żgurat l-appoġġ għall-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli u li jkun hemm riflessjoni dwar l-involviment, u jekk possibbli l-adeżjoni, ta’ kemm jista’ jkun persuni. Mhi se tkun possibbli l-ebda tranżizzjoni jekk il-popolazzjonijiet lokali ma jkunux involuti bis-sħiħ f’dawn it-trasformazzjonijiet. |
1.11. |
Il-KESE jappella lill-Kummissjoni biex tikkunsidra mill-ġdid il-mod li bih twettaq il-konsultazzjonijiet pubbliċi, sabiex iċ-ċittadini u l-intrapriżi kollha jkunu jistgħu jipparteċipaw mingħajr l-obbligu preliminari li jiġu inklużi fir-reġistru tat-trasparenza. Il-KESE jqis id-djalogu soċjali bħala l-aktar mod importanti biex jinstabu soluzzjonijiet speċifiċi mal-imsieħba soċjali fir-reġjuni ultraperiferiċi. Huwa jitlob li l-konsultazzjonijiet pubbliċi jissaħħu u jintużaw b’mod aktar mifrux. Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-programmi Ewropej trid tkun realtà, u għandha tiġi organizzata b’rabta diretta mal-atturi reali tat-territorji. Jeħtieġ li jissaħħaħ il-livell reali ta’ involviment tal-imsieħba soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-fażijiet ta’ implimentazzjoni u ta’ evalwazzjoni tal-pjani għall-irkupru u r-reżiljenza fir-reġjuni ultraperiferiċi. Huwa indispensabbli li jitwaqqaf punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni Ewropea li jista’ jiġi aċċessat direttament mis-soċjetà ċivili. |
1.12. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi patt għall-ħiliet fir-reġjuni ultraperiferiċi, kif għamlet għal diversi ekosistemi industrijali. |
1.12.1. |
It-tranżizzjoni ekoloġika tar-reġjuni ultraperiferiċi tista’ tirnexxi biss jekk dawn ir-reġjuni jkollhom il-manodopera kkwalifikata li jeħtieġu biex jibqgħu kompetittivi. L-edukazzjoni u t-taħriġ huma essenzjali għas-sensibilizzazzjoni dwar l-ekonomija ekoloġika u għat-tisħiħ tal-ħiliet f’dan ir-rigward fil-qafas ta’ strumenti bħat-taqsima ekoloġika tal-Erasmus + u l-koalizzjoni “Edukazzjoni għall-Klima”. Permezz tal-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza, il-Kummissjoni qed tniedi azzjonijiet ewlenin biex tgħammar liċ-ċittadini bil-ħiliet adatti meħtieġa għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali. Fil-qafas ta’ din l-Aġenda, il-Kummissjoni tiffaċilita wkoll l-iżvilupp ta’ impenji għat-taħriġ mill-ġdid vokazzjonali u t-titjib tal-ħiliet fl-ekosistemi industrijali kollha. Ir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom jiġu integrati bis-sħiħ f’dawn l-azzjonijiet ewlenin tal-Kummissjoni permezz tal-implimentazzjoni ta’ programm ta’ ħidma speċifiku. |
1.12.2. |
Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni żżid l-isforzi biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fir-reġjuni ultraperiferiċi, peress li l-pandemija tal-COVID-19 affettwat l-isforzi biex dawn jitnaqqsu. Ir-reġjuni ultraperiferiċi huma meqjusa reġjuni b’inugwaljanzi persistenti. L-interpretazzjonijiet tal-kunċetti ta’ “ċentru” u ta’ “periferija” jipprovdu għadd ta’ spjegazzjonijiet għad-distribuzzjoni tal-ġid f’ekonomija fejn ir-relazzjonijiet spiss huma żbilanċjati. It-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali huwa wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-UE. |
1.13. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-proċess ta’ rkupru jirrispetta l-ħtiġijiet soċjali, u li jibqa’ uniformi u bbilanċjat fil-livell reġjonali. Huwa jenfasizza l-ħtieġa li territorju jiġi vvalutat fl-intier tiegħu sabiex jinstabu soluzzjonijiet imfassla apposta. |
1.13.1. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex tiżgura l-aċċess diġitali fir-reġjuni ultraperiferiċi. Aktar milli f’postijiet oħra, il-fatt li ma jistgħux jiġu ggarantiti aċċess ġeneralizzat u affidabbli għat-teknoloġija diġitali u l-użu effiċjenti tar-riżorsi relatati jaggrava l-inugwaljanzi. Madankollu, id-distakki diġitali li kienu diġà jeżistu komplew jitwessgħu u l-pandemija enfasizzat xi differenzi, u xi ċittadini tħallew jibqgħu lura fl-aċċelerazzjoni diġitali. L-impjieg, l-edukazzjoni, is-saħħa u s-servizzi pubbliċi żgur se jsiru dejjem aktar dipendenti mit-teknoloġiji diġitali. |
1.13.2. |
Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tagħmel sforzi kontinwi fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni, li huma essenzjali biex jiġu sfruttati l-opportunitajiet kollha li jinbtu mill-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi, b’rabta mal-oċeani, l-ibħra u r-riżorsi tal-baħar, u li għandhom jiġu privileġġjati peress li għandhom potenzjal kbir biex jagħtu spinta lill-ekonomiji, joħolqu impjiegi ta’ kwalità għolja u jiżguraw il-benesseri tan-nies. Dan jikkonċerna firxa wiesgħa ta’ kumpaniji ta’ kull daqs u huwa kruċjali kemm għall-iżvilupp ta’ attivitajiet tradizzjonali kif ukoll għall-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda tas-suq, li jgħinu wkoll biex jattiraw liż-żgħażagħ. |
1.14. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi proġett kbir dwar l-aċċess għall-ilma u s-sanità fil-programmi operattivi futuri tar-reġjuni ultraperiferiċi. Dawn il-proġetti ewlenin għandhom jiġu ġestiti direttament mill-Kummissjoni Ewropea. Il-proġetti kbar jimmobilizzaw investimenti fuq skala kbira b’valur unitarju ta’ aktar minn EUR 50 miljun u huma appoġġjati minn fondi tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE. Huma ta’ benefiċċju dirett għall-Istati Membri u ċ-ċittadini tagħhom billi joħolqu infrastruttura aħjar u impjiegi ġodda, u joħolqu ambjent aktar b’saħħtu u opportunitajiet kummerċjali ġodda. |
1.14.1. |
Fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi, in-nies m’għandhomx aċċess għall-ilma tax-xorb u s-sistema sanitarja spiss tkun inadegwata. L-aċċess għall-ilma tax-xorb u s-sanità huwa inseparabbli mid-dritt għall-ħajja u d-dinjità tal-bniedem u l-ħtieġa li jkun hemm standard tal-għajxien adatt. |
1.15. |
Il-KESE jitlob li l-Kummissjoni taġġorna l-Komunikazzjoni tagħha dwar l-analiżijiet li saru dwar is-sitwazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fil-konfront tal-immigrazzjoni. Il-Kummissjoni tappella għal kooperazzjoni interterritorjali dwar il-migrazzjoni u tappella biex f’dawn ir-reġjuni jiġi implimentat il-Patt Ewropew il-ġdid dwar il-Migrazzjoni, li jippermetti l-implimentazzjoni ta’ “mekkaniżmu ta’ solidarjetà obbligatorju” minħabba l-“pressjoni migratorja”. |
2. Kummenti ġenerali
2.1. |
Ir-reġjuni ultraperiferiċi, li jinsabu f’diversi żoni ġeografiċi, jagħtu lill-Ewropa pożizzjoni ġeostrateġika, ekonomika u kulturali fuq il-fruntieri ta’ diversi kontinenti, kif ukoll vantaġġi uniċi. Dawn il-vantaġġi għandhom valur miżjud intrinsiku u huma appoġġi naturali għall-kooperazzjoni tal-UE ma’ pajjiżi terzi, inkluż barra ż-żoni ġeografiċi tagħhom. Jikkontribwixxu għall-influwenza internazzjonali tal-Ewropa u joffru potenzjal uniku biex jimplimentaw soluzzjonijiet li jtaffu l-isfidi li qed tiffaċċja l-UE. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret l-adozzjoni ta’ Komunikazzjoni ġdida, taħt il-Presidenza Franċiża tal-Kunsill, dwar l-aġġornament tas-sħubija strateġika tal-Kummissjoni ma’ dawn ir-reġjuni. |
2.2. |
L-isfruttament tal-vantaġġi identifikati jiddependi, fil-biċċa l-kbira tiegħu, mill-kapaċità tal-UE li tikkomunika maċ-ċittadini kollha tagħha. Is-soċjetà ċivili trid tikkontribwixxi għas-sensibilizzazzjoni tad-diversi atturi (Stati, reġjuni, awtoritajiet lokali, komunitajiet lokali, skejjel, intrapriżi u individwi) dwar l-importanza li jiġi rikonoxxut li r-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jippromovu t-tixrid ta’ azzjonijiet operazzjonali tanġibbli bil-għan li titħaffef l-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli. L-impatt jitkejjel f’għadd ta’ oqsma (is-sajd, l-agrikoltura u l-evoluzzjoni tal-mudelli; il-kultura u l-promozzjoni tas-settur; l-impjiegi u t-taħriġ; l-edukazzjoni u l-mobbiltà taż-żgħażagħ; l-iżvilupp tal-intrapriżi; l-ambjent, l-enerġija u l-isfidi klimatiċi; l-immigrazzjoni). |
2.3. |
Il-proposti tal-KESE għar-rikostruzzjoni u l-irkupru wara l-pandemija tal-COVID-19 jistabbilixxu l-qafas li fih iridu jiġu żviluppati l-vantaġġi tar-reġjuni ultraperiferiċi. Dawn il-proposti jistgħu jirriflettu l-kontribut ta’ dawn ir-reġjuni f’oqsma differenti: is-segwitu tal-bidliet strutturali u l-attivitajiet ta’ investiment relatati meħtieġa, prinċipalment fl-oqsma diġitali, tal-innovazzjonijiet intelliġenti u soċjali u tat-tranżizzjoni ekoloġika; it-titjib kontinwu tal-kompetittività; il-ħolqien tal-ambjent adatt biex jissaħħaħ il-post tax-xogħol fost l-ixpruni ewlenin tal-irkupru tas-sistema ekonomika; l-istabbiliment tal-kundizzjonijiet biex jittejbu l-awtosuffiċjenza u r-reżiljenza; u t-titjib sinifikanti tal-ktajjen tal-provvista. |
2.4. |
Id-Direttiva Qafas tal-UE dwar l-ilma tirrikonoxxi li “[l]-ilma mhuwiex prodott kummerċjali bħal kull prodott ieħor imma, pjuttost, wirt li għandu jiġi protett, difiż u ttrattat bħala tali.” |
2.4.1. |
Jinħtieġu tliet elementi biex jiġi żgurat u mtejjeb l-aċċess għall-ilma u s-sanità, jiġifieri l-kwalità, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà. L-UE kkontribwixxiet għall-iżgurar ta’ aċċess għal ilma tajjeb għax-xorb u għas-sanità għall-popolazzjoni tal-Istati Membri tagħha permezz ta’ żewġ tipi prinċipali ta’ azzjonijiet. L-ewwel nett, stabbiliet standards ambizzjużi dwar il-kwalità tal-ilma, li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni kemm għas-saħħa pubblika kif ukoll għall-ambjent. It-tieni, iffinanzjat l-iżvilupp u t-titjib tal-infrastruttura tal-ilma fl-Istati Membri, u għenet biex jiżdiedu l-kwalità u l-aċċess fiżiku għas-servizzi tal-ilma. Għalissa, fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi, l-intervent tal-UE għadu ma nħassx u l-popolazzjoni m’għandhiex aċċess għall-ilma. |
3. Kummenti speċifiċi
3.1. Kuntest li jiżvela l-prijoritajiet għall-ikel u l-enerġija
3.1.1. |
Ir-reġjuni ultraperiferiċi huma meqjusa reġjuni vulnerabbli fil-livell ekonomiku. Ċerti vulnerabbiltajiet jirriżultaw mill-esponiment tagħhom għal riskji minħabba varjabbli strutturali (l-iżolament, id-daqs tas-swieq, il-konċentrazzjoni tal-esportazzjonijiet, is-sehem tal-agrikoltura u s-sajd fil-ħolqien tal-ġid, …) u oħrajn mill-esponiment tagħhom għal xokkijiet li jirriflettu sitwazzjonijiet eċċezzjonali (kriżijiet ekonomiċi, ambjentali, soċjali, tas-saħħa, …). Il-pandemija tal-COVID-19 żiedet is-sensibilizzazzjoni dwar il-konsegwenzi possibbli ta’ tħejjija insuffiċjenti. Minkejja li l-ktajjen tad-distribuzzjoni u l-provvista rreżistew tul din il-kriżi, qatt mhu se jkun hemm vaċċin li jipproteġi lin-nies mill-effetti ta’ sitwazzjoni fraġli fir-rigward tal-ikel u tal-enerġija. |
3.1.2. |
Ir-reġjuni ultraperiferiċi jridu juru li huma kapaċi jissodisfaw il-ħtiġijiet essenzjali tal-ikel u l-enerġija, sabiex il-popolazzjonijiet isiru aktar reżiljenti għal xokkijiet esterni. Dan huwa approċċ li, filwaqt li joħloq impjiegi lokali u rabta soċjali, għandu l-għan li jinvolvi ċittadini impenjati fil-monitoraġġ fuq il-post ta’ proġetti innovattivi, akkumpanjati minn organizzazzjonijiet pubbliċi effiċjenti u li jisimgħu. Ir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom dak li huwa meħtieġ għal tranżizzjoni li ġġib magħha aktar attività ekonomika u koeżjoni soċjali. Fil-fatt, jeżistu għeruq kulturali b’saħħithom favur relazzjoni man-natura li tkun favorevoli għall-feġġ ta’ ekosistemi li jiffavorixxu l-produzzjoni ta’ ikel tajjeb għas-saħħa u sostenibbli. Bl-istess mod, l-aċċess aktar faċli għall-enerġiji rinnovabbli l-aktar komuni (enerġija idrawlika, tal-bijomassa, eolika, termali, ġeotermali, fotovoltajka) joħoloq firxa ta’ possibbiltajiet. |
3.1.3. |
L-UE se tadotta ċiklu ġdid ta’ politiki favur il-klima – il-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”. Ir-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jservu bħala laboratorji biex l-Unjoni Ewropea ssir aktar reżiljenti. L-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt hija element ċentrali tal-Patt Ekoloġiku għall-Ewropa. Ir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom il-mezzi biex juru l-ħtieġa urġenti li tiġi ppreservata bijodiversità rikka, li tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa u s-sajjieda fil-katina tal-valur, li jitħeġġeġ il-konsum sostenibbli tal-ikel u li jiġi promoss ikel tajjeb għas-saħħa bi prezzijiet affordabbli għal kulħadd, mingħajr ma jiġu kompromessi s-sigurtà, il-kwalità jew il-prezz tal-ikel. Ir-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jkunu l-inkubaturi ta’ din l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea li għandha l-ħsieb li tinkludi l-katina alimentari kollha. Huma jistgħu jiċċaraw b’mod effettiv il-ħtieġa għal valutazzjonijiet tal-impatt f’waqthom. Il-kriżi tal-enerġija diġà hija aktar gravi fir-reġjuni ultraperiferiċi. Din hija r-raġuni għaliex jeħtieġ li jinstabu soluzzjonijiet speċifiċi għal dawn ir-reġjuni, peress li f’każ li l-kriżi attwali tal-enerġija tmur għall-agħar, dawn jistgħu jkunu fost l-agħar milquta. |
3.1.4. |
Fir-reġjuni ultraperiferiċi, bħal fir-reġjuni kollha tal-Ewropa, it-tranżizzjoni enerġetika mhijiex biss kwistjoni ta’ teknoloġija. Tirrappreżenta sfida soċjali kbira li għaliha huwa indispensabbli li tiġi involuta s-soċjetà ċivili. F’dan ir-rigward, l-irkupru organizzat wara l-pandemija tal-COVID-19 jipprovdi l-opportunità li jintużaw fondi b’tali mod li jintlaħaq l-objettiv li ċ-ċittadini jkunu fil-qalba tat-tranżizzjoni enerġetika u, b’hekk, tiġi stimulata l-ekonomija reġjonali. L-enerġiji rinnovabbli, li huma disponibbli b’mod mifrux fir-reġjuni ultraperiferiċi, huma deċentralizzati. Jeħtieġu investimenti pjuttost baxxi meta mqabbla mal-ispejjeż iġġenerati mill-istrutturi ċentralizzati fuq skala kbira. Bil-Patt Ekoloġiku, il-Kummissjoni poġġiet in-newtralità klimatika fuq nett tal-aġenda tagħha, u bil-Pjan għall-Irkupru, qed tippjana li tinvesti biljuni ta’ euro fil-bini mill-ġdid tal-ekonomija u fil-ħolqien u s-salvagwardja ta’ impjiegi ta’ kwalità fl-Ewropa. Ir-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jwittu t-triq għal approċċ iffukat fuq iċ-ċittadini li jqis l-aktar konsumaturi vulnerabbli. |
3.1.5. |
Id-Direttiva Qafas tal-UE dwar l-ilma tirrikonoxxi li “[l]-ilma mhuwiex prodott kummerċjali bħal kull prodott ieħor imma, pjuttost, wirt li għandu jiġi protett, difiż u ttrattat bħala tali.” Jinħtieġu tliet elementi biex jiġi żgurat u mtejjeb l-aċċess għall-ilma u s-sanità, jiġifieri l-kwalità, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà. L-UE kkontribwixxiet għall-iżgurar ta’ aċċess għal ilma tajjeb għax-xorb u għas-sanità għall-popolazzjoni tal-Istati Membri tagħha permezz ta’ żewġ tipi prinċipali ta’ azzjonijiet. L-ewwel nett, stabbiliet standards ambizzjużi dwar il-kwalità tal-ilma, li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni kemm għas-saħħa pubblika kif ukoll għall-ambjent. Imbagħad, iffinanzjat l-iżvilupp u t-titjib tal-infrastruttura tal-ilma fl-Istati Membri, u b’hekk għenet biex jiżdiedu l-kwalità u l-aċċess fiżiku għas-servizzi tal-ilma. Għalissa, f’xi reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi, l-azzjoni tal-UE għadha ma tinħassx peress li d-diffikultajiet li tiffaċċja l-popolazzjoni ta’ dawn ir-reġjuni biex taċċessa l-ilma għadhom uniċi fl-Ewropa. |
3.2. Differenzi u inugwaljanzi amplifikati
3.2.1. |
Ir-reġjuni ultraperiferiċi huma meqjusa reġjuni b’inugwaljanzi persistenti. L-interpretazzjonijiet tal-kunċett ta’ “ċentru” u “periferija” joffru diversi spjegazzjonijiet tad-distribuzzjoni tal-ġid f’ekonomija fejn ir-relazzjonijiet spiss ikunu asimmetriċi. It-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali huwa wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-UE. Hemm baġit sinifikanti ddedikat għat-tnaqqis tad-differenzi, u r-reġjuni ultraperiferiċi huma fost il-benefiċjarji ewlenin. Minkejja li l-għodod ta’ valutazzjoni mhumiex perfetti, irid jiġi rikonoxxut li l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq l-isforzi biex jitnaqqsu dawn l-inugwaljanzi. Fil-fatt, il-Konferenza tal-Presidenti tar-reġjuni ultraperiferiċi, li saret fid-19 ta’ Novembru 2021, għamlet stqarrija dwar dawn il-konsegwenzi. Jeħtieġ ukoll li l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet kollha tas-soċjetà ċivili iwissu dwar il-ħtieġa li jiġu aċċellerati l-proċessi kollha biex jintemmu l-approċċi bbażati fuq it-tentattiv ta’ rkupru, biex iċ-ċittadin jitqiegħed fil-qalba tal-mekkaniżmi u biex verament nibdew inħarsu ’l quddiem. |
3.2.2. |
Huwa essenzjali li jkun hemm bażijiet ekonomiċi sodi biex jiġi promoss żvilupp sostenibbli u jinżamm mudell soċjali ambizzjuż fir-reġjuni ultraperiferiċi. Il-politiki soċjali jeħtieġ li jimxu id f’id ma’ politiki li jagħtu spinta lill-iżvilupp ekonomiku, filwaqt li jirrikonoxxu l-iskop reċiproku tagħhom għall-ġid komuni. Il-ħolqien tal-impjiegi, l-iżvilupp tal-ħiliet u li s-swieq tax-xogħol isiru inklużivi huma l-uniċi vaċċini li jagħmluha possibbli li jiġu evitati l-inugwaljanzi u l-esklużjoni, u jippermettu wkoll it-tisħiħ tal-istabbiltà tas-soċjetà. Il-proċess ta’ rkupru għalhekk irid jirrispetta l-ħtiġijiet soċjali, b’mod li jkun reġjonalment uniformi u bbilanċjat. Dan għandu jqis l-ispazju reġjonali kollu kemm hu sabiex jiġu ddefiniti soluzzjonijiet adattati għal kull kuntest. |
3.2.3. |
Minn Marzu 2020 ’l hawn, ir-reġjuni kollha daru ħafna lejn iċ-ċiberspazju. Fir-reġjuni ultraperiferiċi, bħal f’postijiet oħra, it-tfal tal-iskola bdew it-tagħlim mill-bogħod, l-impjegati implimentaw it-telexogħol u l-kumpaniji ppruvaw jevolvu l-mudelli tan-negozju tagħhom biex ikomplu bl-attivitajiet tagħhom. Madankollu, id-distakki diġitali li kienu diġà jeżistu komplew jitwessgħu u l-pandemija enfasizzat xi differenzi, u ħalliet lil xi ċittadini jaqgħu lura fl-aċċelerazzjoni diġitali. Ma jidhirx li se mmorru lura għal kif konna, u l-impjiegi, l-edukazzjoni, is-saħħa, u s-servizzi pubbliċi żgur se jsiru dejjem aktar dipendenti mit-teknoloġiji diġitali. Fir-reġjuni ultraperiferiċi, aktar milli f’postijiet oħra, il-fatt li ma jistgħux jiġu ggarantiti aċċess ġeneralizzat u affidabbli għat-teknoloġija diġitali u l-użu effiċjenti tar-riżorsi relatati jamplifika l-inugwaljanzi. Hemm ħtieġa urġenti għal aċċess għall-Internet broadband bis-satellita fir-reġjuni ultraperiferiċi sabiex in-nies jingħataw aċċess għat-teknoloġija diġitali. |
3.2.4. |
Fir-reġjuni ultraperiferiċi, l-attivitajiet relatati mal-oċeani, mal-ibħra u mar-riżorsi tal-baħar iridu jkunu prominenti għax għandhom potenzjal li qed jiżdied li jsaħħu l-ekonomiji, joħolqu impjiegi ta’ kwalità u jiżguraw il-benesseri taċ-ċittadini. Huma involuti varjetà wiesgħa ta’ intrapriżi, ta’ kull daqs. Huwa indispensabbli li jkun hemm sforzi sostnuti fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni biex jinħatfu l-opportunitajiet kollha relatati mal-karatteristiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi. Approċċ bħal dan huwa essenzjali, kemm għall-iżvilupp tal-attivitajiet tradizzjonali kif ukoll għall-ħolqien ta’ prospetti ġodda, li se jgħinu wkoll biex jattiraw liż-żgħażagħ. |
3.3. Il-ħtieġa urġenti li jiżdied l-involviment tas-soċjetà ċivili
3.3.1. |
Diversi proġetti pilota mwettqa fir-reġjuni ultraperiferiċi huma appoġġjati minn programmi Ewropej (Erasmus+, Orizzont 2020, eċċ.). L-aġġornament tas-sħubija strateġika tal-Kummissjoni ma’ dawn ir-reġjuni jrid jipprovdi l-opportunità li jissaħħaħ dan l-appoġġ u jiġu rreplikati dawn il-proġetti. Dan se jippromovi l-proġetti tal-awtosuffiċjenza fl-enerġija, l-awtosuffiċjenza fl-ikel, it-turiżmu sostenibbli, l-edukazzjoni tat-tfal, it-taħriġ tal-adulti u l-inklużjoni soċjali. L-iżvilupp diġitali jrid ikun prerekwiżit għall-iżvilupp tal-ekonomiji tar-reġjuni ultraperiferiċi. |
3.3.2. |
Fid-dawl tal-impatt kbir tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-soċjetajiet fir-reġjuni ultraperiferiċi, il-KESE jappella għall-implimentazzjoni ta’ proġetti ekonomiċi u soċjali orjentati lejn il-prosperità, li jagħtu prijorità lill-benesseri taċ-ċittadini u li jiżguraw li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura. Sfida kbira għal dawn ir-reġjuni hija kif se jitneħħew l-inugwaljanzi u l-iżbilanċi. Il-kriżi xeħtet dawl fuq u aggravat id-differenzi li ilhom jeżistu f’dawn is-soċjetajiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni. L-inċidenza tal-infezzjonijiet tal-COVID-19 tidher li kienet ogħla fost il-persuni l-aktar foqra. L-ifqar persuni x’aktarx ikollhom ukoll inqas possibbiltajiet li jaħdmu mid-dar. Ir-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jkunu laboratorji li jagħmluha possibbli li fil-fażai tal-irkupru jiġu kkoreġuti n-nuqqasijiet fil-politiki soċjali, ekonomiċi u ambjentali. F’dawn ir-reġjuni, il-fondi Ewropej ma jridux jirrappreżentaw biss ċifri, objettivi u skadenzi: iridu jissimbolizzaw ukoll viżjoni komuni tal-futur u interess reali fil-proġett Ewropew. |
3.3.3. |
L-implimentazzjoni tal-pjani ta’ rkupru fir-reġjuni ultraperiferiċi trid tagħmilha possibbli li ssir esperimentazzjoni bi prattiki ġodda ta’ monitoraġġ tal-allokazzjonijiet tal-fondi u r-riżorsi. Is-sħubijiet jistgħu jinkludu l-obbligu li jinħolqu kumitati ta’ monitoraġġ li jirrappreżentaw firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-kunsiderazzjoni tal-vantaġġi tar-reġjuni ultraperiferiċi għall-UE tipprovdi l-opportunità li jintalab kunsens mifrux bejn il-partiti politiċi, l-atturi soċjali, l-intraprendituri, it-trade unions u s-soċjetà ċivili, bil-ħsieb li jiġi żgurat l-akbar suċċess possibbli għal dawn ir-reġjuni fl-UE. |
3.4. |
Fir-reġjuni ultraperiferiċi, l-iskala tal-isfidi maħluqa mill-pandemija tal-COVID-19 u t-tranżizzjonijiet mistennija titlob kooperazzjoni attiva mill-atturi kollha rappreżentattivi tas-soċjetà ċivili, filwaqt li jiġu rispettati r-responsabbiltajiet u l-kompetenzi ta’ kull wieħed minnhom. Id-djalogu soċjali huwa għodda ewlenija għall-implimentazzjoni tal-pjani ta’ rkupru fir-reġjuni ultraperiferiċi. Il-promozzjoni tiegħu għandha tippermetti li jiġu esperimentati prattiki ġodda għall-monitoraġġ tal-allokazzjoni tal-fondi u r-riżorsi. Is-sħubijiet jistgħu jinkludu l-obbligu li jitwaqqfu kumitati ta’ monitoraġġ li jirrappreżentaw firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati, kif ukoll ir-rwol kritiku tal-imsieħba soċjali, u ta’ organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili. Il-kunsiderazzjoni tal-benefiċċji tar-reġjuni ultraperiferiċi għall-UE toffri l-opportunità biex jintalab kunsens wiesa’ bil-għan li jiġi żgurat li dawn ir-reġjuni tal-UE jirnexxu kemm jista’ jkun. |
3.5. |
Ir-reġjuni ultraperiferiċi huma kompletament soġġetti għall-ħtiġijiet tal-globalizzazzjoni, ikkaratterizzata prinċipalment mill-konnessjoni dejjem tikber tat-territorji, il-kulturi u l-ekonomiji. Dawn ir-reġjuni jirrappreżentaw il-fruntieri tal-UE lil hinn sew mill-kontinent. Fil-fatt, il-ġestjoni tal-flussi migratorji u l-protezzjoni tal-fruntieri għadha sfida ewlenija għal dawn ir-reġjuni. Dan iwassal għal sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà, aggravati mill-kriżi pandemika. Permezz tal-Komunikazzjoni tat-12 ta’ Settembru 2007 dwar “Strateġija għall-ibgħad reġjuni: kisbiet u prospettivi fil-ġejjieni”, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tagħti attenzjoni lis-sitwazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fil-konfront tal-immigrazzjoni. L-analiżi enfasizzat it-taħlita pjuttost kumplessa ta’ livelli ta’ azzjoni pubblika f’dawn ir-reġjuni. Id-diversità tax-xejriet tikkomplika l-iżvilupp ta’ approċċi komuni għall-migrazzjoni f’dawn ir-reġjuni. |
Brussell, l-20 ta’ Jannar 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
12.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/50 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Id-djalogu soċjali bħala għodda għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol”
(opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Franċiża)
(2022/C 194/09)
Relatur: |
Franca SALIS-MADINIER |
Talba għall-konsultazzjoni mill-Presidenza Franċiża tal-Kunsill |
Ittra tal-21.9.2021 |
Bażi legali |
L-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
Adottata fis-sezzjoni |
16.12.2021 |
Adottata fil-plenarja |
20.1.2022 |
Sessjoni plenarja Nru |
566 |
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
172/32/70 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. |
Il-KESE jikkondividi l-fehma tal-Kummissjoni fl-istrateġija tagħha 2021-2027 dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u jqis li d-djalogu soċjali huwa għodda essenzjali biex jintlaħqu t-tliet objettivi ewlenin: l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-bidliet fid-dinja tax-xogħol li jirriżultaw minn tranżizzjonijiet ekoloġiċi, diġitali u demografiċi; it-titjib tal-prevenzjoni ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard relatat max-xogħol; u t-tħejjija għal kriżijiet potenzjali futuri tas-saħħa. |
1.2. |
Il-pandemija hija opportunità biex jinħolqu kapaċitajiet kollettivi ġodda biex jiġu indirizzati l-kriżijiet li ġejjin, u biex jittaffew l-effetti tagħhom fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Il-pjan ta’ rkupru għandu jagħmilha possibbli li jissaħħaħ ir-rwol tal-imsieħba soċjali fl-Istati Membri fejn l-inqas li għandu effett. |
1.3. |
Il-KESE jirrakkomanda analiżi komprensiva u integrata li tħares ’il quddiem tal-impatt tat-tranżizzjoni diġitali fuq is-suq tax-xogħol sabiex jiġi antiċipat it-taqlib li din tinvolvi u tiġi żviluppata strateġija fit-tul dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. |
1.4. |
Il-Ftehim Qafas Ewropew tal-2002 ma jweġibx għall-isfidi l-ġodda maħluqa mit-telexogħol. Il-KESE jirrakkomanda li jitfasslu linji gwida ġodda, b’attenzjoni partikolari għall-prevenzjoni tar-riskji psikosoċjali u disturbi muskoloskeletali. |
1.5. |
Il-KESE jistieden lill-ispettorati tax-xogħol iwettqu spezzjoni tal-kundizzjonijiet tat-telexogħol, fuq talba tal-impjegati u waqt li tiġi rispettata l-ħajja privata tagħhom b’konformità mar-regoli nazzjonali. |
1.6. |
Il-KESE jirrakkomanda li jiġi investigat bir-reqqa l-mard relatat max-xogħol, bħall-mard tal-qalb u l-burnout, bil-għan li jiġu identifikati miżuri rilevanti f’konformità mal-“Viżjoni Żero”. |
1.7. |
Il-KESE jappella li tiġi żviluppata kultura ta’ prevenzjoni, permezz tat-taħriġ tal-atturi tad-djalogu soċjali, għarfien tar-riskji emerġenti, u t-tisħiħ u t-tixrid tar-riżorsi disponibbli. |
1.8. |
Il-KESE jqis li skont l-Artikolu 155(2) tat-TFUE, il-ftehimiet konklużi bejn l-imsieħba soċjali għandhom jiġu implimentati fl-Istati Membri. Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tiddiskuti mal-imsieħba soċjali l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet awtonomi u l-proċess ta’ talba konġunta għal deċiżjoni tal-Kunsill, filwaqt li tirrispetta l-awtonomija tal-imsieħba soċjali u ssegwi l-proċedura tal-Artikolu 155 tat-TFUE. |
1.9. |
Il-KESE jħeġġeġ li jiġu żviluppati standards ta’ referenza u għodod għall-valutazzjoni tar-riskju lesti għall-użu, li huma partikolarment utli għall-intrapriżi żgħar ħafna u ta’ daqs medju. L-SMEs jeħtieġu l-gwida, it-taħriġ u l-appoġġ finanzjarju adatti biex jikkonformaw mal-obbligi tas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol. |
1.10. |
Il-KESE jitlob li jiġi stabbilit mekkaniżmu li jista’ jivvaluta l-impatt tal-inizjattivi leġiżlattivi, il-ftehimiet kollettivi u l-pjani ta’ azzjoni Ewropej f’dan il-qasam, u jtenni r-rakkomandazzjoni tiegħu (1) ta’ spettur tax-xogħol wieħed għal 10 000 ħaddiem. |
1.11. |
Il-KESE jappella għal kampanja “Viżjoni Żero” aktar proattiva, li timmira lejn il-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tar-riskji, skont id-Direttiva Qafas. |
1.12. |
Fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kanċer relatat max-xogħol, il-KESE jappella għal pożizzjoni aktar ambizzjuża li tkopri l-50 karċinoġenu prijoritarju, is-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni, il-mediċini perikolużi, u li jiġu inklużi l-istress (2) u x-xogħol bix-xift (3). |
1.13. |
Il-KESE jappella għal leġiżlazzjoni Ewropea dwar ir-riskji psikosoċjali. Approċċ effettiv għall-prevenzjoni għandu jieħu azzjoni fir-rigward tal-ambjent tax-xogħol u mhux biss fir-rigward tas-saħħa mentali tal-individwu. |
1.14. |
Il-KESE jqis li t-tfassil ta’ politika ta’ prevenzjoni komprensiva, sostenibbli u integrata jeħtieġ ir-riattivazzjoni tal-abbozz ta’ direttiva dwar id-disturbi muskoloskeletali. |
1.15. |
Il-KESE jitlob li jiġi emendat l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (4). Il-KESE jirrakkomanda li l-valutazzjonijiet tal-konformità ta’ partijiet terzi jsiru obbligatorji għall-IA kollha b’riskju kbir. |
1.16. |
Il-KESE jappella biex il-ħaddiema tal-pjattaformi jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-qafas strateġiku. Id-drittijiet għall-organizzazzjoni, ir-rappreżentanza u n-negozjar kollettiv għandhom jiġu ggarantiti u d-drittijiet tal-protezzjoni soċjali għandhom jiġu estiżi għal dawn il-ħaddiema. |
2. Kuntest
2.1. |
Fil-kuntest tal-Presidenza futura tal-UE, Franza talbet lill-Kumitat jesplora permezz ta’ din l-Opinjoni l-kwistjoni relatata mal-effettività tad-djalogu soċjali (5) bħala għodda għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. |
2.2. |
Il-Kummissjoni qed tipproponi qafas strateġiku ġdid dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol li t-tliet objettivi ewlenin tiegħu huma: l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-bidliet fid-dinja tax-xogħol li jirriżultaw minn tranżizzjonijiet ekoloġiċi, diġitali u demografiċi; it-titjib tal-prevenzjoni ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard relatat max-xogħol; u t-tħejjija għal kriżijiet potenzjali futuri tas-saħħa (6). Il-Kummissjoni qed tiddependi b’mod partikolari mid-djalogu soċjali biex jintlaħqu dawn it-tliet objettivi. |
2.3. |
Il-qafas strateġiku jadotta l-approċċ “Viżjoni Żero” biex jitnaqqsu l-imwiet relatati max-xogħol fl-UE, u jenfasizza l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. |
2.4. |
Il-ġlieda kontra l-kanċer relatat max-xogħol hija definita bħala qasam ta’ prijorità. Il-Kummissjoni timpenja ruħha wkoll li tistabbilixxi limiti vinkolanti tal-esponiment fuq il-post tax-xogħol għal sustanzi karċinoġeni addizzjonali. |
3. Kummenti ġenerali
3.1. Id-djalogu soċjali bħala għodda essenzjali fil-prevenzjoni tar-riskji
3.1.1. |
In-negozjati bipartitiċi tal-imsieħba soċjali Ewropej huma ta’ importanza kbira biex jiġu solvuti l-kwistjonijiet tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Madankollu, l-applikazzjoni ta’ ftehimiet awtonomi kultant tkun irregolari, skont is-saħħa relattiva tad-djalogu soċjali u d-diversità tas-sistemi ta’ relazzjonijiet relatati max-xogħol fl-Istati Membri (7). Il-ftehimiet li jirriżultaw f’direttivi tal-Kunsill wara li ssir talba miż-żewġ partijiet firmatarji jidhru li huma aktar effettivi peress li jiżguraw pjani ta’ azzjoni speċifiċi fl-Istati Membri kollha. Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tiddiskuti mal-imsieħba soċjali l-implimentazzjoni mtejba ta’ ftehimiet awtonomi u l-proċess ta’ talba konġunta għal deċiżjonijiet tal-Kunsill, filwaqt li tirrispetta l-awtonomija tal-imsieħba soċjali u ssegwi l-proċedura tal-Artikolu 155 tat-TFUE. |
3.1.2. |
Kemm jekk fil-livell interindustrijali (l-istress relatat max-xogħol (8), il-vjolenza u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol (9)) jew fil-livell settorjali (id-disturbi muskoloskeletali fl-agrikoltura (10), il-protezzjoni tas-saħħa fil-ħwienet tal-parrukkiera (11), is-siliċju kristallin fil-kimika u fl-estrazzjoni tal-minjieri (12), il-prevenzjoni ta’ korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fl-isptarijiet (13), eċċ.), id-djalogu soċjali Ewropew għamilha possibbli li jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema. |
3.1.3. |
Il-ftehimiet settorjali li jistabbilixxu standards minimi jew linji gwida ġenerali dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol huma b’mod partikolari importanti għall-SMEs, peress li dawn mhux dejjem ikollhom ir-riżorsi meħtieġa biex jippjanaw li jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol. L-SMEs jeħtieġu pariri, taħriġ u appoġġ finanzjarju biex jimplimentawhom. |
3.1.4. |
Id-djalogu soċjali huwa għodda siewja għall-intrapriżi u għas-soċjetà kollha kemm hi. Il-miżuri tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol mwettqa permezz tad-djalogu soċjali jikkontribwixxu b’mod pożittiv għas-saħħa tal-ħaddiema, jistgħu jtejbu l-profittabbiltà tal-intrapriżi, inaqqsu l-ispejjeż tal-kura u jnaqqsu l-assenteiżmu (14). L-ispiża fuq is-soċjetà tal-korrimenti u l-mard marbuta max-xogħol hija stmata għal 3,3 % (15) tal-PDG tal-UE (EUR 476 biljun), jiġifieri iktar min-nofs tal-fondi tal-pjan ta’ rkupru. Dan il-perċentwal ivarja ħafna bejn l-Istati Membri skont ix-xenarju industrijali, il-kuntest leġiżlattiv u l-miżuri preventivi fis-seħħ. |
3.1.5. |
Fl-iżjed fażi urġenti tal-kriżi, il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi kellhom impatti settorjali kbar: għeluq ta’ skejjel, ħwienet, eċċ. Ħafna negozji beżgħu li se jfallu, b’mod partikolari fis-setturi tal-ospitalità u l-kultura (16). |
3.1.6. |
In-negozjati għamlu possibbli li tiġi żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet, u għalhekk is-sopravivenza tal-ekonomija Ewropea. F’setturi bħat-trasport, il-kummerċ u l-agrikoltura, l-imsieħba soċjali Ewropej kellhom rwol essenzjali fir-rigward tal-aġġustamenti meħtieġa, il-waqfien temporanju jew saħansitra permanenti ta’ attività, u l-impatt tagħhom fuq l-impjieg. Jeħtieġ li nitgħallmu mill-kriżi attwali biex nitħejjew għal kriżijiet futuri possibbli. |
3.1.7. |
Ir-riżultati miksuba m’għandhomx jaħbu nuqqasijiet importanti. Il-kwalità tal-mekkaniżmi nazzjonali tad-djalogu soċjali mhijiex uniformi (17). F’ħafna Stati Membri ġew adottati miżuri mingħajr konsultazzjoni f’waqtha u sinifikanti mal-imsieħba soċjali nazzjonali. Xi gvernijiet adottaw miżuri ta’ emerġenza li jirrestrinġu l-awtonomija tagħhom, bħallikieku kienu ostakli aktar milli soluzzjonijiet. Il-kriżi tas-saħħa wriet il-ħtieġa li jiġu ġestiti u kkoordinati aħjar il-miżuri meħtieġa meħuda fl-Istati Membri. Djalogu msaħħaħ bejn l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet Ewropej kif ukoll l-imsieħba soċjali nazzjonali u Ewropej huwa meħtieġ biex jipprovdi soluzzjonijiet fil-ġestjoni tal-kriżi. |
3.1.8. |
Il-KESE jinnota li s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE ta’ Settembru 2021 iddikjarat li l-Kummissjoni mhijiex obbligata taġixxi fuq it-talbiet tal-imsieħba soċjali biex jimplimentaw il-ftehimiet konklużi u jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi kriterji ċari għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet iffirmati mill-imsieħba soċjali (18). Il-KESE jqis li skont l-Artikolu 155(2) tat-TFUE, il-ftehimiet bejn l-imsieħba soċjali għandhom jiġu implimentati fl-Istati Membri |
3.2. Kummenti speċifiċi
3.2.1.
3.2.1.1. |
Il-Bank Ċentrali Ewropew jissottolinja r-riskji makroekonomiċi u finanzjarji (19) marbuta mat-tisħin globali (telf ekonomiku ikkawżat miż-żieda fil-livell tal-baħar u l-modifika tax-xejra tax-xita) u mat-tranżizzjoni ekoloġika (żieda fl-assi mhux rekuperabbli, żieda fil-qgħad strutturali, volatilità tal-prezzijiet u inflazzjoni). |
3.2.1.2. |
Ir-robotizzazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali, l-iżvilupp ta’ mudelli ġodda ta’ negozju, forom ta’ sottokuntrattar u x-xogħol mill-bogħod se jkollhom effett dejjiemi fuq is-suq tax-xogħol, kif ukoll fuq it-titjib tal-ħiliet, l-organizzazzjoni tax-xogħol, l-adattament tal-postijiet tax-xogħol, ir-riskji okkupazzjonali u l-mezzi biex jiġu evitati. |
3.2.1.3. |
Għalkemm il-kuntratt għal żmien indefinit jibqa’ l-istandard ta’ referenza, qed naraw żieda fl-hekk imsejħa forom ta’ impjieg “flessibbli” jew “mhux standard”, bħal xogħol fuq talba u xogħol fuq pjattaforma. Minħabba li ftit li xejn għandhom influwenza fuq il-mod kif jaħdmu, dawn il-ħaddiema jħabbtu wiċċhom aktar spiss ma’ kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena (qagħdiet skomdi, pass tax-xogħol li jkun eċċessiv, pressjoni għolja fuq ix-xogħol, u nuqqas ta’ awtonomija u ftit li xejn varjetà fil-kompiti) (20). |
3.2.1.4. |
Dawn it-tranżizzjonijiet jissarrfu f’bidla fir-riskji okkupazzjonali. L-ewwel nett lejn il-marġini tal-forza tax-xogħol, permezz tal-iżvilupp ikkombinat ta’ sottokuntrattar u kuntratti prekarji, inqas protettivi fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Imbagħad lejn vulnerabbiltajiet ġodda marbuta mal-kundizzjonijiet tax-xogħol, permezz tal-ibridizzazzjoni ta’ forom flessibbli ta’ organizzazzjoni u forom imġedda ta’ prattiki qodma tat-tip Taylor. U fl-aħħar nett, lejn mard ġdid relatat max-xogħol, rifless fiż-żieda endemika fl-istress okkupazzjonali u patoloġiji assoċjati. |
3.3. Sfidi għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fl-ekosistema diġitali
3.3.1. |
It-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni qed isawru gradwalment ekosistema diġitali ġdida, li r-rappreżentant prinċipali tagħha huwa t-telexogħol. Il-ġeneralizzazzjoni tagħha twieġeb għal aspettattiva: 80 % (21) tal-impjegaturi u 76 % tal-ħaddiema Ewropej jixtiequ jkomplu jaħdmu bit-telexogħol anke wara l-kriżi. Minkejja li jipprovdi aktar flessibbiltà, it-telexogħol madankollu joħloq sfidi ġodda: tagħmir inadegwat, sensazzjoni ta’ iżolament, diffikultajiet fl-iskonnettjar psikoloġiku mix-xogħol u nuqqas ta’ appoġġ mill-ġerarkija. Madwar 25 % (22) tal-ħaddiema jgħidu li l-ħin kollu jinsabu emozzjonalment eżawriti mix-xogħol, u dan b’mod regolari – fattur ċentrali tal-burnout. It-telexogħol fisser ukoll sfidi ġodda għall-impjegaturi rigward pereżempju ż-żieda fix-xiri tat-tagħmir tat-telexogħol, l-isfidi tal-ġestjoni u l-organizzazzjoni tax-xogħol mill-bogħod. |
3.3.2. |
Il-progress fil-qasam tar-robotika qed iwassal għal bidla minn kompiti ta’ produzzjoni għal kompiti ta’ monitoraġġ tal-proċessi awtomatizzati. Huwa stmat li 22 % tal-impjiegi fl-UE jistgħu jkunu awtomatizzati sal-2030, jiġifieri 53 miljun impjieg (23). L-awtomatizzazzjoni tista’ ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol (sigurtà u ergonomija tal-postijiet tax-xogħol, arrikkiment tal-kompiti, eliminazzjoni ta’ kompiti diffiċli u perikolużi). Naturalment, huwa importanti wkoll li jiġi mmonitorjat u evitat kwalunkwe riskju possibbli għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol li jirriżulta minn dawn l-iżviluppi li, jekk jiġu ffinalizzati biss għall-produttività, jistgħu jwasslu għad-deterjorament tal-kundizzjonijiet tax-xogħol. |
3.3.3. |
Ħafna mill-progress dovut għall-intelliġenza artifiċjali għadu fi stadju embrijoniku, bħall-ġestjoni algoritmika fl-ekonomija tal-pjattaformi, u għand xi ġganti tal-loġistika. L-isfida hija doppja: is-sostituzzjoni tas-superviżur fil-missjonijiet tiegħu ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni, u ż-żieda tal-produttività permezz ta’ razzjonalizzazzjoni tax-xogħol kultant meħuda għall-estrem. Skont rapport ta’ riċerka tal-Istitut Ewropew tat-Trade Unions, f’termini ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, dawn il-prattiki jaraw ir-riskji “klassiċi” marbuta mar-razzjonalizzazzjoni (żieda fl-intensità u l-ebusija tax-xogħol, impjiegi bla sustanza) superimposti fuq ir-riskji “emerġenti” marbuta mad-diġitalizzazzjoni tax-xogħol (pressjoni psikoloġika żejda, iperkonnettività, iżolament soċjali) (24). |
3.3.4. |
Il-ġestjoni algoritmika qed tiġi introdotta gradwalment fl-intrapriżi fejn din tindirizza l-isfidi tax-xogħol mill-bogħod. Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni kostanti joħolqu riskju għas-saħħa mentali tal-ħaddiema (25), b’mod partikolari permezz tal-effett “Big Brother” u t-tneħħija tal-limiti bejn il-ħajja privata u dik professjonali. Mingħajr is-salvagwardji meħtieġa, dawn it-teknoloġiji jistgħu jimminaw id-drittijiet fundamentali, jiġifieri r-rispett tal-privatezza u tad-dinjità. |
3.3.5. |
Fil-proposta tagħha għal Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (26), il-Kummissjoni ma tindirizzax l-isfidi ta’ applikazzjonijiet b’riskju għoli fuq il-post tax-xogħol. Il-KESE jirrakkomanda li l-valutazzjonijiet tal-konformità ta’ partijiet terzi jsiru obbligatorji għall-IA kollha b’riskju għoli (27). Sistemi li jivvalutaw l-imġiba, il-ħin tax-xogħol u l-prestazzjoni tal-ħaddiema jew dawk li jagħrfu l-emozzjonijiet tagħhom, meta jikkwalifikaw bħala intelliġenza artifiċjali b’riskju għoli, għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-konformità minn parti terza. |
3.4. Trasformazzjonijiet, tranżizzjonijiet u “mard ġdid”
3.4.1. |
Qed naraw bidla minn żieda fil-korrimenti fuq il-post tax-xogħol għal żieda fil-mard relatat max-xogħol. Bejn l-2000 u l-2016, l-imwiet minn mard tal-qalb u puplesiji assoċjati ma’ esponiment għal sigħat twal ta’ xogħol żdiedu b’41 % u 19 % rispettivament madwar id-dinja (28). Il-mard psikiku marbut max-xogħol qed jiżdied ukoll, bħal disturbi dipressivi. 17 sa 35 % tal-każi ta’ dipressjoni jistgħu jiġu attribwiti għax-xogħol (29), li jindika xejra dejjem tiżdied fir-riskji psikosoċjali u l-impatt tagħhom fuq is-saħħa tal-ħaddiema. |
3.4.2. |
Din il-bidla fil-problemi relatati max-xogħol toħroġ fid-dieher ukoll fil-fatturi ta’ riskju fiżiku. L-inċidenti tax-xogħol qed jonqsu xi ftit (30), filwaqt li d-disturbi muskoloskeletali jibqgħu l-kawża ewlenija ta’ inkapaċità għax-xogħol madwar id-dinja (31). L-aħħar Stħarriġ Ewropew ta’ Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER) juri li movimenti ripetittivi tal-idejn u tad-driegħ u ż-żamma fit-tul f’pożizzjoni bilqiegħda huma ż-żewġ fatturi ta’ riskju li l-ħaddiema huma l-aktar esposti għalihom (32). Għalhekk, m’għadux daqstant l-esponiment iżolat għal sitwazzjonijiet perikolużi ħafna li jhedded is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol iżda pjuttost esponiment fit-tul għal fatturi ta’ riskju ta’ livell iżjed baxx. |
4. Opportunitajiet biex tittejjeb l-effiċjenza tad-djalogu soċjali u jittaffew ir-riskji tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
4.1. |
Il-pandemija hija opportunità biex jinħolqu kapaċitajiet kollettivi ġodda fl-indirizzar ta’ kriżijiet tas-saħħa, ekoloġiċi u demografiċi. L-imsieħba soċjali jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jantiċipaw il-bidliet, jantiċipaw il-ħtiġijiet ġodda ta’ taħriġ, jadattaw għal ambjenti ġodda, jidentifikaw riskji emerġenti (33), u jħejju għat-trasformazzjoni tal-proċessi ta’ produzzjoni. |
4.2. |
Huwa importanti li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-ftehimiet li ntlaħqu permezz tad-djalogu soċjali. Il-KESE jtenni l-appoġġ tiegħu (34) għar-rakkomandazzjoni tal-ILO (35) ta’ spettur tax-xogħol wieħed għal 10 000 ħaddiem u jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rwol tar-rappreżentanti tat-trade unions fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Fil-livelli kollha, l-imsieħba soċjali għandhom ikunu involuti biżżejjed fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-miżuri preventivi, f’konformità mad-Direttiva Qafas. |
4.3. |
L-użu mifrux tat-telexogħol jitlob li l-metodi ta’ ħidma tal-ispettorati tax-xogħol jiġu estiżi. Bħal fi Spanja (36), l-ispetturi jridu jkunu jistgħu jivverifikaw il-kundizzjonijiet li fihom isir it-telexogħol, fuq talba tal-impjegati u waqt li tiġi rispettata l-ħajja privata tagħhom. Dan jinkludi l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ lmenti dwar in-nuqqas ta’ tagħmir meħtieġ, in-nuqqas ta’ konformità mad-dritt ta’ skonnessjoni, eċċ. |
4.4. |
Il-KESE jirrakkomanda analiżi li tħares ’il quddiem tal-impatt tad-diġitalizzazzjoni fuq ix-xogħol fl-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tat-titjib tal-ħiliet, l-organizzazzjoni tax-xogħol, ir-riskji okkupazzjonali u l-mezzi biex dawn jiġu evitati. |
4.5. |
Iż-żieda fl-ispiża tal-mard relatat max-xogħol bħall-mard tal-qalb u l-burnout jeħtieġ li tiġi monitorjata bir-reqqa sabiex jiġu identifikati l-miżuri rilevanti fil-livell adatt relatati mal-Viżjoni Żero (imwiet). |
4.6. |
L-arranġamenti attwali ma jippermettux valutazzjoni rigoruża tal-impatt tal-ftehimiet qafas awtonomi. Id-data disponibbli hija irregolari u l-protokolli ma jippermettux li tiġi stabbilita l-kawżalità. Huwa meħtieġ li jsir investiment fl-iżvilupp ta’ indikaturi speċifiċi għal kull ftehim u f’mekkaniżmu lonġitudinali biex tiġi stabbilita l-kawżalità filwaqt li tiġi rispettata bis-sħiħ l-awtonomija tal-imsieħba soċjali fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet qafas. |
4.7. |
Dawn l-indikaturi speċifiċi se jkunu supplimentati b’indikaturi usa’ li jippermettu l-monitoraġġ tal-progress li sar dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Dan jista’ jiġi devolut għall-istħarriġiet ESENER, li l-KESE jirrakkomanda li għandhom isiru b’mod aktar regolari u jkopru l-isfidi relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol b’mod aktar sistematiku. Dan se jagħmilha possibbli li tiġi vvalutata l-kopertura tal-inizjattivi implimentati u li jiġu proposti miżuri ġodda jekk ikun meħtieġ. |
4.8. |
Ir-rwol superviżorju tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (37), permezz tal-Kumitat ta’ Spetturi Anzjani fuq ix-Xogħol, jista’ jiġi eżerċitat permezz ta’ opportunitajiet u rakkomandazzjonijiet għall-iskambju tal-aħjar prattika u l-appoġġ għall-bini tal-kapaċità dwar l-infurzar tal-leġiżlazzjoni u dwar l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet tad-djalogu soċjali li ma jinbidlux f’direttivi. |
4.9. |
Approċċ ikkoordinat kif imiss bejn id-djalogu soċjali Ewropew u nazzjonali jeħtieġ li l-imsieħba soċjali fl-Istati Membri kollha jiġu involuti aktar. Jistgħu jiġu mmobilizzati fondi biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-imsieħba soċjali fejn dawn ikunu dgħajfa. |
4.10. |
Il-KESE jinkoraġġixxi kwalunkwe inizjattiva biex jiġu assistiti l-SMEs fl-approċċ ta’ prevenzjoni tagħhom. Eżempji hawnhekk jinkludu l-istandard ISO 45003 (38) reċenti dwar ir-riskji psikosoċjali, u l-proġett OiRA (Online interactive Risk Assessment), fornut regolarment b’moduli ġodda kif ukoll il-Portal “Healthy Workplaces” li jiġbor f’post wieħed ir-riżorsi disponibbli għall-impjegaturi. Fi Franza, l-OiRA ntuża 61 000 darba (39) minn 42 000 utent, jew nofs l-utenti tal-pjattaforma. Il-KESE jenfasizza l-valur li dawn l-għodod lesti għall-użu għandhom għall-intrapriżi li m’għandhomx ir-riżorsi meħtieġa internament, u jfakkar li l-valutazzjoni tar-riskju hija pilastru essenzjali tal-prevenzjoni. |
4.11. |
L-approċċ “Viżjoni Żero” għandu jkun aktar proattiv billi jiffoka fuq l-eliminazzjoni tar-riskji, skont id-Direttiva Qafas. Kwalunkwe politika dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għandha tirrispetta l-prinċipju tal-prevenzjoni, żviluppat u implimentat permezz tad-djalogu soċjali, u appoġġjati minn regoli b’saħħithom. |
4.12. |
Fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kanċer relatat max-xogħol, il-KESE jappella għal pożizzjoni aktar ambizzjuża li tkopri l-50 karċinoġenu prijoritarju. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/37/KE għandu jiġi estiż ukoll għas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni u għall-prodotti mediċinali perikolużi (40). Barra minn hekk, l-istress kroniku jżid ir-riskju li jiġi żviluppat kanċer (41), u x-xogħol bix-xift billejl jista’ jikkawża l-kanċer tas-sider, tal-prostata u dak kolorettali (42). Għandu jiġi adottat approċċ ibbażat fuq ir-riskju, mhux metodoloġija li tqis il-protezzjoni tal-ħaddiema bħala spiża. |
4.13. |
Id-disturbi muskoloskeletali jibqgħu problema prinċipali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fl-UE. Fil-livell tal-intrapriża, il-kwalità tad-djalogu soċjali u l-funzjonament tajjeb tal-kumitat tas-saħħa u s-sigurtà, fejn dawn jeżistu, jiggarantixxu l-effettività tal-prevenzjoni. Id-djalogu soċjali fil-livell settorjali jista’ wkoll jipprovdi appoġġ, permezz ta’ linji gwida speċifiċi, sensibilizzazzjoni u skambju ta’ esperjenzi, u t-tixrid ta’ prattiki tajbin. Fil-livell Ewropew, l-iżvilupp ta’ politika komprensiva, sostenibbli u integrata jeħtieġ ir-riattivazzjoni tal-abbozz ta’ direttiva dwar id-disturbi muskoloskeletali. |
4.14. |
L-implimentazzjoni mhux kompluta tal-ftehim qafas awtonomu tal-2004 dwar l-istress relatat max-xogħol tenfasizza l-ħtieġa ta’ leġiżlazzjoni Ewropea dwar ir-riskji psikosoċjali. Il-KESE jfakkar li approċċ ta’ prevenzjoni effettiv jinvolvi t-teħid ta’ azzjoni fuq il-fatturi kawżali – jiġifieri l-organizzazzjoni tax-xogħol. Approċċ li jikkonsisti f’intervent fuq is-saħħa mentali tal-individwu ma jkunx jista’ jwaqqaf l-istress fuq il-post tax-xogħol. |
4.15. |
Il-KESE jenfasizza li huma meħtieġa kemm qafas regolatorju b’saħħtu kif ukoll djalogu soċjali li jħalli l-frott. Id-direttivi jistabbilixxu l-linji gwida ġenerali dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, filwaqt li l-livelli differenti ta’ djalogu soċjali jippermettu l-aġġustamenti meħtieġa għaċ-ċirkostanzi speċifiċi settorjali u nazzjonali. |
4.16. |
Il-KESE jiddispjaċih li dawk li jaħdmu għal rashom ġew esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-qafas strateġiku. Xi ħaddiema tal-pjattaforma, magħrufa bħala “persuni li jaħdmu għal rashom”, huma fil-fatt soġġetti għal rabtiet ta’ subordinazzjoni mal-pjattaformi permezz tal-ġestjoni algoritmika. Il-pandemija enfasizzat il-vulnerabbiltà ta’ dawn il-ħaddiema u n-nuqqasijiet tal-pjattaformi f’termini ta’ prevenzjoni. Mhuwiex mixtieq li dawn il-ħaddiema jkomplu jkunu esposti għal riskji mhux ikkontrollati, bħala riżultat tal-esklużjoni tagħhom mill-qafas strateġiku. |
4.17. |
Il-KESE jenfasizza l-eżistenza ta’ relazzjonijiet asimmetriċi bejn il-pjattaformi u dawn il-ħaddiema, u jfakkar li l-libertà ta’ assoċjazzjoni u d-dritt għal negozjar kollettiv huma drittijiet fundamentali. Huwa essenzjali li jiġu żgurati organizzazzjoni u rappreżentanza adegwati sabiex jiġu ffaċilitati d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv. Barra minn hekk, id-drittijiet tal-protezzjoni soċjali għandhom jiġu estiżi għal ħaddiema bħal dawn. |
4.18. |
Huwa daqstant ieħor importanti li tingħata attenzjoni lill-ħaddiema b’diżabilità u dawk b’mard kroniku. L-impjieg jippermetti l-aċċess għal akkomodazzjoni deċenti, ħajja soċjali u kulturali sodisfaċenti u integrazzjoni fis-soċjetà. Biex jintlaħqu l-objettivi ta’ inklużjoni tal-UE, jeħtieġ li jitnaqqsu d-disparitajiet bejn l-Istati Membri u li jiġu standardizzati l-politiki dwar l-impjegabbiltà u l-inklużjoni ekonomika, soċjali u kulturali. |
4.19. |
Il-prevenzjoni tal-esklużjoni professjonali għandha tkun koperta mid-djalogu soċjali u għandha tkun parti mir-ritorn għall-impjieg (adattament tal-post tax-xogħol, ritorn għax-xogħol part-time, eċċ.). Huma rakkomandati miżuri biex biex ikun hemm aktar għarfien dwar is-sitwazzjoni tal-ħaddiema b’diżabilità u l-ħaddiema li potenzjalment jinsabu f’riskju ta’ esklużjoni minħabba nuqqas ta’ idoneità. |
4.20. |
Ir-rikonoxximent tad-diversità, inklużi d-differenzi bejn il-ġeneri, fil-forza tax-xogħol huwa vitali biex jiġu żgurati s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema kemm irġiel u kemm nisa. Filwaqt li sar xi progress f’dan il-qasam, il-KESE jemmen li jista’ u għandu jsir aktar. Id-differenzi bejn il-ġeneri għandhom jiġu kkunsidrati fl-iżvilupp ta’ politiki tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u strateġiji ta’ prevenzjoni. Il-KESE jappella għal approċċ sensittiv għall-ġeneru fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol biex il-ġeneru jiġi integrat fl-oqsma kollha tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Sabiex jinkisbu l-benefiċċji tad-djalogu soċjali, il-KESE jenfasizza l-importanza li n-nisa jipparteċipaw b’mod ugwali fid-djalogu soċjali. |
4.21. |
L-aċċess għat-teknoloġija tal-informazzjoni għandu jsir aktar faċli għall-ħaddiema żgħażagħ. It-tagħlim tul il-ħajja qed isir is-sors ewlieni tas-sigurtà tal-impjiegi fl-era diġitali. Huwa importanti wkoll li jiġu inklużi ħaddiema akbar fl-età billi jiġu promossi opportunitajiet ta’ tagħlim u protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età. |
4.22. |
Il-benefiċċji tat-telexogħol jiddependu minn kif jiġi organizzat mill-impjegatur. L-użu tat-telexogħol għandu jkun regolat min-negozjar kollettiv sabiex jiġu evitati d-diffikultajiet identifikati f’diversi stħarriġiet (43). Il-Ftehim Qafas Ewropew iffirmat fl-2002 ma jweġibx għal dawn l-isfidi l-ġodda. Il-KESE jirrakkomanda li jitfasslu linji gwida ġodda, b’enfasi partikolari fuq il-prevenzjoni tar-riskji psikosoċjali u d-disturbi muskoloskeletali. |
4.23. |
Jeħtieġ li jiġu enfasizzati r-rabtiet li jeżistu bejn is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u l-profittabbiltà tal-intrapriżi. Id-djalogu soċjali, minħabba l-effett tiegħu fuq il-kundizzjonijiet u ż-żamma tax-xogħol, jippermetti li jiġu evitati l-ispejjeż relatati mal-inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mal-mard relatat max-xogħol. Dan huwa investiment fejn il-benefiċċji jegħlbu l-ispejjeż involuti (44). |
4.24. |
Jeħtieġ li tiġi żviluppata kultura ta’ prevenzjoni, permezz tat-taħriġ tad-diversi atturi tad-djalogu soċjali, l-għarfien tar-riskji emerġenti, u t-tisħiħ u t-tixrid tar-riżorsi disponibbli. Il-KESE jitlob il-mobilizzazzjoni ta’ fondi mill-pjan ta’ rkupru għal dan il-għan. |
Brussell, l-20 ta’ Jannar 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) ĠU C 105, 4.3.2022, p. 114.
(2) https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC7466429/
(3) https://www.cancer-environnement.fr/597-Vol-124--Cancerogenicite-du-travail-de-nuit-poste.ce.aspx
(4) Kummissjoni Ewropea (2021), Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (L-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) u li jemenda ċerti atti leġiżlattivi tal-Unjoni, COM(2021) 206 final
(5) Id-djalogu soċjali Ewropew jinkludi diskussjonijiet, konsultazzjonijiet, negozjati u azzjonijiet konġunti meħuda mill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-imsieħba soċjali (l-impjegaturi u l-impjegati). Issir distinzjoni bejn djalogu tripartitiku mal-awtoritajiet pubbliċi u djalogu bipartitiku bejn it-trade unions u l-impjegaturi Ewropej.
(6) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52021DC0323&qid=1626089672913#PP1Contents
(7) https://www.eurofound.europa.eu/publications/report/2021/right-to-disconnect-exploring-company-practices
(8) https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=521&langId=en&agreementId=1106
(9) https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=521&langId=en&agreementId=5000
(10) https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=521&langId=en&agreementId=1202
(11) https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=521&langId=en&agreementId=5460
(12) https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=521&langId=en&agreementId=1348
(13) https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=521&langId=en&agreementId=5595
(14) https://osha.europa.eu/en/themes/good-osh-is-good-for-business
(15) https://visualisation.osha.europa.eu/osh-costs#!/.
(16) Ara ĠU C 429, 11.12.2020, p. 172, punt 2.3.
(17) Parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali fit-tfassil tal-politika matul il-pandemija tal-COVID-19, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (l-Eurofound) (2021), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.
(18) ĠU C 10, 11.1.2021, p. 14.
(19) BĊE (2021), Climate change and monetary policy in the euro area (It-tibdil fil-klima u l-politika monetarja fiż-żona tal-euro), Occasional Paper Series, Nru 271/Settembru 2021.
(20) Bérastégui P. (2021), Exposure to Psychosocial Risk Factors in the Gig Economy: A Systematic Review. ETUI Research Report 2021.01.
(21) Littler Mendelson (2020), Littler European Employer COVID-19 Survey Report
(22) Eurofound (2020), Living, working and COVID-19 (L-għajxien, ix-xogħol u l-COVID-19), COVID-19 series, L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu (mhux disponibbli bil-Malti).
(23) https://www.mckinsey.com/featured-insights/future-of-work/the-future-of-work-in-europe
(24) Bérastégui P. (2021), Exposure to Psychosocial Risk Factors in the Gig Economy: A Systematic Review.Rapport ta’ Riċerka tal-ETUI 2021.01
(25) APPG (2021), The new frontier: Artificial Intelligence at work.
(26) Kummissjoni Ewropea (2021), Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) (COM(2021) 206 final).
(27) ĠU C 517, 22.12.2021, p. 61, punt 1.10.
(28) ILO (2021) WHO/ILO Joint Estimates of the Work-related Burden of Disease and Injury, 2000–2016.
(29) Niedhammer et al. (2021). Update of the fractions of cardiovascular diseases and mental disorders attributable to psychosocial work factors in Europe. Int Arch Occup Environ Health.
(30) https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/-/ddn-20211012-2.
(31) Cieza et al. (2020). Global estimates of the need for rehabilitation based on the Global Burden of Disease study 2019: a systematic analysis for the Global Burden of Disease Study 2019. The Lancet, 396: 10267.
(32) EU-OSHA (2020) European Survey of Enterprises on New and Emerging Risks (ESENER 2019) — background briefing.
(33) https://osha.europa.eu/en/emerging-risks.
(34) ĠU C 105, 4.3.2022, p. 114.
(35) https://www.ilo.org/public/english/standards/relm/gb/docs/gb297/pdf/esp-3.pdf
(36) https://ec.europa.eu/social/ajax/BlobServlet?docId=23324&langId=en
(37) L-għan tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol huwa li tappoġġja l-konformità u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri fl-infurzar tal-atti legali tal-UE fl-oqsma tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali.
(38) https://www.iso.org/standard/64283.html
(39) https://oiraproject.eu/en/news/road-transport-france-now-safer-oira
(40) Sustanza kimika li tista’ tfixkel il-fertilità tar-raġel jew tal-mara jew tfixkel l-iżvilupp tat-tarbija fil-ġuf.
(41) https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC7466429/
(42) https://www.cancer-environnement.fr/597-Vol-124--Cancerogenicite-du-travail-de-nuit-poste.ce.aspx
(43) https://www.eurofound.europa.eu/data/covid-19/working-teleworking
(44) https://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/---ed_protect/---protrav/---travail/documents/publication/wcms_571914.pdf
ANNESS
L-emendi li ġejjin inċaħdu waqt id-diskussjoni iżda rċevew tal-inqas kwart tal-voti mixħuta (Artikolu 59(3) tar-Regoli ta’ Proċedura):
EMENDA 2
Imressqa minn:
ANGELOVA Milena
GAVRILOVS Vitālijs
KONTKANEN Mira-Maria
PILAWSKI Lech
VADÁSZ Borbála
SOC/703 — Id-djalogu soċjali bħala għodda għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Punt 3.2.1.3.
Ibdel it-test kif ġej:
Opinjoni tas-Sezzjoni |
Emenda |
Għalkemm il-kuntratt għal żmien indefinit jibqa’ l-istandard ta’ referenza, qed naraw żieda fl-hekk imsejħa forom ta’ impjieg “flessibbli” jew “mhux standard”, bħal xogħol fuq talba u xogħol fuq pjattaforma. Minħabba li ftit li xejn għandhom influwenza fuq il-mod kif jaħdmu, dawn il-ħaddiema jħabbtu wiċċhom aktar spiss ma’ kondizzjonijiet tax-xogħol ħżiena (qagħdiet skomdi, pass eċċessiv, pressjoni għolja fuq ix-xogħol, u nuqqas ta’ awtonomija u varjetà ta’ kompiti) (1). |
Għalkemm il-kuntratt għal żmien indefinit jibqa’ l-istandard ta’ referenza, qed naraw żieda fl-hekk imsejħa forom ta’ impjieg “flessibbli” jew “mhux standard”, bħal xogħol fuq talba u xogħol fuq pjattaforma. It-telexogħol iġib miegħu xi riskji, bħal sfidi possibbli relatati ma’: il-ħaddiem isir inviżibbli fil-komunità tax- xogħol ; in-nuqqas ta’ strutturi ta’ appoġġ formali u informali, kuntatti personali ma’ kollegi u aċċess għal opportunitajiet ta’ informazzjoni, promozzjoni u taħriġ; id-deterjorament possibbli tal-inugwaljanzi bejn is-ġeneri u ż-żieda fir-riskju ta’ vjolenza u fastidju (1) , li għandhom jiġu ġestiti aktar biex jipprovdu s-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali għall-ħaddiema f’forom ta’ impjieg bħal dawn . |
Raġuni
Aħna nipproponu li titħassar parti minn din l-istqarrija ġenerali ħafna u li jintuża t-test mill-Opinjoni SOC/662 (1) kunsenswali li tgħid, fost l-oħrajn, li t-telexogħol iġib miegħu xi riskji, bħal sfidi possibbli relatati ma’ dan li ġej: il-ħaddiem isir inviżibbli fil-komunità tax-xogħol; nuqqas ta’ strutturi ta’ appoġġ formali u informali, kuntatti personali ma’ kollegi u aċċess għal opportunitajiet ta’ informazzjoni, promozzjoni u taħriġ; id-deterjorament possibbli tal-inugwaljanzi bejn il-ġeneri u ż-żieda fir-riskju ta’ vjolenza u fastidju.
Ta’ min ifakkar ukoll li, pereżempju, persuni f’xogħol flessibbli jew fuq pjattaforma diġitali spiss ikollhom aktar libertà biex jiddefinixxu s-sigħat maħduma. Jekk ix-xogħol jiġix ikkummissjonat permezz ta’ pjattaforma ftit li xejn għandu x’jaqsam mal-ergonomija tax-xogħol eċċ. Tibqa’ l-istess prestazzjoni tax-xogħol bħalma kienet tkun anke mingħajr il-pjattaforma (pereżempju uber vs xufier tat-taxi). Barra minn hekk, l-argument tal-pass eċċessiv tax-xogħol mhuwiex validu peress li fir-realtà s-sitwazzjoni tista’ tkun pjuttost il-kuntrarju.
Barra minn hekk, ma hemm l-ebda kawżalità bejn li wieħed ikollu kuntratt flessibbli jew mhux standard u kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena.
Riżultat tal-votazzjoni:
Favur: |
101 |
Kontra: |
133 |
Astensjonijiet: |
21 |
EMENDA 3
Imressqa minn:
ANGELOVA Milena
GAVRILOVS Vitālijs
KONTKANEN Mira-Maria
PILAWSKI Lech
VADÁSZ Borbála
SOC/703 — Id-djalogu soċjali bħala għodda għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Punt 3.2.1.4.
Ibdel it-test kif ġej:
Opinjoni tas-Sezzjoni |
Emenda |
Dawn it-tranżizzjonijiet jissarrfu f’bidla fir-riskji okkupazzjonali. L-ewwel nett lejn il-marġini tal- pagi, permezz tal-iżvilupp ikkombinat ta’ sottokuntrattar u kuntratti prekarji , inqas protettivi fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Imbagħad lejn vulnerabbiltajiet ġodda marbuta mal-kondizzjonijiet tax-xogħol, permezz tal-ibridizzazzjoni ta’ forom flessibbli ta’ organizzazzjoni u forom imġedda ta’ prattiki qodma tat-tip Taylor. U fl-aħħar nett, lejn mard ġdid relatat max-xogħol, rifless fiż-żieda endemika fl-istress okkupazzjonali u patoloġiji assoċjati. |
Dawn it-tranżizzjonijiet jistgħu jissarrfu f’bidla fir-riskji okkupazzjonali. Dawk ir-riskji potenzjali jistgħu jiġu indirizzati billi tingħata attenzjoni speċjali fil-proċess tad-djalogu soċjali dwar: L-ewwel nett il-marġini tal- forza tax-xogħol f’każ ta’ sottokuntrattar u kuntratti inċerti , li jistgħu jkunu inqas protettivi fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Imbagħad lejn vulnerabbiltajiet ġodda marbuta mal-kondizzjonijiet tax-xogħol, permezz tal-ibridizzazzjoni ta’ forom flessibbli ta’ organizzazzjoni u forom imġedda ta’ prattiki qodma tat-tip Taylor. U fl-aħħar nett, lejn mard ġdid relatat max-xogħol, rifless fiż-żieda endemika fl-istress okkupazzjonali u patoloġiji assoċjati. |
Raġuni
B’din il-bidla qed nirrikonoxxu li l-bidla fil-forom tax-xogħol teħtieġ aktar attenzjoni permezz tad-djalogu soċjali fil-livell xieraq fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol it-tnejn li huma. Barra minn hekk, għalkemm jista’ jkun hemm xi vulnerabbiltajiet ġodda marbuta mal-kundizzjonijiet tax-xogħol fil-forom il-ġodda ta’ xogħol, huwa importanti li wieħed jifhem li mhux il-forom kollha ta’ impjieg mhux standard, bħas-sottokuntrattar, awtomatikament huma inqas protettivi f’termini ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u jista’ jkollhom ukoll l-istess livell ta’ protezzjoni tas-saħħa u ta’ sigurtà fuq il-post tax-xogħol daqs forma standard ta’ impjieg.
Riżultat tal-votazzjoni:
Favur: |
98 |
Kontra: |
147 |
Astensjonijiet: |
17 |
EMENDA 4
Imressqa minn:
ANGELOVA Milena
GAVRILOVS Vitālijs
KONTKANEN Mira-Maria
PILAWSKI Lech
VADÁSZ Borbála
SOC/703 — Id-djalogu soċjali bħala għodda għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Punt 4.2.
Ibdel it-test kif ġej:
Opinjoni tas-Sezzjoni |
Emenda |
Huwa importanti li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-ftehimiet prodotti mid-djalogu soċjali. Il-KESE jtenni l-appoġġ tiegħu (1) għar- rakkomandazzjoni tal-ILO (2) ta’ spettur tax-xogħol wieħed għal 10 000 ħaddiem u jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rwol tar-rappreżentanti tat-trade unions fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Fil-livelli kollha, l-imsieħba soċjali għandhom ikunu involuti biżżejjed fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-miżuri preventivi, f’konformità mad-direttiva qafas. |
Huwa importanti li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-ftehimiet prodotti mid-djalogu soċjali. Il-KESE jinnota r- rakkomandazzjoni tal-ILO (1) ta’ spettur tax-xogħol wieħed għal 10 000 ħaddiem u jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rwol tal-imsieħba soċjali fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Fil-livelli kollha, l-imsieħba soċjali għandhom ikunu involuti biżżejjed fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-miżuri preventivi, f’konformità mad-direttiva qafas. |
Raġuni
Nipproponu li tintuża “jinnota” minflok “appoġġ”. Barra minn hekk, fit-tieni frażi huwa korrett li wieħed jitkellem dwar l-imsieħba soċjali b’mod ġenerali.
Riżultat tal-votazzjoni:
Favur: |
103 |
Kontra: |
150 |
Astensjonijiet: |
15 |
EMENDA 5
Imressqa minn:
ANGELOVA Milena
GAVRILOVS Vitālijs
KONTKANEN Mira-Maria
PILAWSKI Lech
VADÁSZ Borbála
SOC/703 — Id-djalogu soċjali bħala għodda għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Punt 4.3.
Ibdel it-test kif ġej:
Opinjoni tas-Sezzjoni |
Emenda |
-użu mifrux tat-telexogħol jitlob li l-metodi ta’ ħidma tal-ispettorat tax-xogħol jiġu estiżi. Bħal fi Spanja (1), l-ispetturi jridu jkunu jistgħu jivverifikaw il-kundizzjonijiet li fihom isir it-telexogħol, fuq talba tal-impjegat u waqt li tiġi rispettata l-ħajja privata tiegħu. Dan jinkludi l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ lmenti dwar in-nuqqas ta’ tagħmir meħtieġ, in-nuqqas ta’ konformità mad-dritt ta’ skonnessjoni, eċċ. |
Minħabba l -użu mifrux tat-telexogħol xi Stati Membri raw il-ħtieġa li l-metodi ta’ ħidma tal-ispettorat tax-xogħol jiġu estiżi. Bħal fi Spanja (1), l-ispetturi jistgħu jivverifikaw il-kundizzjonijiet li fihom isir it-telexogħol, fuq talba tal-impjegat u waqt li tiġi rispettata l-ħajja privata tiegħu. Dan jinkludi l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ lmenti dwar in-nuqqas ta’ tagħmir meħtieġ, in-nuqqas ta’ konformità mad-dritt ta’ skonnessjoni, eċċ. L-impjegaturi għandhom ikunu meħtieġa jiżguraw id-disponibbiltà tat-tagħmir tat-telexogħol biss meta l-impjegat ikun obbligat li jaħdem mid-dar. |
Raġuni
Filwaqt li naqblu li niddeskrivu sistema ta’ Stat Membru wieħed partikolari (Spanja) bħala eżempju, mhuwiex ġustifikat li nipproponu li dik is-sistema tiġi introdotta f’pajjiżi oħra wkoll, minħabba l-fatt li l-organizzazzjoni u l-modalitajiet tal-ispezzjoni tax-xogħol huma kwistjoni għall-Istati Membri.
Jekk min iħaddem diġà joffri post tax-xogħol wieħed (normalment uffiċċju) fejn l-impjegat għandu t-tagħmir kollu meħtieġ, m’għandux ikun hemm obbligu li dan it-tagħmir jiġi dduplikat id-dar ukoll jekk min iħaddem ma jkunx jeħtieġ lill-impjegat biex jaħdem mid-dar. B’mod speċjali għal kumpaniji żgħar, id-duplikazzjoni tat-tagħmir tax-xogħol tista’ tkun piż kbir fuq l-ispejjeż.
Riżultat tal-votazzjoni:
Favur: |
107 |
Kontra: |
149 |
Astensjonijiet: |
16 |
EMENDA 7
Imressqa minn:
ANGELOVA Milena
GAVRILOVS Vitālijs
KONTKANEN Mira-Maria
PILAWSKI Lech
VADÁSZ Borbála
SOC/703 — Id-djalogu soċjali bħala għodda għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Punt 4.12.
Ibdel it-test kif ġej:
Opinjoni tas-Sezzjoni |
Emenda |
Fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kanċer relatat max-xogħol, il-KESE jappella għal pożizzjoni aktar ambizzjuża li tkopri l-50 karċinoġenu prijoritarji . Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/37/KE għandu jiġi estiż ukoll għas-sustanzi reprotossiċi u għall-prodotti mediċinali perikolużi (1) . Barra minn hekk, l-istress kroniku jżid ir-riskju li jiġi żviluppat kanċer (2) , u x-xogħol bix-xift billejl jikkawża l-kanċer tas-sider, tal-prostata u dak kolorettali (3) . Għandu jiġi adottat approċċ ibbażat fuq ir-riskju, mhux metodoloġija li tqis il-protezzjoni tal-ħaddiema bħala spiża. |
Fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kanċer relatat max-xogħol, il-KESE jilqa’ l-ftehim proviżorju li ntlaħaq mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi tmiem l-2021 dwar protezzjoni aħjar tal-ħaddiema minn riskji b’rabta mal-esponiment għal sustanzi karċinoġeniċi u mutaġeniċi bl-aġġornament tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni . |
Raġuni
Ta’ min jinnota li, f’Diċembru 2021, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim proviżorju dwar protezzjoni mtejba tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esponiment għal sustanzi karċinoġeniċi u mutaġeniċi. Biex ittejjeb il-protezzjoni tal-ħaddiema kontra l-kanċer, fl-2020 il-Kummissjoni kienet ipproponiet li tkompli tillimita l-esponiment tagħhom għal sustanzi kimiċi li jikkawżaw il-kanċer. Din l-inizjattiva hija wkoll parti mill-impenn tal-Kummissjoni li tiġġieled kontra l-kanċer skont il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer. Il-Kummissjoni enfasizzat li skont dak il-ftehim biex tiġi aġġornata d-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni, madwar miljun ħaddiem se jibbenefikaw minn salvagwardji akbar minħabba l-iffissar tal-limiti tal-esponiment fuq il-post tax-xogħol għall-komposti tal-akrilonitril u tan-nikil u t-tnaqqis tal-limiti għall-benżen.
Riżultat tal-votazzjoni:
Favur: |
98 |
Kontra: |
156 |
Astensjonijiet: |
17 |
EMENDA 8
Imressqa minn:
ANGELOVA Milena
GAVRILOVS Vitālijs
KONTKANEN Mira-Maria
PILAWSKI Lech
VADÁSZ Borbála
SOC/703 — Id-djalogu soċjali bħala għodda għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Punt 4.13.
Ibdel it-test kif ġej:
Opinjoni tas-Sezzjoni |
Emenda |
Id-disturbi muskoloskeletali jibqgħu problema prinċipali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fl-UE. Fil-livell tal-intrapriża, il-kwalità tad-djalogu soċjali u l-funzjonament tajjeb tal-kumitat tas-saħħa u s-sigurtà, fejn dawn jeżistu, jiggarantixxu l-effettività tal-prevenzjoni. Id-djalogu soċjali fil-livell settorjali jista’ wkoll jipprovdi appoġġ, permezz ta’ linji gwida speċifiċi, ħolqien ta’ kuxjenza u skambju ta’ esperjenzi, u t-tixrid ta’ prattiki tajbin. Fil-livell Ewropew, l-iżvilupp ta’ politika komprensiva, sostenibbli u integrata jeħtieġ ir-riattivazzjoni tal-abbozz ta’ direttiva dwar id-disturbi muskoloskeletali . |
Id-disturbi muskoloskeletali jibqgħu problema prinċipali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fl-UE. Fil-livell tal-intrapriża, il-kwalità tad-djalogu soċjali u l-funzjonament tajjeb tal-kumitat tas-saħħa u s-sigurtà, fejn dawn jeżistu, jiggarantixxu effettività akbar tal-prevenzjoni. Id-djalogu soċjali fil-livell settorjali jista’ wkoll jipprovdi appoġġ, permezz ta’ linji gwida speċifiċi, ħolqien ta’ kuxjenza u skambju ta’ esperjenzi, u t-tixrid ta’ prattiki tajbin. Fil-livell Ewropew, l-iżvilupp ta’ politika komprensiva, sostenibbli u integrata jeħtieġ li jittieħdu miżuri kif indikat fil-Qafas strateġiku tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol 2021-2027 – Is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali għal dinja tax-xogħol li qed tinbidel, tal-Kummissjoni . |
Raġuni
L-istrateġija tal-Kummissjoni fost l-oħrajn tinkludi l-għan tal-Kummissjoni li tagħmel ir-riskji psikosoċjali u ergonomiċi parti mill-kampanja dwar postijiet tax-xogħol tajbin għas-saħħa.
Riżultat tal-votazzjoni:
Favur: |
95 |
Kontra: |
161 |
Astensjonijiet: |
16 |
EMENDA 9
Imressqa minn:
ANGELOVA Milena
GAVRILOVS Vitālijs
KONTKANEN Mira-Maria
PILAWSKI Lech
VADÁSZ Borbála
SOC/703 — Id-djalogu soċjali bħala għodda għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Punt 4.14.
Ibdel it-test kif ġej:
Opinjoni tas-Sezzjoni |
Emenda |
L- implimentazzjoni mhux kompluta tal-ftehim qafas awtonomu tal-2004 dwar l-istress relatat max-xogħol tenfasizza l-ħtieġa ta’ leġiżlazzjoni Ewropea dwar ir-riskji psikosoċjali . Il-KESE jfakkar li approċċ ta’ prevenzjoni effettiv jinvolvi t-teħid ta’ azzjoni fuq il-fatturi kawżali – jiġifieri l-organizzazzjoni tax-xogħol. Approċċ li jikkonsisti f’intervent fuq is-saħħa mentali tal-individwu ma jkunx jista’ jwaqqaf l-istress fuq il-post tax-xogħol. |
Il-KESE jappella għat-tisħiħ tar-rwol tal-imsieħba soċjali fis-sensibilizzazzjoni u l-miżuri ta’ prevenzjoni tar- riskji psikosoċjali . Jeħtieġ li r-riskji psikosoċjali jiġu indirizzati primarjament fil-livell tal-post tax-xogħol/tal-kumpanija, ma hemm l-ebda soluzzjoni waħda tajba għal kulħadd li taħdem tajjeb fil-kumpaniji jew l-Istati Membri kollha peress li l-problemi huma differenti wkoll. Skont ir-rapport ta’ implimentazzjoni mħejji mill-firmatarji tal-ftehim qafas , minkejja l-isfidi u l-ostakli differenti, l-implimentazzjoni tal-ftehim qafas Ewropew u r-rapporti nfushom jikkontribwixxu b’mod ċar valur miżjud importanti fil-qasam tal-istress relatat max-xogħol u l-iżvilupp tad-djalogu soċjali (1) . Il-KESE jfakkar li approċċ ta’ prevenzjoni effettiv jinvolvi t-teħid ta’ azzjoni fuq il-fatturi kawżali – jiġifieri l-organizzazzjoni tax-xogħol. Approċċ li jikkonsisti f’intervent fuq is-saħħa mentali tal-individwu ma jkunx jista’ jwaqqaf l-istress fuq il-post tax-xogħol . Ir-riskji psikosoċjali huma kwistjoni kumplessa b’fatturi tal-impatt differenti bħalma huma l-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-ġestjoni tal-ammont ta’ xogħol, ir-relazzjonijiet tax-xogħol iżda wkoll il-kapaċitajiet individwali. |
Raġuni
Hawnhekk, irridu rressqu l-approċċ iktar lejn it-tisħiħ tar-rwol tal-imsieħba soċjali fis-sensibilizzazzjoni u l-miżuri ta’ prevenzjoni tar-riskji psikosoċjali. Jeħtieġ li r-riskji psikosoċjali jiġu indirizzati primarjament fil-livell tal-post tax-xogħol/tal-kumpanija, ma hemm l-ebda soluzzjoni waħda tajba għal kulħadd li taħdem tajjeb fil-kumpaniji jew l-Istati Membri kollha peress li l-problemi huma differenti wkoll.
Aħna ma naqblux mal-ħtieġa għal leġiżlazzjoni iżda naqblu mal-approċċ tal-Kummissjoni li tħejji, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-imsieħba soċjali, inizjattiva mhux leġiżlattiva fil-livell tal-UE relatata mas-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol li tivvaluta kwistjonijiet emerġenti relatati mas-saħħa mentali tal-ħaddiema.
Fl-aħħar nett, hemm rapport ta’ implimentazzjoni mħejji mill-firmatarji tal-ftehim qafas awtonomu dwar l-istress relatat max-xogħol https://www.businesseurope.eu/sites/buseur/files/media/imported/2008-02495-E.pdf, li jgħid fost l-oħrajn li minkejja l-isfidi u l-ostakli differenti, l-implimentazzjoni tal-ftehim qafas Ewropew u r-rapporti nfushom jikkontribwixxu b’mod ċar valur miżjud importanti fil-qasam tal-istress relatat max-xogħol u l-iżvilupp tad-djalogu soċjali.
Riżultat tal-votazzjoni:
Favur: |
97 |
Kontra: |
159 |
Astensjonijiet: |
14 |
EMENDA 10
Imressqa minn:
ANGELOVA Milena
GAVRILOVS Vitālijs
KONTKANEN Mira-Maria
PILAWSKI Lech
VADÁSZ Borbála
SOC/703 — Id-djalogu soċjali bħala għodda għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Punt 4.16.
Ibdel it-test kif ġej:
Opinjoni tas-Sezzjoni |
Emenda |
Il-KESE jiddispjaċih li dawk li jaħdmu għal rashom ġew esklużi mill- kamp ta’ applikazzjoni tal-qafas strateġiku. Xi ħaddiema tal-pjattaforma, magħrufa bħala “persuni li jaħdmu għal rashom”, huma fil-fatt soġġetti għal rabtiet ta’ subordinazzjoni mal-pjattaformi permezz tal-ġestjoni algoritmika . Il-pandemija enfasizzat il-vulnerabbiltà ta’ dawn il-ħaddiema u n-nuqqasijiet tal-pjattaformi f’termini ta’ prevenzjoni. Mhuwiex mixtieq li dawn il-ħaddiema jkomplu jkunu esposti għal riskji mhux ikkontrollati, bħala riżultat tal-esklużjoni tagħhom mill-qafas strateġiku . |
Il-KESE jinnota li dawk li jaħdmu għal rashom mhumiex fil- kamp ta’ applikazzjoni tal-qafas strateġiku. Il-KESE qabel irrakkomanda li jsir studju fi żmien utli li jinvolvi lill-Kummissjoni, lill-esperti u lill-imsieħba soċjali, biex tinstab l-aħjar soluzzjoni b’kunsiderazzjoni dovuta għall-prinċipju li dawk kollha li jaħdmu għal rashom għandu jkollhom ukoll ambjent tax-xogħol sikur u b’saħħtu. Barra minn hekk, il-KESE jinnota li r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2003 dwar it-titjib tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom (1) tirrakkomanda li l-Istati Membri jippromovu, fil-kuntest tal-politiki tagħhom dwar il-prevenzjoni tal-inċidenti u l-mard fuq il-post tax-xogħol, is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, filwaqt li jqisu r-riskji speċjali li jeżistu f’setturi speċifiċi u n-natura speċifika tar-relazzjoni bejn l-impriżi kontraenti u l-ħaddiema li jaħdmu għal rashom. |
Raġuni
Fid-9 ta’ Diċembru, il-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha dwar id-Direttiva dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali. Ser ikun hemm Opinjoni separata tal-KESE (SOC/709) imħejjija dwar dik il-proposta u għalhekk il-kwistjonijiet m’għandhomx jiġu indirizzati f’din l-Opinjoni.
It-test għandu jirreferi għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2003 dwar it-titjib tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ta’ persuni li jaħdmu għal rashom.
Riżultat tal-votazzjoni:
Favur: |
99 |
Kontra: |
162 |
Astensjonijiet: |
14 |
EMENDA 11
Imressqa minn:
ANGELOVA Milena
GAVRILOVS Vitālijs
KONTKANEN Mira-Maria
PILAWSKI Lech
VADÁSZ Borbála
SOC/703 — Id-djalogu soċjali bħala għodda għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Punt 4.17.
Ibdel it-test kif ġej:
Opinjoni tas-Sezzjoni |
Emenda |
Il-KESE jenfasizza l-eżistenza ta’ relazzjonijiet asimmetriċi bejn il-pjattaformi u dawn il-ħaddiema , u jfakkar li l-libertà ta’ assoċjazzjoni u d-dritt għal negozjar kollettiv huma drittijiet fundamentali. Huwa essenzjali li jiġu żgurati organizzazzjoni u rappreżentanza adegwati sabiex jiġu ffaċilitati d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv. Barra minn hekk, id-drittijiet tal-protezzjoni soċjali għandhom jiġu estiżi għal ħaddiema bħal dawn . |
Il-KESE jinnota li għandha tingħata attenzjoni speċjali biex tiġi salvagwardjata relazzjoni ġusta bejn il-pjattaformi u dawk li jwettqu x-xogħol permezz tal-pjattaformi , u jfakkar li l-libertà ta’ assoċjazzjoni u d-dritt għal negozjar kollettiv huma drittijiet fundamentali. Huwa essenzjali li jiġu żgurati organizzazzjoni u rappreżentanza adegwati sabiex jiġu ffaċilitati d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv. |
Raġuni
L-emenda tirrikonoxxi l-ħtieġa li tiġi salvagwardjata relazzjoni ġusta bejn il-pjattaformi u dawk li jużaw il-pjattaformi biex iwettqu prestazzjonijiet tax-xogħol, kemm bħala ħaddiema kif ukoll bħala intraprendituri/persuni li jaħdmu għal rashom. L-emenda tikkoreġi wkoll is-suppożizzjoni żbaljata li dawk kollha li jaħdmu permezz tal-pjattaformi huma ħaddiema peress li jistgħu jkunu wkoll ħaddiema li jaħdmu għal rashom jew intraprendituri.
Riżultat tal-votazzjoni:
Favur:97Kontra:157Astensjonijiet:15EMENDA 12
Imressqa minn:
ANGELOVA Milena
GAVRILOVS Vitālijs
KONTKANEN Mira-Maria
PILAWSKI Lech
VADÁSZ Borbála
SOC/703 — Id-djalogu soċjali bħala għodda għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Punt 4.22.
Ibdel it-test kif ġej:
Opinjoni tas-Sezzjoni |
Emenda |
Il-benefiċċji tat-telexogħol jiddependu fuq kif jiġi organizzat mill-impjegatur. L-użu tat-telexogħol għandu jkun regolat min-negozjar kollettiv sabiex jiġu evitati d-diffikultajiet identifikati f’diversi stħarriġiet (1). Il-Ftehim Qafas Ewropew iffirmat fl-2002 ma jweġibx għal dawn l-isfidi l-ġodda. Il-KESE jirrakkomanda li jitfasslu linji gwida ġodda, b’enfasi partikolari fuq il-prevenzjoni tar-riskji psikosoċjali u d-disturbi muskoloskeletali. |
Kif iddikjarat fil-ftehim qafas tal-2002, it-telexogħol huwa volontarju għall-ħaddiem u l-impjegatur ikkonċernat. It-telexogħol jista’ jkun meħtieġ bħala parti mid-deskrizzjoni inizjali tal-impjieg ta’ ħaddiem jew jista’ jkun involut fih bħala arranġament volontarju sussegwentement. Il-benefiċċji tat-telexogħol jiddependu , inter alia, fuq kif jiġi organizzat u jsir qbil dwaru mill-impjegatur u l-impjegat . L-użu tat-telexogħol jista’ jkun regolat min-negozjar kollettiv pereżempju sabiex jiġu evitati d-diffikultajiet identifikati f’diversi stħarriġiet (1). Il-Ftehim Qafas Ewropew iffirmat fl-2002 għadu validu biex jindirizza dawn l-isfidi l-ġodda. |
Raġuni
Il-Ftehim Qafas Ewropew tal-2002 għadu adatt biex jilqa’ għall-isfidi maħluqa mit-telexogħol.
Riżultat tal-votazzjoni:
Favur:96Kontra:157Astensjonijiet:20EMENDA 13
Imressqa minn:
ANGELOVA Milena
GAVRILOVS Vitālijs
KONTKANEN Mira-Maria
PILAWSKI Lech
VADÁSZ Borbála
SOC/703 — Id-djalogu soċjali bħala għodda għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Punt 1.4.
Ibdel it-test kif ġej:
Opinjoni tas-Sezzjoni |
Emenda |
Il-Ftehim Qafas Ewropew tal-2002 ma jweġibx għall- isfidi l-ġodda maħluqa mit-telexogħol. Il-KESE jirrakkomanda li jitfasslu linji gwida ġodda, b’attenzjoni partikolari għall-prevenzjoni tar-riskji psikosoċjali u disturbi muskoloskeletali. |
Il-Ftehim Qafas Ewropew tal-2002 , ikkomplementat mill-Ftehimiet Oqsfa tal-Imsieħba Soċjali tal-UE dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-2020, jipprovdi bażi soda biex jiġu indirizzati l- isfidi l-ġodda maħluqa mit-telexogħol. |
Raġuni
Il-Ftehim Qafas Ewropew tal-2002 għadu adatt biex jilqa’ għall-isfidi maħluqa mit-telexogħol.
Riżultat tal-votazzjoni:
Favur:93Kontra:155Astensjonijiet:17EMENDA 14
Imressqa minn:
ANGELOVA Milena
GAVRILOVS Vitālijs
KONTKANEN Mira-Maria
PILAWSKI Lech
VADÁSZ Borbála
SOC/703 — Id-djalogu soċjali bħala għodda għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Punt 1.10.
Ibdel it-test kif ġej:
Opinjoni tas-Sezzjoni |
Emenda |
Il-KESE jitlob li jiġi stabbilit mekkaniżmu li jista’ jivvaluta l-impatt tal-inizjattivi leġiżlattivi, il-ftehimiet kollettivi u l-pjani ta’ azzjoni Ewropej , u jtenni r-rakkomandazzjoni tiegħu (1) ta’ spettur tax-xogħol wieħed għal 10 000 ħaddiem . |
Il-KESE jitlob li jsiru aktar sforzi sabiex jiġi vvalutat l-impatt tal-inizjattivi leġiżlattivi, il-ftehimiet kollettivi u l-pjani ta’ azzjoni Ewropej. |
Raġuni
Diġà hemm sistemi għall-valutazzjonijiet tal-impatt. Barra minn hekk, il-ftehimiet qafas għandhom is-segwitu tal-implimentazzjoni tagħhom stess.
Kif iddikjarat il-KE, il-mard ikkaġunat mix-xogħol huwa kwistjoni marbuta mill-qrib mas-sigurtà soċjali, li hija kompetenza nazzjonali. Dwar l-ispettorati tax-xogħol: hemm ukoll l-aspett kwalitattiv u l-fatt li, fil-lingwaġġ tal-ILO, l-ispezzjoni tax-xogħol mhijiex biss is-saħħa u s-sikurezza iżda wkoll spezzjonijiet oħra tax-xogħol (soċjali, xogħol mhux iddikjarat, amministrazzjoni tax-xogħol, eċċ.).
Minn mindu faqqgħet il-pandemija u minħabba li l-għadd ta’ spezzjonijiet tax-xogħol fiżiċi naqas f’xi Stati Membri minħabba miżuri sanitarji, ġew introdotti għodod diġitali biex jiffaċilitaw it-twettiq tal-ispezzjonijiet virtwalment (jew mill-inqas xi partijiet tal-ispezzjoni jistgħu jsiru virtwalment). Dawn il-metodi ta’ ħidma ġodda jistgħu wkoll iżidu l-effiċjenza tal-ispezzjonijiet tax-xogħol. Huwa f’idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu kif jorganizzaw l-ispezzjonijiet tax-xogħol.
Riżultat tal-votazzjoni:
Favur:96Kontra:154Astensjonijiet:16EMENDA 15
Imressqa minn:
ANGELOVA Milena
GAVRILOVS Vitālijs
KONTKANEN Mira-Maria
PILAWSKI Lech
VADÁSZ Borbála
SOC/703 — Id-djalogu soċjali bħala għodda għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Punt 1.12.
Ibdel it-test kif ġej:
Opinjoni tas-Sezzjoni |
Emenda |
Fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kanċer relatat max-xogħol, il-KESE jappella għal pożizzjoni aktar ambizzjuża li tkopri l-50 karċinoġenu ta’ prijorità, is-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni, il-mediċini perikolużi, u li jiġu inklużi l-istress (1) u x-xogħol bix-xift (2) . |
Fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kanċer relatat max-xogħol, il-KESE jilqa’ l-ftehim proviżorju li ntlaħaq mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi tmiem l-2021 dwar protezzjoni aħjar tal-ħaddiema minn riskji b’rabta mal-esponiment għal sustanzi karċinoġeniċi u mutaġeniċi permezz tal-aġġornament tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni. |
Raġuni
Ta’ min jinnota li, f’Diċembru 2021, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim proviżorju dwar protezzjoni mtejba tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esponiment għal sustanzi karċinoġeniċi u mutaġeniċi. Biex ittejjeb il-protezzjoni tal-ħaddiema kontra l-kanċer, fl-2020 il-Kummissjoni kienet ipproponiet li tkompli tillimita l-esponiment tagħhom għal sustanzi kimiċi li jikkawżaw il-kanċer. Din l-inizjattiva hija wkoll parti mill-impenn tal-Kummissjoni li tiġġieled kontra l-kanċer skont il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer. Il-Kummissjoni enfasizzat li skont dak il-ftehim biex tiġi aġġornata d-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni, madwar miljun ħaddiem se jibbenefikaw minn salvagwardji akbar minħabba l-iffissar tal-limiti tal-esponiment fuq il-post tax-xogħol għall-komposti tal-akrilonitril u tan-nikil u t-tnaqqis tal-limiti għall-benżen.
Riżultat tal-votazzjoni:
Favur:98Kontra:156Astensjonijiet:17EMENDA 16
Imressqa minn:
ANGELOVA Milena
GAVRILOVS Vitālijs
KONTKANEN Mira-Maria
PILAWSKI Lech
VADÁSZ Borbála
SOC/703 — Id-djalogu soċjali bħala għodda għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Punt 1.13.
Ibdel it-test kif ġej:
Opinjoni tas-Sezzjoni |
Emenda |
Il-KESE jappella għal leġiżlazzjoni Ewropea dwar ir- riskji psikosoċjali. Approċċ effettiv għall-prevenzjoni għandu jieħu azzjoni fir-rigward tal-ambjent tax-xogħol u mhux biss fir-rigward tas-saħħa mentali tal-individwu. |
Il-KESE jappella għal aktar attenzjoni u sforz addizzjonali fir-rigward tat-tisħiħ tar-rwol tal-imsieħba soċjali fis-sensibilizzazzjoni u l-miżuri ta’ prevenzjoni tar- riskji psikosoċjali. Jeħtieġ li r-riskji psikosoċjali jiġu indirizzati primarjament fil-livell tal-post tax-xogħol/tal-kumpanija, ma hemm l-ebda soluzzjoni waħda tajba għal kulħadd li taħdem tajjeb fil-kumpaniji jew l-Istati Membri kollha peress li l-problemi huma differenti wkoll. Skont ir-rapport ta’ implimentazzjoni mħejji mill-firmatarji tal-ftehim qafas, minkejja l-isfidi u l-ostakli differenti, l-implimentazzjoni tal-ftehim qafas Ewropew u r-rapporti nfushom jikkontribwixxu b’mod ċar valur miżjud importanti fil-qasam tal-istress relatat max-xogħol u l-iżvilupp tad-djalogu soċjali. Approċċ effettiv għall-prevenzjoni għandu jieħu azzjoni fir-rigward tal-ambjent tax-xogħol u mhux biss fir-rigward tas-saħħa mentali tal-individwu. Madankollu, ir-riskji psikosoċjali huma kwistjoni kumplessa b’fatturi tal-impatt differenti bħalma huma l-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-ġestjoni tal-ammont ta’ xogħol, ir-relazzjonijiet tax-xogħol iżda wkoll il-kapaċitajiet individwali . |
Raġuni
Il-leġiżlazzjoni mhijiex ir-rimedju għal kollox. Hawnhekk, irridu nressqu l-approċċ iktar lejn it-tisħiħ tar-rwol tal-imsieħba soċjali fis-sensibilizzazzjoni u l-miżuri ta’ prevenzjoni tar-riskji psikosoċjali. Jeħtieġ li r-riskji psikosoċjali jiġu indirizzati primarjament fil-livell tal-post tax-xogħol/tal-kumpanija, ma hemm l-ebda soluzzjoni waħda tajba għal kulħadd li taħdem tajjeb fil-kumpaniji jew l-Istati Membri kollha peress li l-problemi huma differenti wkoll.
Aħna ma naqblux mal-ħtieġa għal leġiżlazzjoni iżda naqblu mal-approċċ tal-Kummissjoni li tħejji, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-imsieħba soċjali, inizjattiva mhux leġiżlattiva fil-livell tal-UE relatata mas-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol li tivvaluta kwistjonijiet emerġenti relatati mas-saħħa mentali tal-ħaddiema.
Hemm rapport ta’ implimentazzjoni mħejji mill-firmatarji tal-ftehim qafas https://www.businesseurope.eu/sites/buseur/files/media/imported/2008-02495-E.pdf, li jgħid, pereżempju, li minkejja l-isfidi u l-ostakli differenti, l-implimentazzjoni tal-ftehim qafas Ewropew u r-rapporti nfushom jikkontribwixxu b’mod ċar valur miżjud importanti fil-qasam tal-istress relatat max-xogħol u l-iżvilupp tad-djalogu soċjali.
Ir-riskji psikosoċjali huma kwistjoni kumplessa b’fatturi tal-impatt differenti bħalma huma l-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-ġestjoni tal-ammont ta’ xogħol, ir-relazzjonijiet tax-xogħol iżda wkoll il-kapaċitajiet individwali.
Riżultat tal-votazzjoni:
Favur:99Kontra:152Astensjonijiet:18EMENDA 17
Imressqa minn:
ANGELOVA Milena
GAVRILOVS Vitālijs
KONTKANEN Mira-Maria
PILAWSKI Lech
VADÁSZ Borbála
SOC/703 — Id-djalogu soċjali bħala għodda għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Punt 1.14.
Ibdel it-test kif ġej:
Opinjoni tas-Sezzjoni |
Emenda |
Il-KESE jqis li t-tfassil ta’ politika ta’ prevenzjoni komprensiva, sostenibbli u integrata jeħtieġ ir-riattivazzjoni tal-abbozz ta’ direttiva dwar id-disturbi muskoloskeletali . |
Il-KESE jqis li t-tfassil ta’ politika ta’ prevenzjoni komprensiva, sostenibbli u integrata jeħtieġ li jittieħdu miżuri kif indikat fil-Qafas strateġiku tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol 2021-2027 – Is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali għal dinja tax-xogħol li qed tinbidel, tal-Kummissjoni . |
Raġuni
L-istrateġija tal-Kummissjoni fost l-oħrajn tinkludi l-għan tal-Kummissjoni li tagħmel ir-riskji psikosoċjali u ergonomiċi parti mill-kampanja dwar postijiet tax-xogħol tajbin għas-saħħa.
Riżultat tal-votazzjoni:
Favur:95Kontra:161Astensjonijiet:16EMENDA 18
Imressqa minn:
ANGELOVA Milena
GAVRILOVS Vitālijs
KONTKANEN Mira-Maria
PILAWSKI Lech
VADÁSZ Borbála
SOC/703 — Id-djalogu soċjali bħala għodda għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Punt 1.16.
Ibdel it-test kif ġej:
Opinjoni tas-Sezzjoni |
Emenda |
Il-KESE jappella biex il-ħaddiema tal-pjattaformi jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-qafas strateġiku. Id-drittijiet għall-organizzazzjoni, ir-rappreżentanza u n-negozjar kollettiv għandhom jiġu ggarantiti u d-drittijiet tal-protezzjoni soċjali għandhom jiġu estiżi għal dawn il-ħaddiema . |
Il-KESE jinnota li, fid-9 ta’ Diċembru, il-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha dwar id-Direttiva dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali. Se jkun hemm Opinjoni separata tal-KESE (SOC/709) imħejjija dwar dik il-proposta . |
Raġuni
Il-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha dwar id-Direttiva dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali. Ser ikun hemm Opinjoni separata tal-KESE (SOC/709) imħejjija dwar dik il-proposta u għalhekk il-kwistjonijiet m’għandhomx jiġu indirizzati f’din l-Opinjoni.
Riżultat tal-votazzjoni:
Favur:104Kontra:152Astensjonijiet:16(1) Bérastégui P. (2021) , Exposure to Psychosocial Risk Factors in the Gig Economy: A Systematic Review . Rapport ta’ Riċerka tal-ETUI 2021 .01 .
(1) ĠU C 220, 9.6.2021, p. 13-25 .
(1) Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(1) https:/www.eesc.europa.eu/en/our-work/opinions-information-reports/opinions/health-safety-work-eu-strategic-framework-2021-2027
(2) https://www.ilo.org/public/english/standards/relm/gb/docs/gb297/pdf/esp-3.pdf
(1) https://www.ilo.org/public/english/standards/relm/gb/docs/gb297/pdf/esp-3.pdf
(1) https://ec.europa.eu/social/ajax/BlobServlet?docId=23324&langId=en
(1) https://ec.europa.eu/social/ajax/BlobServlet?docId=23324&langId=en
(1) Sustanza kimika li tista’ tfixkel il-fertilità tar-raġel jew tal-mara jew tfixkel l-iżvilupp tat-tarbija fil-ġuf.
(2) https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC7466429/
(3) https://www.cancer-environnement.fr/597-Vol-124--Cancerogenicite-du-travail-de-nuit-poste.ce.aspx.
(1) https://www.businesseurope.eu/sites/buseur/files/media/imported/2008-02495-E.pdf
(1) https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/1fd9fbe0-1ee4-4928-a47d-4404b5301bbd
(1) https://www.eurofound.europa.eu/data/covid-19/working-teleworking.
(1) https://www.eurofound.europa.eu/data/covid-19/working-teleworking.
(1) SOC/698.
(1) https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC7466429/.
(2) https://www.cancer-environnement.fr/597-Vol-124--Cancerogenicite-du-travail-de-nuit-poste.ce.aspx
12.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/72 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Is-sigurtà alimentari u sistemi tal-ikel sostenibbli”
(opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Franċiża)
(2022/C 194/10)
Relatur: |
Arnold PUECH d’ALISSAC |
Korelatur: |
Peter SCHMIDT |
Konsultazzjoni |
Ittra mill-Presidenza Franċiża tal-Kunsill, 21.9.2021 |
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
Adottata fis-sezzjoni |
7.1.2022 |
Adottata fil-plenarja |
19.1.2022 |
Sessjoni plenarja Nru |
566 |
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
165/2/2 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. |
Il-KESE kien l-ewwel istituzzjoni tal-UE li appella għal politika komprensiva dwar l-ikel fl-UE, bl-għan li jitrawmu dieti tajbin għas-saħħa minn sistemi tal-ikel sostenibbli tal-ikel, li l-agrikoltura tintrabat ma’ servizzi tan-nutrizzjoni u tal-ekosistema, u jiġu żgurati ktajjen ta’ provvista li jissalvagwardjaw is-saħħa pubblika għall-faxex kollha tas-soċjetà Ewropea (1). Politika bħal din, li issa hija riflessa fl-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, għandha ttejjeb il-konsistenza fl-oqsma kollha tal-politika relatati mal-ikel, iżżid is-sensibilizzazzjoni dwar il-valur tal-ikel, u tippromovi sistemi tal-ikel sostenibbli. |
1.2. |
Bi tweġiba għat-talba tal-Presidenza Franċiża għal din l-Opinjoni esploratorja, il-KESE jidentifika l-mezzi ewlenin li ġejjin li għandhom jintużaw fil-livell tal-UE biex tiġi ssalvagwardjata l-kompetittività (2) tal-produtturi Ewropej, bil-għan li jiġu żgurati kemm is-sigurtà u s-sostenibbiltà alimentari tal-Ewropa kif ukoll prezzijiet raġonevoli għall-konsumaturi:
|
1.3. |
Barra minn hekk, il-KESE jidentifika l-mezzi ewlenin li ġejjin biex jgħinu jnaqqsu d-dipendenza mill-mezzi ta’ produzzjoni, inklużi l-mezzi sintetiċi, u jtejbu l-awtonomija tal-UE fil-proteini:
|
1.4. |
Il-KESE jilqa’ l-“Pjan ta’ kontinġenza biex jiġu żgurati l-provvista tal-ikel u s-sigurtà alimentari fi żminijiet ta’ kriżi”, u l-ħolqien propost ta’ Mekkaniżmu Ewropew ta’ tħejjija u rispons għall-Kriżijiet tas-Sigurtà tal-Ikel (EFSCM), u jirrakkomanda li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu integrati f’politika tal-ikel komprensiva (3). Il-KESE jitlob biex ikollu rwol attiv fil-grupp dedikat ta’ esperti. |
2. Introduzzjoni
2.1. |
Il-KESE kien l-ewwel istituzzjoni tal-UE li appella għal politika komprensiva dwar l-ikel fl-UE, bil-għan li jitrawmu dieti tajbin għas-saħħa minn sistemi sostenibbli tal-ikel, l-agrikoltura tintrabat ma’ servizzi tan-nutrizzjoni u tal-ekosistema, u jiġu żgurati ktajjen ta’ provvista li jissalvagwardjaw is-saħħa pubblika għat-taqsimiet kollha tas-soċjetà Ewropea (4). Politika bħal din, li issa hija riflessa fl-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, għandha ttejjeb il-konsistenza fl-oqsma kollha tal-politika relatati mal-ikel, iżżid is-sensibilizzazzjoni dwar il-valur tal-ikel, u tippromovi sistemi tal-ikel sostenibbli. |
2.2. |
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, permezz tal-prinċipji stabbiliti fl-Istrateġija Mill-Għalqa sal-Platt u fl-Istrateġija għall-Bijodiversità, joffri opportunità biex jiġi affermat mill-ġdid il-“kuntratt soċjali tal-ikel” bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u ċ-ċittadini tagħha, u biex tiġi promossa sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent fil-kuntest tal-emerġenza klimatika u ambjentali. |
2.3. |
Il-pandemija tal-COVID-19 kellha konsegwenzi mingħajr preċedent għas-soċjetà u l-ekonomija (5). Madwar l-UE, il-bdiewa u l-atturi fil-katina alimentari baqgħu mmobilizzati biex imantnu l-produzzjoni u jitimgħu lill-popolazzjoni, minkejja d-diffikultajiet u l-ostakli li sabu. Is-settur agroalimentari tal-UE wera reżiljenza fil-provvista ta’ ikel sikur u ta’ kwalità għolja, għalkemm kien hemm interruzzjonijiet fil-katina tal-provvista. |
2.4. |
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ikel Franċiż adotta opinjoni (Nru 89) f’Lulju 2021 intitolata “Feedback mill-kriżi tal-Covid-19 – Il-perjodu tal-ewwel lockdown nazzjonali fi Franza” (6). L-opinjoni tikkonkludi li t-tifqigħa tal-kriżi tal-COVID-19 saħħet il-ħtieġa li tiġi żviluppata viżjoni aktar sistemika tas-sistemi tal-ikel, permezz tal-implimentazzjoni tal-approċċ “saħħa waħda” fil-livelli kollha tal-katina tal-provvista tal-ikel. Dan l-approċċ integrat għas-saħħa jenfasizza l-interazzjonijiet bejn l-annimali, il-bnedmin u l-ambjent tagħhom. Minħabba l-prekarjetà ekonomika u soċjali li xi drabi kkawżat jew saħħet, il-kriżi enfasizzat ukoll l-inugwaljanzi kbar fir-rigward tal-aċċess għall-ikel li huma inkompatibbli ma’ sistema tal-ikel sostenibbli, li wasslu għal riflessjoni dwar id-dritt għall-ikel u għad-demokrazija tal-ikel. L-aċċess għal ikel tajjeb għas-saħħa, prodott legalment, affordabbli u aċċessibbli għall-populazzjoni kollha tal-UE huwa kruċjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku (7). Il-KESE jqis li l-mira li sal-2030, 25 % tal-art agrikola fl-UE tkun organika hija wisq ambizzjuża (8), u jappella għal strateġija ta’ promozzjoni madwar l-UE kollha biex din il-mira tintlaħaq, filwaqt li jitqies li l-konsum jeħtieġ li jsegwi b’mod korrispondenti. |
2.5. |
Il-kriżi wriet ukoll li hemm bżonn li tiżdied il-koordinazzjoni u jittejjeb l-ippjanar ta’ kontinġenza sabiex l-UE tkun lesta biex tindirizza r-riskji li jistgħu jheddu l-provvista tal-ikel u s-sigurtà alimentari tagħha. L-għan huwa li tiġi evitata r-ripetizzjoni tal-esperjenza tal-COVID-19 fejn kellhom jittieħdu miżuri ta’ koordinazzjoni fil-livell tal-UE fuq bażi ad hoc, li ġew żviluppati dak il-ħin stess. Biex tindirizza dan l-objettiv, il-Kummissjoni dan l-aħħar ippubblikat Komunikazzjoni dwar “Pjan ta’ kontinġenza biex jiġu żgurati l-provvista tal-ikel u s-sigurtà alimentari fi żminijiet ta’ kriżi” (9). Hija tiddeskrivi l-oqsma fejn jista’ jsir titjib li ġew identifikati waqt il-pandemija tal-COVID-19, prinċipji li għandhom jiġu rrispettati fi żminijiet ta’ kriżi, u l-ħolqien ta’ Mekkaniżmu Ewropew ta’ tħejjija u rispons għall-Kriżijiet tas-Sigurtà tal-Ikel (EFSCM). Dan jinkludi l-istabbiliment ta’ grupp ta’ esperti dedikat li jinvolvi awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri u minn pajjiżi mhux tal-UE kif ukoll partijiet ikkonċernati. |
2.6. |
Skont id-definizzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO), sistema tal-ikel sostenibbli hija sistema tal-ikel li toffri sigurtà alimentari u nutrizzjoni għal kulħadd b’tali mod li l-bażijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali li jiġġeneraw is-sigurtà alimentari u n-nutrizzjoni għal ġenerazzjonijiet futuri ma jiġux kompromessi (10). L-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt għandha tqis il-konsegwenzi tal-kriżi, iżda wkoll tipprovdi l-garanziji meħtieġa biex tiġi żgurata s-sigurtà alimentari fl-UE. Is-sistemi tal-ikel tal-UE għandhom “jiggarantixxu l-kwantità u l-kwalità tal-provvista lill-popolazzjonijiet, billi jappoġġjaw il-kompetittività tas-settur tal-ikel u billi jikkunsidraw l-isfidi tas-sostenibbiltà”. Għandhom jiffaċilitaw ukoll l-innovazzjoni soċjali. |
2.7. |
Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-KE ppubblika, f’Awwissu 2021, rapport bit-titolu “Modelling environmental and climate ambitions in the agricultural sector with the CAPRI model” (L-immudellar tal-ambizzjonijiet ambjentali u klimatiċi fis-settur agrikolu bil-mudell CAPRI) (11), li jistimula l-impatt fuq is-settur agrikolu Ewropew u fuq is-swieq ta’ wħud mill-objettivi kwantifikati inklużi fl-Istrateġiji mill-Għalqa sal-Platt u dik għall-Bijodiversità (tnaqqis fl-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, tnaqqis fit-telf tan-nutrijenti, żieda fiż-żoni ekoloġiċi fil-biedja organika u żieda fiż-żoni ta’ interess). Jidher li dawn l-objettivi jistgħu jwasslu għal tnaqqis ta’ bejn 10 % u 15 % fil-produzzjoni tal-UE, tnaqqis fl-introjtu tal-bdiewa, żieda fil-prezzijiet u żieda parella fl-importazzjonijiet. Ir-riżultati ta’ dan ir-rapport jenfasizzaw l-importanza li jitqiesu b’mod konġunt it-tranżizzjoni agrikola u dik alimentari. Kif iddikjarat fl-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, tnaqqis fit-telf u fl-iskart tal-ikel jista’ jipprevjeni żviluppi bħal dawn. Distribuzzjoni effiċjenti tar-riżorsi tal-ikel disponibbli tista’ tkun strument xieraq. |
2.8. |
L-evoluzzjoni tad-dieti hija parti integrali mit-tranżizzjoni tas-sistema agrikola u alimentari kollha kemm hi, kif huma wkoll politiki oħra bħall-politiki dwar il-kummerċ, il-kompetizzjoni, is-saħħa, l-edukazzjoni, l-ambjent u l-konsumaturi. |
2.9. |
Il-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-UE talbet lill-KESE jħejji Opinjoni esploratorja li tindirizza b’mod partikolari:
|
3. Il-mezzi fil-livell tal-UE biex tiġi ssalvagwardjata l-kompetittività tal-produtturi Ewropej, bil-ħsieb li jiġu żgurati kemm is-sigurtà (u s-sostenibbiltà) alimentari Ewropea kif ukoll prezzijiet raġonevoli għall-konsumaturi
3.1. |
Kif issemma f’Opinjonijiet preċedenti tal-KESE, biex politika tal-ikel Ewropea komprensiva tkun tassew rilevanti għall-konsumaturi Ewropej, huwa essenzjali li l-prezz u l-kwalità tal-ikel prodott b’mod sostenibbli fl-UE jkun kompetittiv. Dan ifisser li s-settur agroalimentari Ewropew huwa kapaċi jwassal l-ikel għall-konsumaturi bi prezzijiet li jinkludu spejjeż żejda għal kriterji bħalma huma s-sostenibbiltà, il-benessri tal-annimali, is-sikurezza alimentari u n-nutrizzjoni, iżda wkoll redditu ġust lill-bdiewa, u fl-istess ħin iżomm il-pożizzjoni tiegħu bħala l-għażla ppreferuta għall-parti l-kbira tal-konsumaturi (12). |
3.2. |
B’kunsiderazzjoni tad-definizzjonijiet ta’ hawn fuq tas-sigurtà alimentari, ta’ sistema tal-ikel sostenibbli u tal-kompetittività, iż-żamma tal-kompetittività tal-operaturi Ewropej u tal-ktajjen tal-valur ġusti għandha tirriżulta f’remunerazzjoni ġusta għall-bdiewa, għall-inkoraġġiment jew għar-rikonoxximent tal-prattiki tajbin tagħhom Lil hinn mir-rwol tagħha li titmagħna, is-sistema tal-ikel tipprovdi soluzzjoni reali għall-isfida klimatika, b’mod partikolari billi tadatta s-sistemi tal-produzzjoni, billi taħżen il-karbonju fil-ħamrija, bl-infrastrutturi tal-ħamrija u agroekoloġiċi, bil-filtrazzjoni naturali tal-ilma tax-xorb, kif ukoll billi żżid u tmantni l-bijodiversità. Madankollu, fl-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, il-Kummissjoni Ewropea (KE) tipproponi xi azzjonijiet konkreti biex issaħħaħ is-settur agroalimentari u l-introjtu tal-produtturi primarji, u l-ebda waħda minn dawn l-azzjonijiet ma ssaħħaħ il-kompetittività tas-settur. Dawn il-kwistjonijiet ewlenin għandhom ikunu fil-qalba tal-implimentazzjoni tal-istrateġija, peress li jiddeterminaw is-suċċess tagħha. |
3.3. |
Programmi mmirati ta’ riċerka u żvilupp u l-iżvilupp tat-trasferiment tal-għarfien huma essenzjali għall-promozzjoni tal-kwalità u għas-salvagwardja tal-produttività, filwaqt li tiġi żgurata s-sostenibbiltà. L-isforzi għandhom jiffukaw fuq li jagħtu lill-bdiewa soluzzjonijiet teknoloġiċi prattiċi, aċċessibbli u kosteffettivi (eż. biedja ta’ preċiżjoni, għodod għat-teħid ta’ deċiżjonijiet, eċċ.) u għodod biex irawmu produzzjoni agroekoloġika u lokali, inkluż appoġġ lil dawk il-gruppi li ma għandhomx għarfien dwar il-produzzjoni sostenibbli. |
3.4. |
L-UE jeħtiġilha tiżgura wkoll impenn qawwi għall-implimentazzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema kollha fil-katina alimentari (il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni). F’dan is-sens, l-UE għandha timpenja ruħha favur il-protezzjoni effettiva tad-drittijiet soċjali fundamentali tal-ħaddiema u, b’mod partikolari, tirrispetta d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kumitat għad-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (CESCR) u l-konvenzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-ILO. |
3.5. |
Il-punti li ġejjin jistgħu jitqiesu bħala mezzi biex tiġi ssalvagwardjata l-kompetittività tal-produtturi Ewropej, bil-ħsieb li jiġu żgurati kemm is-sigurtà u s-sostenibbiltà alimentari tal-Ewropa kif ukoll prezzijiet raġonevoli għall-konsumaturi: |
3.5.1. It-trawwim ta’ awtonomija strateġika miftuħa għas-sigurtà u s-sostenibbiltà alimentari
i. |
Il-KESE diġà ppropona definizzjoni ta’ awtonomija strateġika miftuħa li tapplika għal sistemi tal-ikel ibbażati fuq il-produzzjoni tal-ikel, il-forza tax-xogħol u l-kummerċ ġust, bil-għan ġenerali li jiġu żgurati s-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-ikel għaċ-ċittadini kollha tal-UE permezz ta’ provvista tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa, sostenibbli u reżiljenti (13). |
ii. |
Il-KESE enfasizza wkoll (14) li huwa essenzjali li jiġu armonizzati l-istandards tal-produzzjoni sabiex jiġu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u biex kull pajjiż ikun jista’ jipproduċi l-alimentazzjoni bażika. Jeħtieġ li l-klawżoli ta’ salvagwardja agrikoli tad-WTO, kemm dawk ġenerali kif ukoll dawk bilaterali, jittejbu skont kriterji differenti li l-KESE jelenka fl-Opinjoni tiegħu. L-għan huwa li jiġu żgurati kompetizzjoni ġusta u s-sostenibbiltà tal-industriji agroalimentari Ewropej, sabiex jiggarantixxu s-sovranità tal-ikel għall-UE, kemm għall-produtturi kif ukoll għall-konsumaturi. Din il-ħtieġa għas-sovranità tal-ikel ġiet enfasizzata b’mod qawwi matul il-kriżi tal-COVID-19. Il-klawżoli attwali huma ineffettivi għax l-implimentazzjoni tieħu fit-tul wisq. Madankollu, bis-saħħa tad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija, id-data tista’ tkun disponibbli fi ftit sigħat. Il-monitoraġġ tal-volumi u tal-prezzijiet illum il-ġurnata huwa effettiv u jippermetti reazzjoni minnufih. |
iii. |
B’mod partikolari, is-sistemi alimentari tal-UE għandhom ikunu aktar diversifikati; il-forza tax-xogħol agrikola għandha tissaħħaħ speċjalment billi jiġu attirati ż-żgħażagħ u jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol u remunerazzjoni deċenti; il-politiki kummerċjali għandhom ikunu allinjati mal-istandards tal-UE dwar is-sostenibbiltà tal-ikel u l-kompetittività (15). |
3.5.2. L-iżgurar tar-reċiproċità tal-istandards billi l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt u l-Istrateġija għall-Bijodiversità tal-Patt Ekoloġiku jiġu inkorporatii bħala standards ta’ sostenibbiltà globali fil-ftehimiet kummerċjali futuri kollha tal-UE
i. |
Il-KESE ppropona li l-ftehimiet kummerċjali futuri kollha tal-UE għandhom jinkorporaw l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, l-Istrateġija għall-Bijodiversità u l-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” b’rabta mal-Patt Ekoloġiku Ewropewbħala standards globali dwar is-sostenibbiltà, fid-dawl tar-rikonoxximent li l-integrazzjoni u l-implimentazzjoni tal-SDGs u standards ogħla fil-ftehimiet kummerċjali multilaterali huma sfida enormi. Aktar progress fir-rigward tal-SDGs u l-istandards ambjentali u soċjali essenzjali jidhru possibbli fi ftehimiet kummerċjali bilaterali fuq perjodu ta’ żmien qasir. Huwa rikonoxxut sew li l-kummerċ fl-agrikoltura jaqdi rwol ewlieni fil-ksib tal-biċċa l-kbira tal-SDGs, jekk mhux kollha, u li d-WTO għandha rwol importanti x’taqdi biex dan iseħħ, u li dan ikun ferm aktar diffiċli mingħajr mekkaniżmu effettiv ta’ kummerċ multilaterali. L-għeluq tal-fruntieri matul il-kriżijiet normalment jaggrava l-kriżi u mhuwiex soluzzjoni. Il-KESE huwa tal-fehma li l-UE għandha timplimenta leġiżlazzjoni li timponi d-diliġenza dovuta fuq il-kumpaniji tul il-ktajjen tal-provvista tagħhom biex tidentifika, tipprevjeni u timmitiga r-riskji ambjentali u soċjali, kif ukoll il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem. L-UE jeħtieġ li tiggarantixxi li l-ftehimiet kummerċjali ma jesternalizzawx dawn il-problemi u jżidu d-deforestazzjoni f’pajjiżi oħra, pereżempju. Il-ftehimiet kummerċjali kollha tal-UE jridu jirrispettaw id-dispożizzjonijiet sanitarji u fitosanitarji (SPS) tal-UE u jirrispettaw il-prinċipju ta’ prekawzjoni (16). |
ii. |
Il-KESE saħaq ukoll li mingħajr bidliet fil-politiki kummerċjali tal-UE, l-objettivi tal-Istrateġija Mill-Għalqa sal-Platt mhux se jintlaħqu (17). L-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt tinkludi passi importanti biex jissaħħu d-dispożizzjonijiet tas-sostenibbiltà tal-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles bilaterali tal-UE u l-infurzar ta’ dawn ir-regoli. Madankollu, jista’ jsir aktar biex tiġi żgurata l-konformità mal-ftehimiet internazzjonali u biex jiġu ssemplifikati l-proċeduri għan-notifika u t-teħid ta’ azzjoni b’rabta mal-ksur tal-impenji tas-sostenibbiltà. Kif ġie propost mill-KE u mill-PE għal setturi oħra u kif diskuss fl-Opinjoni NAT/834 (18), għandu jitqies mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (CBAM) għall-importazzjonijiet agrikoli. |
iii. |
Il-KESE jipproponi l-ħolqien ta’ aġenzija tal-UE għaċ-ċertifikazzjoni tal-produzzjoni importata skont l-istandards ta’ sostenibbiltà tal-UE. |
iv. |
Barra minn hekk, il-KESE jħeġġeġ lill-UE biex tiżgura r-reċiproċità vera tal-istandards fi ftehimiet kummerċjali preferenzjali, b’mod partikolari rigward it-trattament xieraq tal-annimali, is-sostenibbiltà u t-traċċabbiltà mill-għalqa sal-platt (it-tikkettar tal-oriġini ta’ prodotti mhux ipproċessati, tal-ingredjenti fi prodotti pproċessati, u tal-komponenti kollha tal-ikel), abbażi u bl-integrazzjoni ta’ dak li nkiseb f’xi dispożizzjonijiet bilaterali reċenti. Huwa essenzjali wkoll li jinstabu metodi sostenibbli ġodda li jistgħu jiġu sfruttati mill-bdiewa, u b’hekk jiġu promossi prattiki sostenibbli u jiġi żgurat li jkunu jistgħu jiġu sfruttati opportunitajiet ġodda għal produzzjoni sostenibbli minn bdiewa fuq skala żgħira fl-UE u fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Dawn ir-riflessjonijiet għandhom jiġu segwiti f’forums multilaterali bħall-Kumitat tan-NU dwar is-Sigurtà Alimentari Dinjija u l-Codex Alimentarius, aktar milli jkunu limitati għal negozjati bilaterali, fejn il-parteċipazzjoni tal-bdiewa u tas-soċjetà ċivili tkun limitata, l-iżbilanċi tal-poter ikunu sinifikanti u l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tibqa’ l-għan aħħari. Il-qafas leġiżlattiv ippjanat dwar is-sistemi tal-ikel sostenibbli jista’ jipprovdi punt ta’ tluq. Jeħtieġ li jkollu l-għan li jistabbilixxi definizzjoni ċara ta’ sistemi tal-ikel sostenibbli, f’konformità mad-definizzjonijiet tal-UE eżistenti ta’ sostenibbiltà ambjentali (19). |
3.5.3. Il-promozzjoni tal-valur tal-ikel
i. |
Fl-2019, skont l-aħħar ċifri ppubblikati mill-Eurostat, il-parti tal-baġit tal-unitajiet domestiċi ddedikata għall-ikel u x-xorb mhux alkoħoliku ammontat għal 13 % tan-nefqa totali fuq il-konsum. Dan jikkostitwixxi tnaqqis sinifikanti minn dak li kien fil-bidu tal-PAK. Filwaqt li tvarja bejn pajjiż u ieħor, hija tikkostitwixxi t-tielet l-akbar kategorija ta’ nfiq tal-unitajiet domestiċi Ewropej wara l-kategorija li tħaddan l-“akkomodazzjoni, ilma, elettriku u fjuwils”, li kienet tammonta għal 23,5 %, u l-kategorija tat-“trasport” li kienet tammonta għal 13,1 %. Fl-istess ħin, id-WHO tqis iż-żieda fil-livell tal-obeżità fid-dinja bħala “epidemija”. Fl-2017, l-obeżità kienet taffettwa 17 % tal-adulti fl-UE. B’mod usa’, 52 % tal-Ewropej kellhom piż żejjed jew obeżità, li jfisser wieħed minn kull żewġ adulti u kważi wieħed minn kull tlett itfal. Għalhekk, l-Ewropa qed issegwi x-xejriet globali, b’żieda fl-ikel ipproċessat, iżda wkoll fl-ikel xaħmi, ħelu u mielaħ. |
ii. |
Jistgħu jintużaw diversi lievi ewlenin biex jittrattaw din is-sitwazzjoni; il-KESE jenfasizza li approċċ komuni tal-UE ta’ tikkettar tal-ikel li jirrifletti l-Linji Gwida dwar Dieti Sostenibbli jtejjeb it-trasparenza u jiskoraġġixxi l-użu ta’ materja prima rħisa għalxejn li hija kemm ħażina għas-saħħa kif ukoll insostenibbli (eż. xaħmijet trans, żejt tal-palma u zokkor eċċessiv). Il-konsumaturi jkunu jibbenefikaw minn estensjoni għat-tikkettar tal-ikel, biex jiġu inklużi l-aspetti ambjentali u soċjali. Dan ikun ta’ għajnuna biex l-għażliet tal-konsumaturi jiġu xprunati lejn għażliet aktar tajbin għas-saħħa u sostenibbli (20). |
iii. |
Il-prezz ċertament huwa xprunatur qawwi tal-konsum, aktar u aktar fi żminijiet ta’ kriżi, iżda l-kwalità hija daqstant ieħor importanti, xi drabi aktar skont xi stħarriġ. Il-konsumaturi jeħtiġilhom iżommu f’moħħhom li r-rekwiżiti li jissodisfaw il-bdiewa Ewropej, anke jekk permezz tal-bażi regolatorja biss, huma ogħla minn dawk barra l-UE. Dawn ir-rekwiżiti huma garanziji għall-kwalità, is-saħħa, is-sikurezza u s-sostenibbiltà tal-produzzjonijiet tagħna. |
3.5.4. L-iżgurar ta’ prezzijiet ġusti u l-projbizzjoni ta’ prattiki kummerċjali inġusti
i. |
Katina tal-provvista tal-ikel li verament tiffunzjona hija b’saħħitha daqs l-aktar parti dgħajfa tagħha, u l-aktar parti dgħajfa hija l-bidwi. Id-Direttiva tal-UE dwar prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista tal-ikel (21), hija pass importanti ’l quddiem (22). Għall-ewwel darba, intlaħaq ftehim dwar regoli vinkolanti biex jiġu rregolati ċerti prattiki kummerċjali inġusti. Id-Direttiva għandha l-għan li tipprovdi aktar protezzjoni għall-bdiewa Ewropej, għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi tagħhom u għall-fornituri tal-bejgħ bl-imnut. Huwa biss permezz ta’ qafas leġiżlattiv vinkolanti li jista’ jinkiseb il-bilanċ tal-poter fil-katina tal-provvista tal-ikel. L-organizzazzjoni tas-setturi u tal-bdiewa wkoll hija kundizzjoni importanti, bil-għan sħiħ li jiġu pprovduti prodotti tal-ikel ta’ kwalità lill-konsumatur. Fl-aħħar mill-aħħar, għandu jiġi żgurat li dawk kollha involuti fil-produzzjoni tal-ikel ikunu jistgħu jaqilgħu introjtu ġust u adegwat u li l-konsumaturi jiġu offruti prodotti tajbin għas-saħħa u ta’ kwalità bi prezzijiet raġonevoli. |
3.5.5. L-allinjament tal-prattiki u l-operazzjonijiet tan-negozji tal-ikel mal-SDGs (23)
i. |
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-pjan ta’ rkupru tal-UE juru l-ħtieġa li t-tkabbir ekonomiku jiġi diżakkoppjat minn ma’ prattiki mhux sostenibbli. Id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE dwar il-miri klimatiċi għall-2030 turi li l-UE jista’ jkollha rwol ewlieni f’dan il-qasam. Madankollu, dan għandu jsir fil-kuntest usa’ tal-SDGs. Prattiki u operazzjonijiet tan-negozji tal-ikel allinjati mal-SDGs huma rabta essenzjali mas-suċċess tal-għanijiet, billi jistabbilixxu dawn l-objettivi fil-qalba tal-istrateġiji (permezz ta’ attivitajiet u għanijiet ambizzjużi, permezz ta’ evalwazzjoni tal-impatti, u permezz tal-komunikazzjoni trasparenti tar-riżultati) (24). |
3.5.6. L-iżgurar ta’ involviment u parteċipazzjoni strutturati tas-soċjetà ċivili u tal-partijiet interessati kollha fil-katina tal-provvista tal-ikel, inkluż permezz ta’ Kunsill Ewropew dwar il-Politika tal-Ikel (25) – it-trawwim tal-kooperazzjoni pjuttost milli l-kompetizzjoni
i. |
Il-KESE ilu ħafna favur approċċ mifrux mas-soċjetà kollha, inklużi għodod aktar parteċipattivi, biex jiġi żgurat li s-soċjetà ċivili – u b’mod partikolari ż-żgħażagħ – ikunu jistgħu jsiru aktar involuti u jipparteċipaw fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar is-sostenibbiltà. Din il-kostruzzjoni konġunta tista’ ssir permezz ta’ Kunsill Ewropew tal-Politika dwar l-Ikel, li l-KESE jirrakkomandah ħafna. |
4. Il-mezzi li jistgħu jgħinu jnaqqsu d-dipendenza mill-mezzi ta’ produzzjoni tal-azjendi agrikoli, inklużi l-mezzi sintetiċi, u jtejbu l-awtonomija tal-UE fil-proteini
4.1. It-tnaqqis tad-dipendenza mill-mezzi ta’ produzzjoni tal-azjendi agrikoli, b’mod partikolari l-mezzi sintetiċi
4.1.1. |
Kif spjegat fir-rapport tal-PE dwar il-katina ta’ forniment tal-prodotti agrikoli: struttura u implikazzjonijiet, il-volatilità għolja tal-materja prima agrikola u l-prezzijiet tal-mezzi ta’ produzzjoni tal-azjendi agrikoli żiedu n-nuqqas ta’ sigurtà fl-introjtu agrikolu u xekklu l-investimenti fit-tul mill-bdiewa. Fl-istess ħin, il-bdiewa għandhom nuqqas kbir ta’ għodod u alternattivi, bħala riżultat ta’ riċerka li ma tkoprix dawn is-suġġetti biżżejjed. Hemm ħtieġa importanti ta’ mobilizzazzjoni solida u investiment finanzjarju fl-agroekoloġija, riċerka f’pereżempju varjetajiet reżistenti ġodda, metodi ġodda ta’ bijokontroll u biedja ta’ preċiżjoni. |
4.1.2. |
Fir-rigward tal-antibijotiċi fil-produzzjoni tal-annimali, għandhom jiġu mfakkra sforzi notevoli, kif għamlet l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, li jenfasizzaw tnaqqis fil-bejgħ tal-antibijotiċi veterinarji bi 32,5 % bejn l-2011 u l-2017. Il-mira stabbilita mill-Ewropa biex jitnaqqas l-użu tal-antibijotiċi fl-annimali b’50 % oħra jista’ jkollha konsegwenzi serji għas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali u tista’ tikkomprometti s-sikurezza tal-ikel. Hemm konoxxenza reali mill-bdiewa u mill-veterinarji, li jippromovu, bl-appoġġ tal-gvernijiet, użu adatt u motivat tal-antibijotiċi, u dan għandu jinżamm. Għandhom jiġu żviluppati u offruti alternattivi effiċjenti u bi prezzijiet raġonevoli għall-antibijotiċi, peress li l-livelli attwali tal-użu tal-antibijotiċi jagħtu lok ukoll għal tħassib. Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-att delegat propost mill-KE fil-qafas tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26), li jipprevedi r-riżerva ta’ ċerti antimikrobiċi għall-mediċina tal-bniedem. Hemm tliet għodod essenzjali:
|
4.1.3. |
Fl-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, il-KE tippromovi t-tnaqqis tal-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u antibijotiċi u t-tnaqqis tat-telf tan-nutrijenti minħabba fertilizzazzjoni eċċessiva, bil-għan li tittejjeb il-protezzjoni ambjentali, tiġi protetta s-saħħa, tiżdied l-erja tas-superfiċje fil-biedja organika u tiġi miġġielda r-reżistenza għall-antibijotiċi. Il-bijostimulanti jistgħu joffru alternattivi sostenibbli għall-prodotti sintetiċi għall-protezzjoni tal-pjanti (PPPs) u r-regolaturi tal-UE għandhom jippermettu lill-SMEs jiżviluppaw u jirreġistraw prodotti bħal dawn. Lil hinn mill-impatti ambjentali u tas-saħħa negattivi tal-użu mhux sostenibbli tal-mezzi ta’ produzzjoni tal-azjendi agrikoli, hemm ukoll raġuni ekonomika għat-tnaqqis tad-dipendenza tal-azjendi agrikoli mill-mezzi ta’ produzzjoni, inklużi l-mezzi ta’ produzzjoni sintetiċi u l-fjuwils fossili, sakemm ikun hemm alternattivi effiċjenti, robusti u reżiljenti. Iż-żieda fil-kost tal-mezzi ta’ produzzjoni taffettwa direttament il-kostijiet tal-produzzjoni u, jew timmina l-introjtu tal-azjendi agrikoli, jew inkella, jekk tista’ tingħadda downstream, il-prezz tal-prodotti agrikoli u tal-ikel. Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jiġi minimizzat l-użu ta’ mezzi ta’ produzzjoni għal kull kg prodotta (mezzi ta’ produzzjoni kimiċi, xogħol, petroleum, karbonju, enerġija, superfiċje, għadd ta’ annimali, eċċ.). Barra minn hekk, il-KESE jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi massimizzata l-preżenza ta’ infrastrutturi agroekoloġiċi fl-ekosistemi produttivi tagħna, biex jibbenefikaw mill-ħafna servizzi tagħhom u, b’mod partikolari, mill-attività tal-awżiljarji tal-għelejjel li jinsabu hemmhekk. |
4.2. Titjib tal-awtonomija tal-UE fil-proteini
4.2.1. |
L-UE għandha defiċit kbir fil-proteini tal-pjanti, u timporta l-biċċa l-kbira ta’ dak li jeħtieġ is-settur agrikolu tal-UE, b’mod partikolari materjal tal-għalf bħall-fażola tas-sojja. Minkejja ż-żieda fil-valur tal-produzzjoni u l-esportazzjoni agrikola tagħha, l-UE kienet importatur nett tal-kaloriji fl-2018 (dipendenza ta’ 15 % mill-importazzjonijiet). Il-livell għoli ta’ produzzjoni ta’ prodotti tal-ħalib u laħam huwa possibbli bis-saħħa ta’ importazzjonijiet kbar ta’ għelejjel tal-proteini (b’mod partikolari l-fażola tas-sojja u l-fażola tas-sojja mitħuna) mill-kontinent Amerikan. Id-dipendenza mill-ikel importat għandha l-għeruq tagħha fil-ftehimiet kummerċjali ta’ wara l-gwerra bejn l-UE u l-Istati Uniti. L-Istati Uniti aċċettaw il-protezzjoni għas-swieq tal-qamħ u tal-ħalib tal-UE, u min-naħa tagħhom, il-prodotti tal-qamħirrum u tal-fażola tas-sojja tal-Istati Uniti ġew eżentati mit-tariffi mill-UE. B’riżultat ta’ dan, iż-żrieragħ żejtnin u d-dqiq daħlu fl-UE bil-prezzijiet tas-suq dinji. Filwaqt li l-produzzjoni domestika tas-sojja staġnat f’livell baxx ħafna minħabba marġnijiet ekonomiċi mhux profittabbli għall-fażola tas-sojja mingħajr OĠM u klima mhux adatta fit-Tramuntana tal-Ewropa, l-importazzjonijiet tal-fażola tas-sojja u tal-fażola tas-sojja mitħuna żdiedu b’mod qawwi (+ 49 % u + 87 % bejn l-1986 u l-2013). |
4.2.2. |
It-titjib tal-awtonomija tal-UE fil-proteini huwa mixtieq mill-perspettivi kollha. L-importazzjonijiet tal-fażola tas-sojja minn pajjiżi terzi jistgħu jkunu responsabbli għad-deforestazzjoni, għad-degradazzjoni tal-foresti u għall-qerda tal-ekosistemi naturali f’ċerti pajjiżi produtturi. L-iżvilupp ta’ legumi b’kontenut għoli ta’ proteini fl-Unjoni jillimita l-użu tal-importazzjonijiet u b’hekk ikollu impatt pożittiv fuq il-klima u l-ambjent. Fl-istess ħin, il-kultivazzjoni tal-legumi tippromovi l-bijodiversità u tnaqqas l-użu tal-fertilizzanti tan-nitroġenu. Fl-aħħar nett, it-titjib tal-awtonomija tas-sistemi tat-trobbija tal-polikultura tal-proteini tal-pjanti jnaqqas l-esponiment tal-azjendi agrikoli għall-volatilità tal-prezzijiet dinjija ta’ din il-materja prima meħtieġa għall-għalf tal-annimali. |
4.2.3. |
Il-PE adotta rapport f’April 2018 li jitlob strateġija Ewropea għall-promozzjoni tal-għelejjel tal-proteini Ewropej (28), u l-KE ppubblikat rapport dwar l-iżvilupp tal-proteini tal-pjanti fl-UE fi tmiem l-2018 (29), imsejjaħ ukoll il-“Pjan Ewropew għall-proteini”. Il-KE dan l-aħħar ippubblikat pjani biex twaqqaf l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti jekk il-produzzjoni tagħhom tikkawża qtugħ illegali tas-siġar. |
4.2.4. |
Fl-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, il-KE enfasizzat il-ħtieġa li jitrawmu ħafna aktar il-proteini tal-pjanti mkabbra fl-UE u li jiżdiedu d-disponibbiltà u s-sors ta’ proteini alternattivi bħall-proteini mikrobiċi, tal-baħar u bbażati fuq l-insetti. Barra minn hekk, materjali alternattivi tal-għalf bħall-insetti, l-istokkijiet tal-għalf tal-baħar (eż. l-alka, il-makroalga) u l-prodotti sekondarji mill-bijoekonomija (eż. l-iskart tal-ħut) jista’ jkollhom rwol importanti fit-tranżizzjoni lejn awtonomija sostenibbli fil-proteini. Il-promozzjoni ta’ evoluzzjoni fid-dieti ta’ kuljum tas-soċjetà tal-UE hija punt ewlieni. Din id-diversifikazzjoni tal-proteini għandha ssir favur prodotti agrikoli mhux ipproċessati u lokali, sabiex tiġi promossa d-dinamika territorjali fuq il-proteini veġetali. Inkella, ir-riskju huwa li jiżdiedu l-importazzjonijiet u l-provvisti ta’ prodotti pproċessati li huma ppreżentati bħala sostituti tal-laħam, u li ta’ spiss huma inadegwati mil-lat tan-nutrizzjoni (30). |
4.2.5. |
L-iżvilupp tal-produzzjoni tal-proteini tal-pjanti fl-UE jista’ jġib mhux biss benefiċċji ekonomiċi għall-bdiewa u għall-produtturi tal-ikel u tal-għalf tal-annimali, iżda wkoll firxa wiesgħa ta’ vantaġġi ambjentali u klimatiċi. B’mod partikolari, l-għelejjel tal-proteini jikkontribwixxu għall-iffissar tan-nitroġenu tal-atmosfera fil-ħamrija u għalhekk għandhom rwol importanti f’ċiklu tan-nitroġenu aktar sostenibbli. Min-naħa l-oħra, il-bdiewa qed jerġgħu jiffaċċjaw nuqqas sinifikanti ta’ riċerka applikata dwar varjetajiet reżistenti, li jrendu biżżejjed u li huma adattati biżżejjed. |
4.2.6. |
Il-punti li ġejjin jistgħu jitqiesu bħala lievi għat-titjib tal-awtonomija tal-proteini tal-UE:
|
4.2.7. |
Il-KESE qed jippjana li jiżviluppa proposta għal strateġija biex tinkiseb awtonomija sostenibbli tal-proteini u taż-żejt tal-pjanti fl-UE permezz ta’ analiżi tal-potenzjal tal-pjanti mkabbra fl-UE, l-akkwakultura tal-UE, it-trobbija estensiva tal-bhejjem, u sorsi oħra ta’ proteini bħall-insetti, l-alka u s-sistemi tal-ikel urbani. |
Brussell, id-19 ta’ Jannar 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Opinjoni tal-KESE dwar “Il-kontribut tas-soċjetà ċivili għall-iżvilupp ta’ politika komprensiva dwar l-ikel fl-UE” (ĠU C 129, 11.4.2018, p. 18).
(2) Ara d-definizzjoni tal-kompetittività fil-punt 3.1.
(3) Opinjoni tal-KESE dwar “Il-kontribut tas-soċjetà ċivili għall-iżvilupp ta’ politika komprensiva dwar l-ikel fl-UE” (ĠU C 129, 11.4.2018, p. 18).
(4) Opinjoni tal-KESE dwar “Il-kontribut tas-soċjetà ċivili għall-iżvilupp ta’ politika komprensiva dwar l-ikel fl-UE” (ĠU C 129, 11.4.2018, p. 18).
(5) Il-PDG Ewropew naqas bi 11,8 % fit-tieni trimestru tal-2020 (Eurostat).
(6) https://cna-alimentation.fr/avis/tous-les-avis/
(7) Opinjoni tal-KESE dwar “Mill-għalqa sal-platt: strateġija sostenibbli dwar l-ikel” (ĠU C 429, 11.12.2020, p. 268).
(8) Opinjoni tal-KESE dwar “Pjan ta’ Azzjoni għall-iżvilupp tal-produzzjoni organika” (ĠU C 517, 22.12.2021, p. 114).
(9) https://ec.europa.eu/info/food-farming-fisheries/key-policies/common-agricultural-policy/market-measures/agri-food-supply-chain/contingency-plan_en
(10) https://www.fao.org/3/ca2079en/CA2079EN.pdf.
(11) file:///C:/Users/piancsi/Downloads/pubsy_jrc_technical_report_-_capri_environmental_and_climatic_ambition_2.pdf.
(12) Opinjoni tal-KESE dwar “Mill-għalqa sal-platt: strateġija sostenibbli dwar l-ikel” (ĠU C 429, 11.12.2020, p. 268).
(13) L-Opinjoni tal-KESE dwar “Il-promozzjoni ta’ dieti tajbin għas-saħħa u sostenibbli fl-UE” (ĠU C 105, 4.3.2022, p. 56).
(14) Opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-KESE dwar “L-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja għall-prodotti agrikoli fil-ftehimiet kummerċjali” (ĠU C 364, 28.10.2020, p. 49).
(15) L-Opinjoni tal-KESE dwar “Il-promozzjoni ta’ dieti tajbin għas-saħħa u sostenibbli fl-UE” (ĠU C 105, 4.3.2022, p. 56).
(16) L-Opinjoni tal-KESE dwar “Il-kompatibbiltà tal-politika kummerċjali tal-UE mal-Patt Ekoloġiku Ewropew” (ĠU C 429, 11.12.2020, p. 66).
(17) Opinjoni tal-KESE dwar “Mill-għalqa sal-platt: strateġija sostenibbli dwar l-ikel” (ĠU C 429, 11.12.2020, p. 268).
(18) ĠU C 152, 6.4.2022, p. 181.
(19) Opinjoni tal-KESE dwar “Mill-għalqa sal-platt: strateġija sostenibbli dwar l-ikel” (ĠU C 429, 11.12.2020, p. 268).
(20) L-Opinjoni tal-KESE dwar “Il-promozzjoni ta’ dieti tajbin għas-saħħa u sostenibbli fl-UE” (ĠU C 190, 5.6.2019, p. 9).
(21) ĠU L 111, 25.4.2019, p. 59.
(22) Opinjoni tal-KESE dwar “It-titjib tal-katina tal-provvista tal-ikel” (ĠU C 517, 22.12.2021, p. 38).
(23) Opinjoni tal-KESE dwar L-allinjament tal-istrateġiji u l-operazzjonijiet tan-negozju tal-ikel mal-SDGs għal irkupru sostenibbli wara l-COVID-19 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(24) Opinjoni tal-KESE dwar L-allinjament tal-istrateġiji u l-operazzjonijiet tan-negozju tal-ikel mal-SDGs għal irkupru sostenibbli wara l-COVID-19 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(25) Opinjoni tal-KESE dwar “Il-kontribut tas-soċjetà ċivili għall-iżvilupp ta’ politika komprensiva dwar l-ikel fl-UE” (ĠU C 129, 11.4.2018, p. 18); Opinjoni tal-KESE dwar “Mill-għalqa sal-platt: strateġija sostenibbli dwar l-ikel” (ĠU C 429, 11.12.2020, p. 268).
(26) Ir-Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).
(27) Vaċċin imħejji minn patoġeni iżolati minn annimal marid jew minn annimal b’saħħtu tal-istess azjenda agrikola u maħsub biex jingħata lil dak l-annimal marid jew lill-annimali ta’ dik l-azjenda agrikola.
(28) https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/A-8-2018-0121_MT.html.
(29) COM(2018) 757 final.
(30) https://www.clcv.org/storage/app/media/Dossier%20presse.pdf
(31) Rapport ta’ informazzjoni tal-KESE dwar “Il-benefiċċji tat-trobbija estensiva tal-bhejjem u l-fertilizzanti organiċi fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku Ewropew”, għadu ma ġiex ippubblikat fil-ĠU.
III Atti preparatorji
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Il-566 sessjoni plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Interactio, 19.1.2022–20.1.2022
12.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/81 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f’konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni”
(COM(2021) 556 final — 2021/0197(COD))
(2022/C 194/11)
Relatur: |
Dirk BERGRATH |
Korelatur: |
Bruno CHOIX |
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 13.9.2021 Kunsill, 20.9.2021 |
Bażi legali |
Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
Adottata fis-sezzjoni |
13.12.2021 |
Adottata fil-plenarja |
19.1.2022 |
Sessjoni plenarja Nru |
566 |
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
237/1/6 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. |
Il-KESE jtenni l-appoġġ tiegħu għall-objettiv tal-Patt Ekoloġiku Ewropew li l-UE ssir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050. Barra minn hekk, il-KESE jissottolinja l-importanza tal-Istrateġija tal-UE għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti, li stabbiliet sensiela ta’ stadji importanti biex jintlaħaq dan l-objettiv ambizzjuż biex it-trasport isir adattat għal Ewropa newtrali għall-klima fl-2050, billi tippromovi “approċċ ta’ sistema integrata” (1). |
1.2. |
Il-KESE jaqbel mal-fehma li r-reġistrazzjonijiet il-ġodda tal-karozzi u tal-vannijiet fl-Unjoni Ewropea għandhom jagħmluha possibbli li jinkiseb tnaqqis ta’ 100 % fl-emissjonijiet mill-flotta kollha tal-UE sal-2035. Il-KESE jappoġġja l-miri tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-flotta kollha proposti għall-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri b’55 % (meta mqabbla mal-mira tal-2021), u jappoġġja wkoll b’mod ġenerali l-mira ta’ tnaqqis ta’ 50 % għall-vetturi kummerċjali ħfief mill-2030. |
1.3. |
Il-KESE jisħaq li l-limiti tal-flotta jipprovdu spinta qawwija ħafna u effiċjenti għal bidla teknoloġika fl-industrija. F’konformità mal-Opinjoni preċedenti tiegħu (2), il-KESE jinnota li, minkejja l-benefiċċji kollha, l-approċċ tal-“emissjonijiet mill-egżost” għandu jiġi kkomplementat minn strumenti ta’ politika oħrajn. Il-Pakkett Lesti għall-Mira ta’ 55 % irid jiżgura approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja u jevita l-elettrifikazzjoni tat-trasport bit-triq li twassal għal bidla fl-emissjonijiet upstream fil-katina tal-valur. |
1.4. |
Il-KESE jafferma mill-ġdid bil-qawwa li l-mobilità individwali trid tibqa’ aċċessibbli u bi prezzijiet raġonevoli għal kulħadd, b’mod speċjali għal dawk li jivvjaġġaw li ma għandhomx aċċess għal trasport pubbliku ta’ kwalità jew għal soluzzjonijiet oħra ta’ mobilità (3). |
1.5. |
Is-settur tal-karozzi huwa ta’ importanza strateġika għall-ekonomija Ewropea. Il-manifattura tal-karozzi (assemblaġġ u fornituri) timpjega 2,6 miljun ħaddiem u tiġġenera 900 000 impjieg fl-industriji tal-forniment, li flimkien jirrappreżentaw 11,6 % tal-impjiegi fil-manifattura fl-UE. |
1.6. |
Bl-aċċellerazzjoni drammatika tar-ritmu tad-dekarbonizzazzjoni li l-pakkett Lesti għall-Mira ta’ 55 % se jinvolvi, l-aktar fl-industrija tal-karozzi, se jkunu meħtieġa riżorsi addizzjonali — pereżempju, f’Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF) estiż — biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi soċjali tal-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet f’reġjuni dipendenti mill-ktajjen tal-provvista tal-karozzi. |
1.7. |
Il-KESE jafferma mill-ġdid it-talba tiegħu biex titwettaq evalwazzjoni li tinkludi s-sitwazzjoni attwali dwar il-kwalifiki u t-taħriġ (mill-ġdid) tal-persunal kif ukoll analiżi aġġornata tal-oqsma li fihom tkun meħtieġa azzjoni (addizzjonali) sabiex jittejbu aktar il-ħiliet u l-kwalifiki tal-impjegati fl-industrija tal-karozzi għat-tranżizzjoni strutturali (4). Il-KESE jtenni li dawn l-aspetti għandhom jiġu inklużi fid-dispożizzjonijiet proposti dwar il-governanza u l-monitoraġġ. |
1.8. |
Il-KESE huwa mħasseb li sakemm ma jkunx hemm fis-seħħ l-infrastruttura tal-iċċarġjar meħtieġa biex tappoġġja t-tranżizzjoni, se jkun diffiċli biex jintlaħqu l-miri għt-tnaqqis tal-emissjonijiet. L-infrastruttura tal-iċċarġjar għandha tiġi implimentata fejn in-nies jgħixu, jaħdmu u jiżvolġu l-attivitajiet tagħhom ta’ kuljum. |
1.9. |
Il-fjuwils rinnovabbli u dawk b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, kif ukoll l-e-fjuwils, jista’ jkollhom xi rwol x’jaqdu fid-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bit-triq, b’mod speċjali għall-flotta eżistenti u għal partijiet li diffiċli jiġu elettrifikati, iżda jridu jiġu applikati standards ta’ sostenibbiltà sodi. |
2. Kuntest tal-proposta
2.1. |
Il-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (5) nediet strateġija ġdida għat-tkabbir għall-UE li għandha l-għan li tittrasforma lill-UE f’soċjetà ġusta u prospera, b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva. Hija tafferma mill-ġdid l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li żżid il-miri klimatiċi tagħha u tagħmel lill-Ewropa l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050. |
2.2. |
Dan l-objettiv huwa stabbilit fil-Komunikazzjoni “Pjaneta Nadifa għal Kulħadd — Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima” (6). |
2.3. |
Abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt komprensiva, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 (7) ipproponiet li tiżdied l-ambizzjoni tal-UE u li jitressaq pjan komprensiv biex il-mira vinkolanti tal-Unjoni Ewropea għall-2030 lejn tnaqqis nett fl-emissjonijiet tiżdied għal mill-anqas 55 %, b’mod responsabbli. Il-mira għall-2030 hija konformi mal-objettiv tal-Ftehim ta’ Pariġi li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm ferm taħt iż-2 oC u li jsiru sforzi biex din tinżamm għal 1,5 oC. Il-Kunsill Ewropew approva l-mira vinkolanti l-ġdida tal-UE għall-2030 fil-laqgħa tiegħu ta’ Diċembru 2020 (8). Sabiex twettaq dan il-livell ogħla ta’ ambizzjoni għall-2030, il-Kummissjoni rrieżaminat il-leġiżlazzjoni attwalment fis-seħħ dwar il-klima u l-enerġija, li hija mistennija li tnaqqas biss l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’40 % sal-2030 u b’60 % sal-2050. |
2.4. |
Dan il-pakkett leġiżlattiv “lesti għall-mira ta’ 55 %”, kif imħabbar fil-Pjan dwar il-Mira Klimatika tal-Kummissjoni (9), huwa l-aktar element komprensiv fl-isforzi għall-implimentazzjoni tal-mira klimatika ambizzjuża l-ġdida għall-2030, u s-setturi u l-politiki ekonomiċi kollha, inkluż it-trasport bit-triq, se jkollhom jikkontribwixxu għal dan. |
2.5. |
L-industrija tal-karozzi hija ta’ importanza fundamentali għall-ekonomija tal-UE u tammonta għal aktar minn 7 % tal-PDG tal-UE, u tipprovdi impjiegi, direttament jew indirettament, lil 12,6 miljun Ewropew. L-investiment tal-UE fil-karozzi għar-riċerka u l-iżvilupp jammonta għal EUR 60,9 biljun fis-sena. |
2.6. |
L-Istrateġija tal-Kummissjoni għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti (10) tindirizza l-isfidi usa’ tat-tranżizzjoni lejn mobbiltà b’emissjonijiet żero u tistabbilixxi pjan direzzjonali biex it-trasport Ewropew jitqiegħed b’mod sod fit-triq it-tajba għal futur sostenibbli u intelliġenti. |
2.7. |
Il-Pjan ta’ Azzjoni li jakkumpanja l-Istrateġija jinkludi politiki mmirati, fost affarijiet oħra, lejn it-tisħiħ tal-użu ta’ vetturi b’emissjonijiet żero u l-infrastruttura relatata. Il-bidla lejn vetturi b’emissjonijiet żero se tipprevjeni t-tniġġis u ttejjeb is-saħħa taċ-ċittadini tagħna; dan jappoġġja wkoll l-Ambizzjoni ta’ Tniġġis Żero tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, kif artikolat fil-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero (11). |
2.8. |
L-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief huma xprunaturi ewlenin għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 fis-settur, kif muri fil-Komunikazzjoni dwar it-Tisħiħ tal-Ambizzjoni Klimatika tal-Ewropa għall-2030. L-objettivi ġenerali ta’ din il-proposta huma li tikkontribwixxi għall-kisba tan-newtralità klimatika sal-2050 u għal dan il-għan, f’konformità mal-Liġi Ewropea dwar il-Klima, li tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq tnaqqis nett ta’ mill-anqas 55 % fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2030 meta mqabbel mal-1990. |
2.9. |
L-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2, li jipprovdu vetturi ġodda b’emissjonijiet żero lis-suq, huma wkoll miżura komplementari għad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) (id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli), li se tiddekarbonizza l-produzzjoni tal-elettriku użat fil-vetturi elettriċi u tinċentiva l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għall-vetturi b’magna ta’ kombustjoni li qed jintużaw attwalment. Hemm ukoll sinerġiji importanti bejn l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 u sistema msaħħa għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet (ETS) (13) u d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. |
3. Kummenti ġenerali
3.1. |
Il-KESE jtenni l-appoġġ tiegħu għall-objettiv tal-Patt Ekoloġiku Ewropew li l-UE ssir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050, u l-appoġġ tiegħu għall-miri riveduti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet sal-2030, kif stabbilit fl-Opinjoni tal-Kumitat dwar il-Liġi Ewropea dwar il-Klima (14). |
3.2. |
It-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE b’minn tal-inqas 55 % sal-2030 se jirrikjedi sforzi addizzjonali sinifikanti fis-setturi kollha tal-ekonomija. Dan jgħodd speċjalment għat-trasport. Is-settur tat-trasport huwa fost il-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku tal-UE, bl-objettiv ġenerali li sal-2050 jinkiseb tnaqqis ta’ 90 % fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport. L-emissjonijiet relatati mat-trasport bit-triq huma responsabbli għal 22 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tal-UE u għal 27 % tal-emissjonijiet tas-CO2 tagħha (15). Skont id-data uffiċjali, l-emissjonijiet mit-trasport bit-triq kienu 26,8 % ogħla fl-2018 minn dawk fl-1990 (16). Aktar reċentement, l-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri żdiedu għat-tielet sena konsekuttiva fl-2019, u laħqu 122,3 grammi ta’ diossidu tal-karbonju għal kull kilometru (g CO2/km) (17). |
3.3. |
Il-KESE jissottolinja l-importanza tal-Istrateġija tal-UE dwar il-Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti, li stabbiliet sensiela ta’ stadji importanti biex jintlaħaq dan l-objettiv ambizzjuż biex it-trasport isir adattat għal Ewropa newtrali għall-klima fl-2050. Billi tibni fuq dokumenti ta’ politika preċedenti, l-Istrateġija tippromovi b’mod ġust “approċċ ta’ sistema integrata”, li jiddependi minn portafoll ta’ strumenti komplementari biex jiġi ttrasformat it-trasport. L-istandards tal-emissjonijiet għandhom rwol ewlieni x’jaqdu iżda l-ilħuq tal-miri stabbiliti se jirrikjedi sforzi addizzjonali biex tiġi implimentata l-infrastruttura, biex tiżdied il-produzzjoni tal-elettriku dekarbonizzat u biex jiġu stabbiliti mekkaniżmi għall-prezz tal-karbonju għat-trasport (18). |
3.4. |
Ir-Regolament dwar l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi u għall-vetturi kummerċjali ħfief huwa l-pedament tal-istrateġija tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fis-settur. Il-KESE jirrimarka li reviżjoni fil-fond tar-Regolament dwar l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief tlestiet fl-2018 (19). Il-KESE jirrikonoxxi li madankollu, din ir-reviżjoni reċenti mhijiex biżżejjed biex jintlaħqu l-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra kif stabbiliti fil-Liġi tal-UE dwar il-Klima. |
3.5. |
Is-settur tal-karozzi huwa ta’ importanza strateġika għall-ekonomija Ewropea. Il-manifattura tal-karozzi (assemblaġġ u fornituri) timpjega 2,6 miljun ħaddiem u tiġġenera 900 000 impjieg fl-industriji tal-forniment, li flimkien jirrappreżentaw 11,6 % tal-impjiegi fil-manifattura fl-UE. B’kollox, l-attivitajiet relatati mal-karozzi jimpjegaw 12,6 miljun persuna fl-Ewropa, li jfisser li s-settur tal-karozzi huwa responsabbli għal 6,6 % tal-impjiegi kollha tal-UE. L-industrija tal-karozzi tal-UE tiġġenera EUR 76 biljun ta’ surplus kummerċjali kull sena u hija responsabbli għal 33 % tal-infiq totali fuq ir-riċerka u l-iżvilupp fl-UE. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, ix-xiri u l-użu ta’ vetturi bil-mutur huma sors ewlieni ta’ dħul mit-tassazzjoni għall-Istati Membri, bil-Ġermanja biss tiġbor kważi EUR 100 biljun fis-sena (20). |
3.6. |
L-ilħuq tal-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-2030 għat-trasport bit-triq se jirrikjedi sforzi kbar biex l-industrija tal-karozzi tinbidel u tiġi ssostitwita l-flotta eżistenti tal-vetturi. L-użu ta’ vetturi elettriċi fl-Ewropa qed jiżdied b’mod rapidu f’ħafna Stati Membri iżda għadu limitat, fid-dawl tal-fatt li l-karozzi elettriċi jirrappreżentaw biss 3,5 % tar-reġistrazzjonijiet totali tal-karozzi ġodda fl-2019, inklużi l-vetturi elettriċi bil-batterija (BEV) u l-vetturi elettriċi ibridi plug-in (PHEV), filwaqt li l-karozzi elettriċi jirrappreżentaw biss 1,2 % tal-flotta eżistenti tal-karozzi fl-UE (21). Ċifri reċenti jindikaw estensjoni rapida tal-ishma mis-suq tal-vetturi BEV u PHEV b’9,8 %, u 9,1 % tas-sehem mis-suq rispettivament fit-tielet kwart tal-2021 (22). |
3.7. |
Għandu jiġi kkunsidrat li l-industrija tal-karozzi tal-UE se jkollha tiddekarbonizza f’kuntest fejn qed issibha diffiċli b’sensiela ta’ fatturi ewlenin oħra ta’ bidliet strutturali li diġà għandhom impatt sinifikanti fuq il-forza tax-xogħol tagħha: l-awtomatizzazzjoni u r-robotizzazzjoni tal-linji tal-assemblaġġ jinvolvu kisbiet fil-produttività li se jkollhom impatt fuq in-numru ta’ sigħat maħduma fis-settur (23), in-nuqqas kontinwu ta’ semikondutturi wassal għal telf fil-produzzjoni, u l-pandemija u l-konsegwenzi tagħha wasslu għal tnaqqis storiku fil-bejgħ u l-produzzjoni. |
3.8. |
Il-KESE jafferma mill-ġdid bil-qawwa li l-mobilità individwali trid tibqa’ aċċessibbli u bi prezzijiet raġonevoli għal kulħadd, b’mod speċjali għal dawk li jivvjaġġaw lejn ix-xogħol u lura li ma għandhomx aċċess għal trasport pubbliku ta’ kwalità jew għal soluzzjonijiet oħra ta’ mobilità (24). Ostaklu sinifikanti għat-tkabbir tas-suq tal-BEV huwa l-prezzijiet għoljin tax-xiri bil-quddiem, li jwasslu għal spejjeż akbar ta’ deprezzament għall-ewwel sidien, li jiddeterminaw it-taħlita tal-istokk. Madankollu, diversi rapporti juru li l-vetturi BEV diġà huma l-aktar għażla affordabbli għall-konsumaturi f’ħafna pajjiżi meta titqies l-ispiża totali tas-sjieda (25). Se jkun essenzjali li, fis-snin li ġejjin, il-miżuri ta’ appoġġ u l-inċentivi jinżammu proporzjonati sabiex joffru benefiċċji għall-utenti ta’ vetturi użati, li se jibbenefikaw l-aktar mill-elettrifikazzjoni. |
3.9. |
F’Mejju 2020, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li tistabbilixxi EUR 40 biljun f’“Fond għal Tranżizzjoni Ġusta” biex tappoġġja reġjuni li jiddependu mill-industriji intensivi fil-faħam u s-CO2 fl-isforzi tagħhom biex jiddekarbonizzaw. Fil-kuntest tal-baġit tal-UE u tan-negozjati tal-UE dwar l-irkupru, l-Istati Membri qablu li jiddedikaw EUR 17,5 biljun lill-JTF. Bl-aċċellerazzjoni drammatika tal-pass tad-dekarbonizzazzjoni li se jinvolvi l-pakkett Lesti għall-Mira ta’ 55 %, l-aktar fl-industrija tal-karozzi, se jkunu meħtieġa riżorsi addizzjonali biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi soċjali tal-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fir-reġjuni li jiddependu mill-ktajjen tal-provvista tal-karozzi. |
4. Kummenti speċifiċi
4.1. |
Il-KESE jisħaq li l-limiti tal-flotta jipprovdu spinta qawwija ħafna u effiċjenti għal bidla teknoloġika fl-industrija. Dan huwa dovut l-aktar għal dan l-impuls regolatorju li l-industrija Ewropea tal-karozzi stabbiliet fit-triq lejn vetturi mingħajr emissjonijiet. Limiti aktar ambizzjużi tal-flotta se jgħinu biex jiġi żgurat li l-Ewropa tkun tista’ ssir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050. |
4.2. |
Il-KESE jaqbel mal-fehma li r-reġistrazzjonijiet il-ġodda tal-karozzi u tal-vannijiet fl-Unjoni Ewropea għandhom jagħmluha possibbli li jinkiseb tnaqqis ta’ 100 % fl-emissjonijiet mill-flotta kollha tal-UE sal-2035. Il-KESE jindika li din il-mira ta’ tnaqqis tista’ tinkiseb biss jekk il-kundizzjonijiet qafas jkunu kollha interkonnessi bl-aħjar mod u l-klijenti (madwar l-Unjoni Ewropea) ikunu jistgħu jiġu konvinti li jaqilbu għal vetturi b’emissjonijiet żero. Għalhekk huwa importanti li tiġi introdotta l-infrastruttura meħtieġa tal-iċċarġjar fejn in-nies jgħixu, jaħdmu u jwettqu l-attivitajiet tagħhom ta’ kuljum, filwaqt li jiġi żgurat li din l-infrastruttura tal-iċċarġjar tkun konvenjenti għalihom. |
4.3. |
Il-KESE jappoġġja l-miri proposti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-flotta kollha tal-UE għal karozzi ġodda tal-passiġġieri b’55 % (meta mqabbla mal-mira tal-2021) mill-2030. Il-KESE jinnota li, minħabba ċ-ċikli speċifiċi ta’ produzzjoni u żvilupp fl-industrija tal-karozzi, issa jridu jittieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa fl-industrija biex tinkiseb din il-mira. |
4.4. |
Filwaqt li jappoġġja wkoll b’mod ġenerali l-mira ta’ tnaqqis ta’ 50 % għall-vetturi kummerċjali ħfief, il-KESE jiġbed l-attenzjoni kemm għaċ-ċiklu speċifiku tal-produzzjoni u l-iżvilupp kif ukoll għall-użu tipiku ta’ dawn il-vetturi. Il-KESE huwa mħasseb li sakemm ma jkunx hemm fis-seħħ l-infrastruttura tal-iċċarġjar biex tappoġġja t-tranżizzjoni, se jkun diffiċli biex jintlaħqu l-miri tat-tnaqqis u għalhekk jistgħu jkunu meħtieġa kriterji addizzjonali. |
4.5. |
Il-KESE jafferma mill-ġdid it-talba tiegħu tal-2018 għal rieżami ta’ nofs it-terminu tar-Regolament attwali (oriġinarjament ippjanat għall-2024) li jkun jinkludi s-sitwazzjoni attwali dwar il-kwalifika u t-taħriġ (mill-ġdid) tal-persunal kif ukoll analiżi aġġornata tal-oqsma li fihom tkun meħtieġa azzjoni (addizzjonali) sabiex jittejbu aktar il-ħiliet u l-kwalifiki tal-impjegati fl-industrija tal-karozzi għat-tranżizzjoni strutturali (26). Il-KESE jtenni li dawn l-aspetti għandhom jiġu inklużi fid-dispożizzjonijiet proposti dwar il-governanza u l-monitoraġġ, li għandhom ikunu bbażati fuq testijiet tal-emissjonijiet f’kundizzjonijiet ta’ sewqan fl-użu reali. |
4.6. |
Ir-reviżjoni tar-Regolament dwar l-istandards tas-CO2 trid tkun ibbażata fuq in-newtralità teknoloġika, filwaqt li jiġi kkunsidrat li mhux l-għażliet kollha joffru prestazzjoni għolja ta’ effiċjenza enerġetika. Għalkemm l-elettrifikazzjoni hija b’mod ċar l-għażla ewlenija fir-rigward tad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bit-triq, tista’ ma tkunx l-aktar għażla rilevanti għal modi tat-trasport aktar tqal jew għal trasport fuq distanzi twal. Kif enfasizzat mill-Kummissjoni Ewropea fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2018 “Pjaneta Nadifa għal Kulħadd”, għandha titqies varjetà wiesgħa ta’ teknoloġiji u l-approċċ tal-UE jrid ikun ibbażat fuq in-newtralità teknoloġika. Il-batteriji, l-idroġenu, il-bijofjuwils avvanzati, il-bijometan u l-likwidi elettroniċi se jkollhom rwol fid-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tat-trasport. Il-KESE jappoġġja l-prinċipju tan-“newtralità teknoloġika” u jisħaq fuq il-ħtieġa li fit-taħlita tal-mobbiltà jinżammu s-sistemi ta’ motopropulsjoni kollha li jissodisfaw l-istandards tas-CO2 u tal-emissjonijiet f’konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku. |
4.7. |
F’konformità mal-Opinjoni preċedenti tiegħu (27), il-KESE jinnota li, minkejja l-benefiċċji kollha, l-approċċ tal-“emissjonijiet mill-egżost” magħżul fl-abbozz ta’ regolament għandu jiġi kkomplementat minn strumenti ta’ politika oħrajn. Il-pakkett Lesti għall-Mira ta’ 55 % irid jiżgura approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja u jevita l-elettrifikazzjoni tat-trasport bit-triq li twassal għal bidla fl-emissjonijiet upstream fil-katina tal-valur. Ir-reviżjoni tas-Sistema tal-UE għall-Iskambu tal-Emissjonijiet, kif ukoll id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, iridu jiżguraw li l-elettrifikazzjoni tat-trasport bit-triq u d-dekarbonizzazzjoni tal-produzzjoni tal-elettriku jseħħu bl-istess pass. |
4.8. |
L-adozzjoni attwali tas-suq turi li t-teknoloġija ibrida rikarikabbli tista’ taġixxi bħala teknoloġija ta’ punt ta’ dħul u teknoloġija tranżizzjonali biex tgħin biex jintlaħqu l-miri klimatiċi fis-settur tat-trasport. Madankollu, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-vetturi ibridi jintużaw f’modalità purament elettrika għall-biċċa l-kbira tal-ħin, b’iċċarġjar frekwenti. Sabiex tiġi miġġielda d-diskussjoni dejjem tikber dwar it-tikkettar qarrieqi tal-PHEVs, għandhom jittieħdu miżuri malajr biex tingħata spinta lill-proporzjon ta’ “vjaġġi elettriċi”, inklużi:
|
4.9. |
Il-fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, kif ukoll l-e-fjuwils, jista’ jkollhom ċertu rwol x’jaqdu fid-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bit-triq, speċjalment għall-flotta eżistenti u għall-partijiet li diffiċli jiġu elettrifikati, peress li dawn il-fjuwils se jkunu meħtieġa bħala prijorità għad-dekarbonizzazzjoni ta’ partijiet tas-sistema tat-trasport li huma diffiċli biex jiġu elettrifikati, bħall-avjazzjoni u t-trasport marittimu. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni tal-UE trid tiżgura li jiġu applikati standards robusti ta’ sostenibbiltà. L-ewwel nett, valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja trid tiżgura li l-impronta tal-karbonju tkun konsistenti mal-objettiv li tintlaħaq in-newtralità klimatika fl-2050. It-tieni, anke jekk limitat, l-użu ta’ dawn il-fjuwils alternattivi jrid ikun konformi mal-SDGs tan-NU u, b’riżultat ta’ dan, il-bijofjuwils mill-għelejjel, il-bijofjuwils ibbażati fuq il-palm u s-sojja jridu jitneħħew gradwalment. |
4.10. |
Il-KESE huwa favur it-tneħħija tad-deroga għall-manifatturi ta’ volum żgħir ta’ karozzi, li jirreġistraw inqas minn 10 000 karozza jew inqas minn 22 000 vann fis-sena, mill-2030 ’l hawn. Suq niċċa ġenerali għall-vetturi li mhumiex marbuta mal-miri tal-emissjonijiet mhuwiex aċċettabbli. Madankollu, il-proposta ma għandhiex dispożizzjoni għal karozzi bi skop speċjali li huma diffiċli biex jiġu elettrifikati. |
Brussell, id-19 ta’ Jannar 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) ĠU C 286, 16.7.2021, p. 158.
(2) ĠU C 227, 28.6.2018, p. 52.
(3) L-Opinjoni tal-KESE dwar “L-istrateġija tal-UE dwar il-mobilità u l-katini ta’ valur industrijali tal-UE: approċċ ekosistemiku fl-industrija tal-karozzi” (opinjoni fuq inizjattiva proprja), punt 1.3 (ĠU C 105, 4.3.2022, p. 26).
(4) ĠU C 227, 28.6.2018, p. 52, punti 1.6 u 4.13.
(5) COM(2019) 640 final.
(6) COM(2018) 773 final.
(7) COM(2020) 562 final.
(8) Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-10 u l-11 ta’ Diċembru 2020, EUCO 22/20 CO EUR 17 CONCL 8.
(9) COM(2020) 562 final.
(10) COM(2020) 789 final.
(11) COM(2021) 400 final, ara wkoll f’dan il-kuntest id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja aktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1) u d-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).
(12) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(13) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(14) ĠU C 364, 28.10.2020, p. 143.
(15) https://unfccc.int/documents/275968
(16) https://www.eea.europa.eu/data-and-maps/indicators/transport-emissions-of-greenhouse-gases-7/assessment
(17) https://www.eea.europa.eu/highlights/average-car-emissions-kept-increasing
(18) ĠU C 286, 16.7.2021, p. 158.
(19) ĠU C 227, 28.6.2018, p. 52.
(20) Ċifri tal-ACEA, 2021 https://www.acea.auto/files/ACEA_Pocket_Guide_2021-2022.pdf
(21) UE + ir-Renju Unit, in-Norveġja u l-Iżlanda: https://www.eea.europa.eu/data-and-maps/indicators/proportion-of-vehicle-fleet-meeting-5/assessment; BEV 0,4 % u ibridi 0,8 %; Ċifri tal-ACEA, 2021.
(22) https://www.acea.auto/fuel-pc/fuel-types-of-new-cars-battery-electric-9-8-hybrid-20-7-and-petrol-39-5-market-share-in-q3-2021/
(23) Ara l-Istitut Fraunhofer, studju ELAB 2.0.
(24) L-Opinjoni tal-KESE dwar “L-istrateġija tal-UE dwar il-mobilità u l-katini ta’ valur industrijali tal-UE: approċċ ekosistemiku fl-industrija tal-karozzi” (Opinjoni fuq inizjattiva proprja), punt 1.3 (ĠU C 105, 4.3.2022, p. 26).
(25) https://www.beuc.eu/publications/beuc-x-2021-039_electric_cars_calculating_the_total_cost_of_ownership_for_consumers.pdf
(26) ĠU C 227, 28.6.2018, p. 52, punti 1.6 u 4.13.
12.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/87 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm ta’ Politika tal-2030
‘Il-Perkors għad-Deċennju Diġitali’”
(COM(2021) 574 final — 2021/0293 (COD))
(2022/C 194/12)
Relatur: Violeta JELIĆ
Korelatur: Philip VON BROCKDORFF
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 18.10.2021 Kunsill, 26.10.2021 |
Bażi legali |
Artikolu 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
Adottata fis-sezzjoni |
13.12.2021 |
Adottata fil-plenarja |
19.1.2022 |
Sessjoni plenarja Nru |
566 |
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
239/1/6 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. |
Il-COVID-19 żvelat l-importanza kritika tat-teknoloġija għar-reżiljenza ekonomika u tas-saħħa, u b’hekk it-trasformazzjoni u s-sovranità diġitali tal-UE saru kwistjoni ta’ importanza eżistenzjali. Għalhekk, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) iħeġġeġ lill-UE tiżviluppa s-sovranità diġitali tagħha, li matul is-snin li ġejjin hija mistennija li tkun pilastru kruċjali tat-triq tal-Ewropa lejn l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali. |
1.2. |
Il-KESE jenfasizza l-fatt li s-sovranità diġitali trid tkun ibbażata fuq il-kompetittività globali, filwaqt li sserraħ fuq kooperazzjoni soda bejn l-Istati Membri, li huwa prerekwiżit meħtieġ biex l-UE tistabbilixxi l-istandards globali, inkluż fl-affidabbiltà tat-teknoloġiji. |
1.3. |
Il-KESE jisħaq fuq il-ħtieġa li t-trasformazzjoni diġitali sseħħ b’mod sostenibbli, iċċentrat fuq il-bniedem u inklużiv. Għal dan il-għan, il-KESE jqis li huwa kruċjali li jiġi garantit l-involviment tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, inklużi l-imsieħba soċjali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u partijiet interessati oħra kkonċernati, fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-programm ta’ politika u l-pjani direzzjonali nazzjonali relatati. |
1.4. |
Trasformazzjoni diġitali ta’ suċċess tirrikjedi eċċellenza fit-teknoloġija u fit-talent. Barra minn hekk, hija tirrikjedi bażi soda u komprensiva ta’ ħiliet u kompetenzi diġitali fost iċ-ċittadini kollha. Il-KESE jindika l-ħtieġa li tingħata attenzjoni speċifika lill-persuni li huma l-aktar vulnerabbli f’termini ta’ esponiment għad-distakk diġitali, bħall-persuni akbar fl-età, il-persuni b’livell baxx ta’ kwalifiki u l-persuni b’diżabilità. |
1.5. |
L-eċċellenza teknoloġika tiddependi minn bażi industrijali b’saħħitha, innovazzjoni u investiment intensivi. Il-KESE jenfasizza l-importanza tal-investiment fl-infrastruttura diġitali u l-iżvilupp tas-suq uniku fid-data bħala faċilitaturi essenzjali tal-iżvilupp diġitali xieraq fir-reġjuni kollha tal-UE, kemm fost iċ-ċittadini kif ukoll fin-negozji. |
1.6. |
Il-kumpaniji Ewropej jeħtieġu kundizzjonijiet favorevoli għall-innovazzjoni, l-investiment u l-operat, meta mqabbla ma’ kompetituri barranin. Filwaqt li jiġu promossi negozji innovattivi, irid jiġi żgurat li n-negozji kollha, inklużi l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, jiġu mħeġġa biex b’hekk ikunu jistgħu jiġu involuti u jibbenefikaw mill-progress. |
1.7. |
Biex wieħed ikun f’pożizzjoni primarja diġitali jirrikjedi kooperazzjoni bejn is-setturi privati u pubbliċi. Il-KESE jisħaq fuq ir-rwol vitali tas-settur pubbliku fl-iżvilupp diġitali, permezz tad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi u l-amministrazzjoni. Dan huwa mod kif tittejjeb mhux biss l-effiċjenza ta’ dawn is-servizzi iżda wkoll biex jiġi ffaċilitat l-aċċess inklużiv għalihom. |
1.8. |
Il-KESE jqis il-proġetti bejn diversi pajjiżi bħala inizjattiva siewja mmirata lejn il-promozzjoni tal-eċċellenza tal-UE fit-teknoloġija diġitali u lejn it-tisħiħ tal-pożizzjoni globali tagħha. Din l-inizjattiva tgħin ukoll biex jinstabu soluzzjonijiet għall-isfidi li jirrikjedu aktar riżorsi milli huwa possibbli għal Stat Membru individwali, minbarra t-tixrid ta’ prattiki tajbin bejn il-fruntieri. Il-Kumitat jilqa’ wkoll l-idea tal-Konsorzju Ewropew għall-Infrastruttura Diġitali (EDIC) bħala għodda biex il-finanzjament tal-UE u dak nazzjonali jingħaqad ma’ finanzjament privat għall-finijiet tal-programm. |
1.9. |
Il-KESE jenfasizza li l-proġetti bejn diversi pajjiżi għandhom jinvolvu kemm jista’ jkun Stati Membri sabiex jappoġġjaw Suq Uniku Diġitali interkonness, interoperabbli u sigur, u jindirizzaw kwalunkwe diskrepanza fil-kapaċitajiet kritiċi madwar l-UE. Għal dan il-għan, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni taċċellera u tmexxi l-proġetti b’mod li jiżgura l-aħjar benefiċċju possibbli mill-perspettiva tal-UE kollha. |
2. Kummenti ġenerali
2.1. |
Il-COVID-19 żvelat l-importanza kritika tat-teknoloġija għar-reżiljenza ekonomika u tas-saħħa, u b’hekk it-trasformazzjoni u s-sovranità diġitali tal-UE saru kwistjoni ta’ importanza eżistenzjali. It-tensjonijiet li dejjem jiżdiedu bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina huma inċentiv addizzjonali biex l-UE tiżviluppa l-kapaċitajiet diġitali tagħha stess; tali tensjoni tirriskja li ssir kamp ta’ battalja fil-ġlieda għas-supremazija teknoloġika u industrijali. |
2.2. |
F’dan l-isfond, huwa meħtieġ li l-UE tieħu azzjoni urġenti u tiżviluppa s-sovranità diġitali tagħha, li matul is-snin li ġejjin hija mistennija li tkun pilastru kruċjali għat-triq ta’ diġitalizzazzjoni u tkabbir ekonomiku tal-Ewropa u li taffettwa wkoll is-sigurtà u l-pożizzjoni globali tagħha. Il-KESE jemmen li s-sovranità diġitali tgħin biex tingħata spinta lill-punti b’saħħithom potenzjali tal-UE u biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strateġiċi fil-qasam tat-teknoloġija. Hija tista’ tagħmel bidla kbira wkoll fil-kuntest tas-suq uniku u twessa’ l-użu tas-swieq miftuħa u l-ktajjen tal-provvista biex tiġi evitata dipendenza żejda minn sistemi proprjetarji. |
2.3. |
L-isfida hija konsiderevoli, peress li l-UE jeħtieġ li tibda tieħu f’idejha t-tmexxija fit-teknoloġija f’sitwazzjoni fejn l-Istati Membri tal-UE bħalissa ma għandhomx pożizzjoni komuni dwar kwistjonijiet teknoloġiċi jew saħansitra fehim kondiviż tal-importanza strateġika tat-teknoloġiji diġitali, bħat-tnedija tal-broadband jew l-applikazzjoni tal-IA. |
2.4. |
It-trasformazzjoni diġitali hija wkoll kwistjoni ta’ valuri tal-UE u mod kif jintużaw it-teknoloġiji moderni biex jittejjeb l-iżvilupp sostenibbli b’mod ekonomiku, soċjali u ambjentali, inkluż il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità u t-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari u newtrali għall-karbonju. Il-KESE jilqa’ l-enfasi fuq approċċ iċċentrat fuq il-bniedem u inklużiv għat-trasformazzjoni diġitali, li jikkunsidra kif imiss l-interessi tal-konsumaturi, tal-ħaddiema, tal-imprendituri u tas-soċjetà b’mod ġenerali, inklużi l-protezzjoni tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data, is-sigurtà tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u l-effiċjenza enerġetika u tal-materjali tas-sistemi diġitali. |
2.5. |
Il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni biex jiġi stabbilit programm ta’ politika għall-2030 bit-titolu “Il-Perkors għad-Deċennju Diġitali” bħala parti mid-diskors tal-Istat tal-Unjoni 2021 u bħala segwitu għall-Komunikazzjoni dwar “Il-Kumpass Diġitali tal-2030” u l-istrateġija diġitali preċedenti. Il-KESE preċedentement ippreżenta l-Opinjoni tiegħu dwar il-Komunikazzjoni (1). |
2.6. |
Il-KESE jenfasizza l-fatt li s-sovranità diġitali jeħtieġ li tkun ibbażata fuq il-kompetittività li tiddependi minn kooperazzjoni soda bejn l-Istati Membri, akkumpanjata mill-involviment intrinsiku tal-partijiet interessati tas-soċjetà ċivili, inklużi n-negozji, il-ħaddiema, il-konsumaturi, id-dinja akkademika u partijiet interessati rilevanti oħra. Is-suċċess fil-kompetizzjoni globali, u li jiġu evitati l-protezzjoniżmu u l-iżolament, huma prerekwiżit biex l-UE tistabbilixxi standards globali, anke fl-affidabbiltà u l-iċċentrar tat-teknoloġiji fuq il-bniedem. Dan jirrikjedi eċċellenza fit-teknoloġija u fit-talent. Barra minn hekk, hija tirrikjedi bażi soda u komprensiva ta’ ħiliet u kompetenzi diġitali fost iċ-ċittadini kollha. |
2.7. |
L-investiment fl-infrastruttura diġitali u l-iżvilupp tas-suq uniku fid-data huma faċilitaturi essenzjali u meħtieġa tal-iżvilupp diġitali xieraq fir-reġjuni kollha tal-UE. Kundizzjonijiet ekwivalenti u bbażati fuq ir-regoli għall-attivitajiet diġitali huma importanti wkoll fil-livell internazzjonali. Fl-istess waqt, qed isir dejjem aktar importanti li tingħata attenzjoni xierqa liċ-ċibersigurtà tul il-ktajjen tal-valur kollha. |
2.8. |
L-eċċellenza teknoloġika tiddependi minn bażi industrijali b’saħħitha, minn innovazzjoni intensiva u minn investiment. Għalhekk, il-kumpaniji Ewropej jeħtieġu ambjent kummerċjali ġenerali li jipprovdihom b’kundizzjonijiet favorevoli meta mqabbla ma’ kompetituri barranin. Filwaqt li jiġu promossi negozji innovattivi, irid jiġi żgurat li n-negozji kollha, inklużi l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, jiġu mħeġġa u appoġġjati biex ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom u jibbenefikaw mill-progress. |
2.9. |
Biex wieħed ikun f’pożizzjoni primarja diġitali jirrikjedi kooperazzjoni bejn is-setturi privati u pubbliċi. Il-KESE jisħaq fuq ir-rwol vitali tas-settur pubbliku fl-iżvilupp diġitali, permezz tad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi u l-amministrazzjoni. Dan huwa mod kif tittejjeb mhux biss l-effiċjenza tas-servizzi iżda wkoll biex jiġi ffaċilitat l-aċċess inklużiv għalihom. |
2.10. |
F’dan l-isfond, il-KESE jqis li l-erba’ oqsma ta’ prijorità ta’ azzjoni stabbiliti fil-Kumpass Diġitali — ħiliet, infrastruttura, negozji, settur pubbliku — huma ta’ rilevanza kbira fit-trasformazzjoni diġitali. Il-KESE jemmen ukoll li miri konkreti għal kull qasam ta’ prijorità jgħinu biex jiggwidaw u jsegwu l-progress. Madankollu, huwa daqstant importanti li jinħolqu kundizzjonijiet abilitanti u ta’ appoġġ sabiex jiġu implimentati l-miżuri speċifiċi li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-miri. |
2.11. |
Il-finanzjament huwa wieħed mill-faċilitaturi ċentrali tal-iżvilupp diġitali. Kemm il-finanzjament pubbliku kif ukoll dak privat għandhom rwol importanti fl-iffaċilitar tal-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni, fl-edukazzjoni u t-taħriġ, u fl-infrastruttura teknika. Il-qafas regolatorju huwa fattur ġenerali ieħor li jifforma l-iżvilupp diġitali. Il-KESE jqis li huwa importanti li r-regolazzjoni tinkoraġġixxi l-innovazzjoni u l-investiment fid-diġitalizzazzjoni, f’konformità mad-drittijiet tal-bniedem u mal-objettivi ambjentali u klimatiċi. |
2.12. |
Il-KESE jemmen li l-kooperazzjoni u l-azzjoni koordinata bejn l-Istati Membri huma vitali sabiex ir-riżorsi jintużaw b’mod aktar effiċjenti, u biex jippermettu li jitwettqu investimenti fuq skala kbira li ma jistgħux isiru minn pajjiżi individwali waħedhom. Il-kooperazzjoni hija kruċjali wkoll biex wieħed ikun f’pożizzjoni primarja diġitali fuq skala globali. Il-KESE jaqbel ukoll mal-proposta li t-triq diġitali titfassal bl-użu ta’ approċċ transsettorjali u bl-integrazzjoni tal-oqsma ta’ politika rilevanti kollha bħar-riċerka u l-innovazzjoni u l-politiki industrijali, tal-edukazzjoni, ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi. |
2.13. |
Madankollu, għandu jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha jkunu inklużi fit-tranżizzjoni u fl-isforzi diġitali. F’dan ir-rigward, il-proposta jeħtieġ li tqis kif xieraq il-persuni l-aktar vulnerabbli fir-rigward tal-esponiment għad-distakk diġitali. Għalhekk għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-bżonnijiet tal-persuni akbar fl-età u tal-persuni b’diżabilità, fir-rigward tal-ħtiġijiet marbutin mat-taħriġ, it-taħriġ fil-ħiliet u l-aċċessibbiltà f’dak li jirrigwarda s-servizzi diġitali. |
2.14. |
Sabiex jiġu żgurati l-adozzjoni u l-implimentazzjoni inklużivi tal-programm, u fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-programm ta’ politika u l-pjani direzzjonali nazzjonali relatati, il-KESE jqis li huwa kruċjali li jiġi garantit l-involviment tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, mhux biss l-imsieħba soċjali, iżda wkoll l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u partijiet interessati oħra. |
3. Kummenti speċifiċi
3.1. |
Il-KESE jilqa’ l-viżjoni u l-perkorsi tal-Kummissjoni għat-trasformazzjoni diġitali tal-Ewropa peress li din tippromovi azzjoni koordinata fl-UE billi tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u kooperazzjoni għat-tmexxija u t-tisħiħ tal-politiki, tal-miżuri u tal-azzjoni, biex jintlaħqu l-miri diġitali tal-UE permezz ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. |
3.2. Għanijiet ġenerali
3.2.1. |
Il-KESE jqis li l-objettivi ġenerali ddikjarati fil-proposta huma rilevanti għat-tisħiħ tal-iżvilupp diġitali b’mod effettiv, f’konformità mal-prinċipji u l-aspetti indikati fil-kummenti ġenerali ta’ hawn fuq. |
3.2.2. |
Il-KESE jenfasizza li l-objettivi ġenerali jipprovdu qafas kwalitattiv għall-miri diġitali kwantitattivi u, bħala tali, jeħtieġ li jiġu mmonitorjati mill-qrib flimkien mal-miri, biex jiġi żgurat li l-miri jintlaħqu b’mod li jissodisfa l-objettivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali. |
3.3. Miri diġitali
3.3.1. |
Il-KESE jqis li l-erba’ oqsma ta’ prijorità u l-miri tagħhom jappoġġjaw lil xulxin b’mo reċiproku u jenfasizza li jeħtieġ li jiġu żviluppati fl-intier tagħhom. Pereżempju, ħiliet adegwati u infrastruttura xierqa huma faċilitaturi għall-iżvilupp tan-negozji u tas-servizzi pubbliċi. |
3.3.2. |
Il-KESE jitlob li jkun hemm miri ambizzjużi biex jiżdied l-għadd ta’ persuni li għandhom mill-inqas ħiliet diġitali bażiċi u jemmen li n-nies kollha għandu jkollhom l-opportunità li jiksbu ħiliet diġitali bażiċi, inklużi l-ħiliet fiċ-ċibersigurtà. Il-persuni b’livell baxx ta’ kwalifiki u l-persuni akbar fl-età ma jistgħux jitħallew jibqgħu lura f’dan il-proċess. Dan għandu jiġi ffaċilitat permezz tal-finanzjament tal-UE u dak nazzjonali, pereżempju permezz tal-Fond Soċjali Ewropew. |
3.3.3. |
Minbarra l-mira għall-ħiliet bażiċi, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-ħiliet diġitali vokazzjonali biex tiġi indirizzata d-diskrepanza fil-ħiliet u jiġu ssodisfati d-domandi tal-ħajja tax-xogħol. |
3.3.4. |
Mill-perspettiva tat-tisħiħ tal-eċċellenza diġitali, il-KESE jappoġġja żieda konsiderevoli fl-għadd ta’ professjonisti diġitali b’ħiliet għolja li jkunu impjegati. Il-KESE jqis ukoll li huwa kruċjali li tissaħħaħ il-konverġenza bejn in-nisa u l-irġiel, sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal kollu tas-soċjetà f’dan ir-rigward. Minbarra l-professjonisti lokali, huwa utli li jiġi attirat talent barrani permezz ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni fir-riċerka. |
3.3.5. |
Peress li l-infrastruttura adatta hija prerekwiżit għal kwalunkwe żvilupp diġitali, il-KESE japprova bis-sħiħ il-mira li l-unitajiet domestiċi Ewropej kollha jkunu koperti minn konnessjonijiet affidabbli u veloċi. Dan huwa daqstant importanti għan-negozji kollha. Barra minn hekk, in-negozji u l-konsumaturi huma dejjem aktar interkonnessi permezz ta’ prodotti u servizzi diġitali. |
3.3.6. |
Sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni globali tal-UE u titnaqqas id-dipendenza mit-teknoloġija barranija, il-KESE japprova l-mira li tissaħħaħ il-produzzjoni tas-semikondutturi fl-UE, u jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ ukoll il-produzzjoni ta’ komponenti industrijali oħra. L-istess jgħodd għat-titjib tal-kapaċitajiet kwantistiċi, inkluża l-introduzzjoni rapida ta’ kompjuter kwantistiku u l-użu ta’ edge nodes. |
3.3.7. |
Peress li n-negozji għandhom rwol ċentrali fit-trasformazzjoni diġitali, il-KESE jqis li huwa essenzjali li titħeġġeġ l-adozzjoni tat-teknoloġiji diġitali fl-intrapriżi kollha. Il-KESE japprova l-mira ta’ adozzjoni ta’ 70 %, iżda jemmen li t-teknoloġiji la għandhom jiġu definiti fid-dettall u lanqas b’mod esklużiv, peress li dan jista’ jirriskja li jipprevjeni l-innovazzjoni. Għalkemm illum il-ġurnata l-IA, is-servizzi tal-cloud computing u l-big data huma rilevanti bħala teknoloġiji strateġiċi, għada pitgħada se jkomplu jiżviluppaw teknoloġiji ġodda, u l-KESE jirrakkomanda li l-mira msemmija hawn fuq tkun newtrali għat-teknoloġija. |
3.3.8. |
Filwaqt li huwa importanti li jittejjeb l-użu tal-IA u ta’ teknoloġiji avvanzati oħra, irid jiġi rikonoxxut ukoll li l-SMEs għandhom sfidi kbar saħansitra fl-adozzjoni ta’ teknoloġiji diġitali bażiċi. Trid tingħata attenzjoni speċjali lill-mikrointrapriżi li mil-lat ta’ għadd huma l-akbar grupp ta’ intrapriżi, iżda li għandhom l-inqas riżorsi. Barra minn hekk, iridu jitqiesu wkoll l-ispeċifiċitajiet tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali. |
3.3.9. |
Il-KESE japprova t-titjib ta’ negozji innovattivi ġodda u negozji innovattivi li qed jespandu billi jittejjeb l-aċċess tagħhom għall-finanzjament. Minħabba l-porzjon kbir ta’ tipi oħra ta’ SMEs, huwa kruċjali wkoll li jiġu appoġġjati fit-trasformazzjoni diġitali. |
3.3.10. |
Il-miri għad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi huma mixtieqa ħafna mill-perspettiva kemm taċ-ċittadini kif ukoll tan-negozji. Il-KESE jinnota wkoll li d-diġitalizzazzjoni tan-negozji u tas-servizzi pubbliċi hija marbuta mill-qrib, u li waħda taqdi lill-oħra. |
3.4. Monitoraġġ u rapportar
3.4.1. |
Il-KESE jilqa’ l-inizjattiva li jiġu stabbiliti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għal kull mira diġitali biex il-monitoraġġ tal-progress ikun jista’ jsir b’mod komparabbli u trasparenti. Il-KESE jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi evitat ġbir tad-data doppju u li, kemm jista’ jkun, isir użu mis-sorsi u mis-sistemi eżistenti. L-Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali (DESI) jipprovdi bażi rilevanti għall-ħidma. |
3.4.2. |
Il-KESE jqis li huwa importanti li r-rapport annwali dwar l-istat tad-deċennju diġitali jgħin biex jiġi segwit il-progress u jiġu identifikati l-problemi kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali. Barra minn hekk, ir-rapport għandu jgħin lill-Istati Membri jivvalutaw l-azzjoni tagħhom u jitgħallmu minn xulxin. |
3.5. Pjani direzzjonali nazzjonali u l-valutazzjoni tagħhom
3.5.1. |
Il-pjani direzzjonali strateġiċi nazzjonali huma fil-qalba tal-programm ta’ politika u għalhekk huma ta’ importanza kbira għall-iżvilupp diġitali fl-UE. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jiġu appoġġati f’dan l-isforz. Filwaqt li l-Istati Membri ovvjament jeħtieġu gwida dwar kif għandu jiġi vvalutat u previst l-impatt tal-politiki, tal-miżuri u tal-azzjoni ppjanati, huwa saħansitra aktar importanti li jiġi pprovdut appoġġ għall-miżuri u l-azzjoni nfushom. |
3.5.2. |
Il-proposta għall-programm ta’ politika hija bbażata fuq miri fil-livell tal-UE, li jfisser li ma hemm l-ebda mira assoluta għall-Istati Membri individwali. B’riżultat ta’ dan, il-proċess tal-valutazzjoni tal-pjani direzzjonali nazzjonali u s-suċċess tagħhom biex jintlaħqu l-miri fil-livell tal-UE huwa impenjattiv ħafna. |
3.5.3. |
Il-KESE jqis li t-trajettorji proġettati fil-livell tal-Unjoni huma għodda utli biex jiġu deskritti l-iżviluppi futuri b’mod ġenerali. Madankollu, għandu jiġi evitat li jsiru konklużjonijiet jew rakkomandazzjonijiet issimplifikati żżejjed abbażi tagħhom. |
3.5.4. |
Filwaqt li l-proċess annwali ta’ valutazzjoni u kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri huwa importanti, il-KESE jemmen li l-iskambju ta’ prattika tajba, it-twettiq ta’ evalwazzjonijiet bejn il-pari u l-ħolqien ta’ proġetti li jinvolvu diversi pajjiżi bejn l-Istati Membri huma modi produttivi biex jitħeġġeġ il-progress. |
3.5.5. |
Minħabba li hemm diversi proċessi paralleli li għandhom l-għan li jimplimentaw miri fil-livell tal-UE f’diversi oqsma ta’ politika, il-KESE jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza tal-politika u li jiġu evitati sforzi multipli u li jikkoinċidu. Filwaqt li jinżamm is-sens ta’ urġenza, ta’ min wieħed jivvaluta jekk il-proċess għandux bżonn jiġi ripetut fuq bażi annwali, meta jitqies li ħafna miżuri jieħdu żmien itwal biex jiġu implimentati. |
3.6. Proġetti Bejn Diversi Pajjiżi
3.6.1. |
Il-KESE jqis il-proġetti bejn diversi pajjiżi bħala għodda siewja biex jissaħħu l-eċċellenza u l-pożizzjoni globali tal-UE f’oqsma magħżula. Dawn jistgħu jgħinu wkoll biex jinstabu soluzzjonijiet għal sfidi li jeħtieġu aktar riżorsi milli jista’ joffri Stat Membru individwali. Barra minn hekk, il-proġetti bejn diversi pajjiżi huma mod wieħed kif tinxtered il-prattika tajba bejn il-fruntieri. |
3.6.2. |
Aktar milli jikkontribwixxu biss sabiex jintlaħqu l-miri diġitali, il-proġetti bejn diversi pajjiżi dejjem għandu jkollhom l-għan li joħolqu valur miżjud ġenwin għall-pajjiżi parteċipanti u għall-UE kollha kemm hi. Il-KESE jqis li l-proġetti dwar l-innovazzjoni, l-infrastruttura u l-iżvilupp tal-ħiliet jissodisfaw bl-aħjar mod dan ir-rekwiżit. |
3.6.3. |
Il-KESE jenfasizza li dan il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni ma jrid iżid l-ebda diviżjoni fl-UE iżda, għall-kuntrarju, jirriżulta f’Unjoni aktar b’saħħitha. Għal dan il-għan, huwa importanti li l-Istati Membri kollha jiġu offruti opportunità biex jipparteċipaw fi proġett bejn diversi pajjiżi, abbażi tal-interessi tagħhom u l-kontribuzzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja tagħhom. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni taċċellera u tiggwida l-proġetti b’mod li jiżgura l-aħjar benefiċċju possibbli mill-perspettiva tal-UE kollha. |
3.7. Il-Konsorzju Ewropew għall-Infrastruttura Diġitali (EDIC)
3.7.1. |
Il-proposta tintroduċi l-possibbiltà li jiġi stabbilit Konsorzju Ewropew għall-Infrastruttura Diġitali (EDIC) għall-implimentazzjoni ta’ proġetti bejn diversi pajjiżi, li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni wara applikazzjoni minn tal-inqas tliet Stati Membri. Il-KESE jilqa’ l-idea tal-EDIC bħala għodda li tgħaqqad il-finanzjament tal-UE u dak nazzjonali mal-finanzjament privat, għall-finijiet tal-programm ta’ politika tad-deċennju diġitali. |
3.7.2. |
Bħall-proġetti bejn diversi pajjiżi nfushom, l-implimentazzjoni tal-EDIC trid tkun inklużiva, u tippermetti lil kwalunkwe Stat Membru jissieħeb fil-konsorzju bħala membru, fuq termini raġonevoli jew bħala osservatur. Kollox ma’ kollox, jeħtieġ li l-istatuti tal-EDIC ikunu ċari u jiddefinixxu r-rwoli tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u ta’ parteċipanti oħra, bħal organizzazzjonijiet internazzjonali jew entitajiet privati. |
Brussell, id-19 ta’ Jannar 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
12.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/92 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tirriforma l-istruttura l-qafas tal-Unjoni dwar it-tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku”
(COM(2021) 563 final — 2021/0213 (CNS))
(2022/C 194/13)
Relatur: |
Stefan BACK |
Korelatur: |
Philippe CHARRY |
Konsultazzjoni |
Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 21.9.2021 |
Bażi legali |
Artikoli 113 u 192(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
Adottata fis-sezzjoni |
14.12.2021 |
Adottata fil-plenarja |
20.1.2022 |
Sessjoni plenarja Nru |
566 |
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
192/6/15 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. |
Il-KESE jilqa’ l-objettivi tal-Proposta, peress li taġġorna u tfittex li tiċċara l-qafas tad-Direttiva tal-2003 u għaliex tfittex li tagħti struttura lit-tassazzjoni b’tali mod li tiffavorixxi l-enerġija sostenibbli mhux mill-fossili. |
1.2. |
Il-KESE jinnota b’dispjaċir li t-tassazzjoni tal-bijofjuwils skont il-Proposta hija marbuta b’mod riġidu wisq mal-kategorizzazzjoni li saret fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli u jemmen li l-iskarsezza tal-fjuwils alternattivi u l-livell għoli ta’ spejjeż li jirriżulta jitolbu attitudni aktar flessibbli dwar il-bijofjuwils ammissibbli, inkluż fir-rigward tal-livell minimu ta’ tassazzjoni, li għandu jkun ħafna inqas minn dak applikabbli għall-fjuwils fossili. |
1.3. |
Il-KESE jqis li ż-żieda fil-livell minimu tat-tassazzjoni jista’ jkollha effetti soċjali negattivi, u twassal għal faqar enerġetiku u tal-mobilità, u jinnota bi pjaċir li l-Istati Membri jistgħu jinżlu taħt il-livelli minimi għall-fjuwil għat-tisħin u l-elettriku użati minn unitajiet domestiċi vulnerabbli u organizzazzjonijiet rikonoxxuti li huma tal-karità, u li qed tiġi proposta eżenzjoni totali ta’ għaxar snin mit-tassazzjoni għall-fjuwil għat-tisħin u l-elettriku użati minn “unitajiet domestiċi vulnerabbli”. |
1.4. |
Il-KESE jirrakkomanda l-użu tal-kunċett ta’ “prekarjetà enerġetika”, li huwa fenomenu kwalitattiv (il-perċezzjoni tal-kesħa, tal-umdità, tal-livell ta’ kumdità) kif ukoll wieħed kwantitattiv (l-ispejjeż tal-enerġija, il-limitu tal-faqar), u ma jistax jiġi ttrattat biss f’termini tal-aspetti kwantitattivi tiegħu, kif tagħmel il-Proposta għal Direttiva bil-kunċett ta’ “unità domestika vulnerabbli”. |
1.5. |
Il-KESE jenfasizza li t-tassazzjoni ambjentali trid issegwi wkoll b’mod ċar l-objettivi soċjali, fl-interess tal-aċċettazzjoni soċjali tagħha; kull meta tqum il-kwistjoni tar-ridistribuzzjoni tad-dħul mit-taxxa, il-Kumitat jirrakkomanda li r-rikavat minn tali taxxi jingħata lura, pereżempju, lin-nies l-aktar affettwati. |
1.6. |
Il-KESE jenfasizza li d-diffikultajiet finanzjarji li jirriżultaw mill-ispejjeż tal-enerġija bħalissa qed jiġu eżaminati bir-reqqa f’ħafna Stati Membri. Il-KESE jemmen li jistgħu jsiru kontributi sinifikanti biex jiġu solvuti dawn il-problemi billi jiżdied b’mod sostanzjali l-investiment fl-enerġiji rinnovabbli u billi tiġi aġġustata s-sistema Ewropea tal-ipprezzar biex jiġi żgurat li tirrifletti l-prezz tal-forom kollha ta’ enerġija, inklużi dawk l-aktar irħas. Dan jeħtieġ li tinbidel is-sistema attwali tal-irkant fis-suq tal-elettriku bl-ingrossa. |
1.7. |
Il-KESE jwissi wkoll dwar ir-riskju ta’ effetti negattivi fuq il-kompetittività tal-industrija Ewropea u jinnota li l-Kummissjoni tipproponi li tippermetti lill-Istati Membri jagħtu tnaqqis fit-taxxa fuq il-konsum ta’ prodotti tal-enerġija użati għat-tisħin lil negozji li jużaw ħafna enerġija jew fejn jiġu konklużi ftehimiet ma’ entitajiet jew assoċjazzjonijiet tan-negozju biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika. Din il-possibbiltà hija essenzjali biex tiġi ppreservata l-kompetittività tal-industrija tal-UE minħabba li l-biċċa l-kbira tal-ekonomiji barra mill-UE s’issa naqsu milli jadottaw miżuri klimatiċi tanġibbli. |
1.8. |
Il-KESE jiddispjaċih ukoll li l-Proposta tal-Kummissjoni fil-prinċipju neħħiet il-possibbiltà li jsir divrenzjar fir-rati minimi ta’ tassazzjoni bejn in-negozji u l-konsumaturi. |
1.9. |
Il-KESE jqis il-possibbiltajiet ta’ tnaqqis mogħtija għat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri bħala inadegwati, peress li jeskludu t-trasport bit-triq u ma jirrispettawx il-prinċipju tan-newtralità teknika. Il-KESE kien jippreferi eżenzjoni jew tnaqqis ġenerali għat-trasport tal-merkanzija u għall-intrapriżi b’negozju tal-esportazzjoni sinifikanti lejn pajjiżi terzi. |
1.10. |
F’dan il-kuntest, il-KESE jenfasizza l-Proposta tal-Kummissjoni li jiġu armonizzati l-livelli tat-taxxa bejn id-diżil u l-petrol. Dan ifisser żieda fl-ispejjeż għat-trasport tal-merkanzija, li tista’ tiġi kkumpensata permezz ta’ tnaqqis ġenerali fit-taxxi fuq il-fjuwils użati fit-trasport tal-merkanzija. L-istess raġunament japplika għall-fatt li tneħħiet id-distinzjoni bejn id-diżil kummerċjali u mhux kummerċjali. |
1.11. |
Il-KESE jindika wkoll li l-possibbiltajiet iddedikati ta’ tnaqqis tat-taxxa previsti fl-Artikoli 8(2) u 18 rigward ċerti tipi ta’ tagħmir u industriji li jużaw ħafna enerġija huma estremament selettivi u jistgħu, minħabba n-natura diskrezzjonali tagħhom, jikkawżaw l-istess tip ta’ kompetizzjoni fiskali li l-Proposta tal-Kummissjoni tfittex li telimina. |
1.12. |
Fir-rigward tal-valur miżjud tal-estensjoni tat-tassazzjoni għall-avjazzjoni u t-trasport fuq l-ilma fl-UE, il-KESE jenfasizza l-importanza li jiġu kkonċentrati b’mod ugwali modi produttivi oħra għall-promozzjoni ta’ sostenibbiltà mtejba f’dawn il-modi. Pereżempju, fir-rigward tal-avjazzjoni qed jiġu żviluppati mezzi ġodda u sostenibbli ta’ propulsjoni, u għandha ssir enfasi fuq mezzi ddedikati għall-promozzjoni tagħhom. |
1.13. |
Il-KESE jqis li d-dispożizzjonijiet dwar it-trasport marittimu u l-avjazzjoni ma jqisux biżżejjed is-sitwazzjoni tal-pajjiżi gżejjer, tal-pajjiżi b’arċipelagi estensivi u tal-pajjiżi b’distanzi twal u reġjuni skarsament popolati. |
1.14. |
Il-KESE jinnota wkoll li tħalla f’idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu jekk iridux jagħmlu n-navigazzjoni bl-ajru u n-navigazzjoni fuq l-ilma barra mill-UE soġġetti għall-istess livelli ta’ tassazzjoni li japplikaw fl-UE jew jeżentawhomx minn tali operazzjonijiet. Il-KESE huwa kritiku ħafna ta’ din id-dispożizzjoni, peress li tista’ tħeġġeġ lill-Istati Membri jaqbdu triq individwali fir-rigward tat-tassazzjoni ta’ dawn il-modi; minflok, għandhom qabel kollox jiġu promossi soluzzjonijiet dinjija, peress li azzjoni unilaterali tista’ tikkawża kumplikazzjonijiet serji. |
2. Kuntest tal-Opinjoni, inkluża l-Proposta leġiżlattiva kkonċernata
2.1. |
Bħala parti mill-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, il-Kummissjoni ppreżentat Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tirriforma l-istruttura tal-Unjoni dwar tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku (riformulazzjoni), li tirriformula d-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE (1) attwali dwar l-istess suġġett. |
2.2. |
Bħala raġuni wara l-Proposta, il-Kummissjoni invokat il-ħtieġa li jiġu introdotti regoli ċari ta’ tassazzjoni għall-prodotti tal-enerġija u l-elettriku biex jiġi żgurat li jkomplu jikkontribwixxu għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, filwaqt li fl-istess ħin jindirizzaw l-isfidi relatati mal-klima u mal-ambjent offruti mill-Patt Ekoloġiku. It-tassazzjoni fuq l-enerġija tista’ tikkontribwixxi għall-ambizzjoni stabbilita fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima, li tgħid li l-emissjonijiet tas-CO2 għandhom jitnaqqsu b’mill-inqas 55 % sal-2030 meta mqabbla mal-1990 billi jiġi żgurat li t-tassazzjoni tal-fjuwils tal-magni, tal-fjuwils għat-tisħin u tal-elettriku tirrifletti aħjar l-impatt tagħhom fuq l-ambjent u s-saħħa. |
2.3. |
Għalhekk, qed jiġu proposti livelli minimi ġodda ta’ tassazzjoni ogħla u l-possibbiltajiet għall-Istati Membri li jagħtu eżenzjonijiet imnaqqsa u aktar ċirkoskritti. Barra minn hekk, il-fjuwils tal-avjazzjoni u marittimi huma soġġetti għat-tassazzjoni primarjament fir-rigward tal-biċċa l-kbira tal-operazzjonijiet intra-UE, b’għażla għall-Istati Membri li jeżentaw jew japplikaw l-istess livell ta’ tassazzjoni għan-navigazzjoni bl-ajru jew fuq l-ilma barra mill-UE. |
2.4. |
Il-Proposta hija parti mill-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”. Peress li tesprimi l-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, hemm rabta qawwija mas-sistema tal-ETS u l-Proposta li tiġi aġġornata dik is-sistema, li wkoll hija parti mill-pakkett. |
3. Kummenti ġenerali
3.1. |
Il-KESE jilqa’ l-objettivi tal-Proposta, kemm peress li taġġorna u tfittex li tiċċara l-qafas tad-Direttiva tal-2003 kif ukoll peress li tfittex li tagħti struttura lit-tassazzjoni fuq il-prodotti tal-enerġija u l-elettriku użati għat-tisħin jew bħala fjuwils b’tali mod li jiffavorixxi l-enerġija sostenibbli mhux mill-fossili. |
3.2. |
Il-KESE jinnota li, filwaqt li ma hemm l-ebda element formali ta’ emissjonijiet tas-CO2 fil-livelli tat-taxxa proposti, l-istruttura tat-tassazzjoni Proposta xorta waħda jkollha effett simili, peress li huma stabbiliti l-ogħla livelli minimi ta’ tassazzjoni għall-fjuwils fossili b’emissjonijiet tas-CO2. |
3.3. |
F’dan il-kuntest, il-KESE jesprimi dispjaċir li t-tassazzjoni tal-bijofjuwils skont il-Proposta hija marbuta b’mod riġidu wisq mal-kategorizzazzjoni li saret fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. Il-KESE jemmen li l-iskarsezza ta’ fjuwils alternattivi u l-livell għoli ta’ spejjeż li jirriżulta jitolbu attitudni aktar flessibbli dwar il-bijofjuwils ammissibbli, kemm fir-rigward tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli II, li mhijiex is-suġġett ta’ din l-Opinjoni, kif ukoll fir-rigward tal-livell minimu ta’ tassazzjoni, li għandu jkun ħafna inqas minn dak applikabbli għall-fjuwils fossili. |
3.4. |
Il-KESE huwa tal-fehma li ż-żieda fil-livell minimu tat-tassazzjoni jista’ jkollha effetti soċjali negattivi, u tikkawża faqar enerġetiku u tal-mobilità. Huwa ċar li din il-kwistjoni ġiet ikkunsidrata mill-Kummissjoni meta awtorizzat lill-Istati Membri biex jinżlu taħt il-livelli minimi għall-fjuwil għat-tisħin u l-elettriku użat minn unitajiet domestiċi u organizzazzjonijiet rikonoxxuti li huma ta’ karità u meta awtorizzat eżenzjoni totali ta’ għaxar snin mit-tassazzjoni għall-fjuwil għat-tisħin u l-elettriku użat minn “unitajiet domestiċi vulnerabbli”, kif definiti fl-Artikolu 17(c). Il-KESE jesprimi dispjaċir għall-fatt li mhumiex inklużi miżuri simili biex jiġi evitat il-faqar tal-mobilità. Il-possibbiltajiet ta’ tnaqqis proposti għat-trasport pubbliku u għal modi oħra għajr it-trasport bit-triq mhumiex utli f’dan il-kuntest. |
3.5. |
Ir-realtà soċjali tat-tassazzjoni ekoloġika hija doppja: minn naħa, ma taffettwax lill-unitajiet domestiċi kollha bl-istess mod, u spiss ikunu l-aktar unitajiet domestiċi vulnerabbli u dawk tal-klassi medja li għandhom l-ogħla spejjeż tal-enerġija b’mod proporzjonat mal-introjtu tagħhom. |
3.6. |
Il-KESE jissottolinja li, minkejja li l-Kummissjoni hija tal-fehma li l-aspett soċjali tal-Proposta tagħha jitqies fil-parti soċjali tal-pakkett leġiżlattiv — jiġifieri, il-Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-“Fond Soċjali għall-Klima” — ma twettqet l-ebda analiżi tal-impatt iddedikata fir-rigward ta’ din il-Proposta għal Regolament (ara t-test tal-proposta għal Regolament). Minflok, hija bbażata fuq valutazzjoni tal-impatt li tirfed il-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030 u fuq valutazzjoni tal-impatt oħra li takkumpanja r-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-ETS. |
3.6.1. |
L-istruttura tal-Fond tqajjem ukoll xi mistoqsijiet. Parti biss mill-Fond se tiġi allokata għall-kumpens soċjali; il-bqija tal-Fond se jkun iddedikat għal miżuri promozzjonali favur il-vetturi elettriċi kif ukoll għall-investiment fl-infrastruttura tal-iċċarġjar u d-dekarbonizzazzjoni tal-bini. Il-KESE jesprimi dubju dwar jekk l-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx humiex se jibbenefikaw minn miżuri bħal dawn, filwaqt li jżomm f’moħħu li l-miżuri ta’ appoġġ għall-vetturi elettriċi pjuttost se jkunu ta’ benefiċċju għal unitajiet domestiċi aktar għonja. |
3.6.2. |
Fil-fehma tal-KESE, it-tfassil ta’ mekkaniżmu ta’ kumpens ġust u effiċjenti li jqis diversi inugwaljanzi huwa objettiv kumpless li l-“Fond Soċjali għall-Klima” ma tantx jindirizza; pajjiż relattivament fqir b’inugwaljanzi insinifikanti jista’ jirċievi inqas flus mill-Fond minn pajjiż għani b’inugwaljanzi konsiderevoli. |
3.7. |
Il-KESE huwa tal-fehma li l-analiżi tal-impatt tal-Proposta għal Direttiva mhijiex żviluppata biżżejjed. Huwa jissottolinja li, fil-fatt, it-tassazzjoni ambjentali tinvolvi spiża soċjali doppja: din ma tolqotx lill-unitajiet domestiċi kollha bl-istess mod, u spiss ikunu l-aktar unitajiet domestiċi fi stat prekarju u dawk fil-klassijiet medji li jkollhom l-ogħla spejjeż tal-enerġija b’mod relattiv għall-introjtu tagħhom. |
3.8. |
Il-KESE jsostni li l-Proposta għal Direttiva għandha tistabbilixxi idea aktar ċara tat-terminu “prekarjetà”; fil-fatt, l-Artikolu 17 tal-proposta jipprevedi li “unitajiet domestiċi vulnerabbli” għandha tfisser unitajiet domestiċi affettwati b’mod sinifikanti mill-impatti ta’ din id-Direttiva li, għall-fini ta’ din id-Direttiva, ifisser li huma taħt il-’“limitu ta’ ‘riskju ta’ faqar’, definit bħala 60 % tal-introjtu disponibbli ekwivalizzat medjan nazzjonali”. |
3.9. |
Mill-2009, bis-saħħa tad-Direttiva dwar regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku, bdew jintużaw il-kunċetti ta’ prekarjetà enerġetika u faqar enerġetiku: dawk “foqra fl-enerġija” huma klijenti/unitajiet domestiċi b’aċċess limitat għall-enerġija (prinċipalment il-gass u l-elettriku). It-terminu “prekarjetà enerġetika” jirreferi għal individwi jew unitajiet domestiċi li r-riżorsi u l-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni tagħhom ma jippermettulhomx ikollhom aċċess għal provvisti tal-enerġija adegwati biex jipprovdu livell minimu ta’ kumdità. |
3.9.1. |
Il-KESE jistaqsi għaliex ir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija tintroduċi l-kriterju ta’ “60 % tal-introjtu disponibbli ekwivalizzat medjan nazzjonali”, minkejja li l-kunċett tal-faqar enerġetiku huwa aktar adatt għal dan il-għan u huwa wkoll multidimensjonali, u jinkludi:
|
3.9.2. |
Kull waħda minn dawn id-dgħufijiet toħloq prekarjetà enerġetika. |
3.9.3. |
Il-KESE jirrakkomanda l-użu tal-kunċett ta’ “prekarjetà enerġetika”, li huwa kunċett kwalitattiv (il-perċezzjoni tal-kesħa, tal-umdità, tal-livell ta’ kumdità) kif ukoll wieħed kwantitattiv (l-ispejjeż tal-enerġija, il-limitu tal-faqar), u ma jistax jiġi mifhum biss f’termini kwantitattivi, kif tagħmel il-Proposta għal Direttiva fir-rigward tal-kunċett ta’ “unità domestika vulnerabbli”. |
3.9.4. |
Il-KESE jenfasizza li l-iskemi soċjali għall-appoġġ ta’ persuni bi dħul baxx m’għandhomx ikunu bbażati fuq il-prinċipju ta’ limiti stretti peress li dawn iwasslu għal differenzi mhux ġustifikati fit-trattament ta’ persuni li l-introjtu tagħhom jista’ jkun biss ftit ċenteżmi tal-euro aktar jew inqas mil-limiti stabbiliti. Għalhekk, kwalunkwe limitu riġidu bħal dak ta’ 60 % previst fil-Proposta għal Direttiva jista’ ma jilħaqx l-għan imfittex u, barra minn hekk, jikkawża ħafna mġiba negattiva min-naħa taċ-ċittadini u jwassal għall-bidla fl-impjieg lejn l-ekonomija sewda jew il-ħabi tal-introjtu. |
3.9.5. |
Il-KESE jenfasizza wkoll li l-assistenza soċjali għall-persuni b’introjtu baxx tvarja b’mod konsiderevoli minn Stat Membru għall-ieħor u li ħafna assistenza soċjali mhijiex taxxabbli u għalhekk mhijiex meqjusa bħala introjtu mill-amministrazzjoni tat-taxxa. |
3.10. |
Minbarra l-prekarjetajiet marbuta mal-akkomodazzjoni (6,9 % tal-unitajiet domestiċi fl-EU-27 ma jistgħux isaħħnu djarhom b’mod adegwat, b’varjazzjoni minn 30,1 % fil-Bulgarija għal 1,8 % fil-Finlandja, u dan juri kemm tvarja l-prekarjetà enerġetika), hemm ukoll prekarjetà marbuta mal-mobilità u t-trasport. Il-prezzijiet tal-petrol jinfluwenzaw l-imġiba tal-mobilità tal-unitajiet domestiċi, b’mod partikolari dawk li jgħixu f’żoni mingħajr trasport pubbliku u dawk li l-karozzi tagħhom huma qodma u li ma jistgħux jibdluhom. Dan imbagħad iwassal għal forom ġodda ta’ prekarjetà enerġetika marbuta mal-mobilità u t-trasport. |
3.11. |
F’dan ir-rigward, il-KESE jenfasizza li d-diffikultajiet finanzjarji li jirriżultaw mill-ispejjeż tal-enerġija bħalissa qed jiġu eżaminati bir-reqqa f’ħafna Stati Membri, b’effetti negattivi kemm għall-familji l-aktar vulnerabbli kif ukoll għan-negozji. Il-KESE jemmen li jistgħu jsiru kontributi sinifikanti biex jiġu solvuti dawn il-problemi billi jiżdied b’mod sostanzjali l-investiment fl-enerġiji rinnovabbli u billi tiġi riveduta s-sistema Ewropea tal-formazzjoni tal-prezzijiet biex jiġi żgurat li tirrifletti l-prezz tal-forom kollha ta’ enerġija, inklużi dawk l-aktar irħas. Dan jeħtieġ bidla fis-sistema tal-irkant għas-swieq tal-elettriku bl-ingrossa taħt ir-regoli interni Ewropej tas-suq tal-elettriku. |
3.12. |
Il-KESE jwissi wkoll dwar ir-riskju ta’ effetti negattivi fuq il-kompetittività tal-industrija Ewropea u jinnota li l-Kummissjoni tipproponi li tippermetti lill-Istati Membri jagħtu tnaqqis fit-taxxa fuq il-konsum ta’ prodotti tal-enerġija użati għat-tisħin lil negozji li jużaw ħafna enerġija jew fejn jiġu konklużi ftehimiet ma’ entitajiet jew assoċjazzjonijiet tan-negozju biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika. Din il-possibbiltà hija essenzjali biex tiġi ppreservata l-kompetittività tal-industrija tal-UE minħabba li l-biċċa l-kbira tal-ekonomiji barra mill-UE s’issa naqsu milli jadottaw miżuri klimatiċi tanġibbli. |
3.13. |
Il-KESE jiddispjaċih ukoll li l-Proposta tal-Kummissjoni fil-prinċipju neħħiet il-possibbiltà li jsir divrenzjar fir-rati minimi ta’ tassazzjoni bejn in-negozji u l-konsumaturi. |
3.14. |
Il-KESE jinnota l-possibbiltà ta’ tnaqqis tat-taxxi għal ċerti modi iżda jesprimi dispjaċir li ma hemm l-ebda opportunità offruta fir-rigward tat-trasport bit-triq, ħlief għat-trasport bil-karozzi tal-linja li jaħdmu bl-elettriku. |
3.15. |
B’mod ġenerali, il-KESE jqis il-possibbiltajiet ta’ tnaqqis mogħtija għat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri bħala inadegwati, peress li jeskludu t-trasport bit-triq u ma jirrispettawx il-prinċipju tan-newtralità teknika, pereżempju billi jfasslu l-karozzi tal-linja li jaħdmu bl-elettriku bħala l-unika vettura tat-triq li tista’ tkun soġġetta għal tnaqqis fit-taxxa. |
3.15.1. |
Il-KESE kien jippreferi eżenzjoni jew tnaqqis ġenerali għat-trasport tal-merkanzija u għall-intrapriżi b’negozju tal-esportazzjoni sinifikanti lejn pajjiżi terzi. |
3.15.2. |
F’dan il-kuntest, il-KESE jenfasizza li l-Proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tarmonizza l-livelli tat-tassazzjoni tad-diżil u tal-petrol. Dan ifisser żieda fl-ispejjeż għat-trasport tal-merkanzija, li tista’ tiġi kkumpensata permezz ta’ tnaqqis ġenerali fit-taxxi fuq il-fjuwils użati fit-trasport tal-merkanzija. L-istess raġunament japplika għall-fatt li tneħħiet id-distinzjoni bejn id-diżil kummerċjali u mhux kummerċjali. |
3.16. |
Il-KESE jindika wkoll li l-possibbiltajiet iddedikati ta’ tnaqqis tat-taxxa previsti fl-Artikoli 8(2) u 18 rigward ċerti tipi ta’ tagħmir u industriji li jużaw ħafna enerġija huma estremament selettivi u jistgħu, minħabba n-natura diskrezzjonali tagħhom, jikkawżaw l-istess tip ta’ kompetizzjoni fiskali li l-Proposta tal-Kummissjoni tfittex li telimina. Huwa diffiċli li wieħed jifhem għaliex ma ġietx ippreferuta soluzzjoni sempliċi, fil-forma ta’ livelli tat-taxxa mnaqqsa għall-atturi kummerċjali. Dan huwa partikolarment rilevanti fir-rigward ta’ “proċessi mineraloġiċi” li, bħala tali, jistgħu jkunu koperti mill-għażliet ta’ tnaqqis skont l-Artikolu 18, iżda fid-diskrezzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, li joħloq inċertezza legali u kompetizzjoni fil-qasam tat-taxxa. |
3.17. |
Fir-rigward tal-valur miżjud tal-estensjoni tat-tassazzjoni għall-avjazzjoni u t-trasport fuq l-ilma fl-UE, il-KESE jenfasizza l-importanza li jiġu kkonċentrati b’mod ugwali modi produttivi oħra għall-promozzjoni ta’ sostenibbiltà mtejba f’dawn il-modi. Fir-rigward tal-avjazzjoni qed jiġu żviluppati mezzi ġodda u sostenibbli ta’ propulsjoni, u għandha ssir enfasi fuq mezzi ddedikati għall-promozzjoni tagħhom. Fir-rigward tat-trasport fuq l-ilma, dan huwa wieħed mis-setturi fejn id-dekarbonizzazzjoni tidher li hija diffiċli immens. Għalhekk hemm riskju li jekk tali trasport ikun soġġett għat-tassazzjoni, dan se jwassal biss għal spejjeż ogħla, kif probabbilment se jkun il-każ ukoll għall-estensjoni tal-ETS għal dak il-qasam. Fiż-żewġ kuntesti, il-perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ għaxar snin għall-introduzzjoni gradwali kumplessiva tat-tassazzjoni fir-rigward tal-avjazzjoni u ta’ reġimi tat-taxxa ddedikati għall-bijofjuwils sostenibbli u fjuwils alternattivi oħra jidher li huwa qasir wisq. |
3.18. |
Il-KESE jqis li d-dispożizzjonijiet dwar it-trasport marittimu u l-avjazzjoni ma jqisux biżżejjed is-sitwazzjoni tal-pajjiżi gżejjer, tal-pajjiżi b’arċipelagi estensivi u tal-pajjiżi b’distanzi twal u reġjuni skarsament popolati. |
3.19. |
Il-KESE jinnota wkoll li tħalla f’idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu jekk iridux jagħmlu n-navigazzjoni bl-ajru u n-navigazzjoni fuq l-ilma barra mill-UE soġġetti għall-istess livelli ta’ tassazzjoni li japplikaw fl-UE jew jeżentawhomx minn tali operazzjonijiet. Il-KESE huwa kritiku ħafna ta’ din id-dispożizzjoni, peress li tista’ tħeġġeġ lill-Istati Membri jaqbdu triq individwali fir-rigward tat-tassazzjoni tal-modi, filwaqt li għandhom qabel kollox jiġu promossi soluzzjonijiet dinjija, u billi azzjoni unilaterali tista’ tikkawża kumplikazzjonijiet serji. |
3.20. |
Fl-aħħar nett, il-KESE jistaqsi kemm se tkun effettiva t-tassazzjoni ekoloġika. L-istrumenti ta’ tassazzjoni ekoloġika jikkonċernaw l-oqsma tal-enerġija, tat-trasport, tat-tniġġis u tar-riżorsi naturali. Għalkemm ħafna minnhom ġew żviluppati fi ħdan il-qafas Ewropew u għalhekk huma komuni għall-pajjiżi kollha tal-UE, l-applikazzjoni tagħhom tvarja bejn pajjiż u ieħor, minkejja li suppost hija regolata. |
3.21. |
Il-forom differenti ta’ ridistribuzzjoni tad-dħul mit-taxxa jistgħu jaħdmu kontra l-aċċettazzjoni mill-kontribwenti tat-tassazzjoni ekoloġika: it-tnaqqis tad-defiċit pubbliku, ir-ridistribuzzjoni tad-dħul lin-negozji jew lill-unitajiet domestiċi, it-tnaqqis ta’ taxxi oħra bħal dawk fuq l-introjtu mix-xogħol jew ir-ridistribuzzjoni tad-dħul għall-politiki jew l-investimenti ambjentali. Kif muri mill-kriżi tas-“sdieri sofor” fi Franza, dawn l-erba’ forom ta’ ridistribuzzjoni tad-dħul mhumiex biżżejjed biex jiżguraw l-aċċettazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet fuq il-prodotti ntaxxati. |
3.22. |
Fil-qosor, il-KESE huwa tal-fehma li l-aċċettazzjoni soċjali tat-tassazzjoni ambjentali ma tistax tinjora l-kumpens biex jitqiesu d-dħul tal-unitajiet domestiċi u l-prekarjetà enerġetika tagħhom, fid-dimensjoni strutturali tagħha (in-nuqqas ta’ trasport pubbliku, l-iżolament tal-akkomodazzjoni, l-effiċjenza tas-sistema tat-tisħin, it-tip ta’ vettura li għandhom). |
3.23. |
It-tassazzjoni ambjentali spiss titqies inġusta peress li tolqot l-aktar lill-familji bl-aktar introjtu baxx, u dejjem aktar lill-klassijiet medji wkoll. Il-familji b’introjtu baxx li jonfqu sehem akbar mill-introjtu tagħhom fuq il-petrol u t-trasport se jintlaqtu b’mod sproporzjonalment ħażin. Barra minn hekk dawn huma inqas kapaċi jwettqu tranżizzjoni ekoloġika: filwaqt li l-ispejjeż operatorji tal-prodotti b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju (vetturi elettriċi, ċelloli solari, eċċ.) jistgħu jkunu aktar baxxi, huwa meħtieġ investiment inizjali kbir, li huwa ostaklu għall-unitajiet domestiċi b’aċċess limitat għall-kapital. Barra minn hekk, l-unitajiet domestiċi f’sitwazzjoni prekarja huma obbligati jippjanaw l-infiq tagħhom minn perspettiva fuq medda qasira ta’ żmien, li ma tippermettilhomx jibbenefikaw mill-iffrankar possibbli fuq medda twila ta’ żmien. |
3.24. |
Sabiex tkun soċjalment aċċettabbli, it-tassazzjoni ambjentali trid tkun ikkomplementata minn miżuri korrettivi, iżda ma tidher l-ebda miżura bħal din la fil-Proposta għal Direttiva u lanqas fil-Fond Soċjali għall-Klima. |
Brussell, l-20 ta’ Jannar 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).
12.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/97 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro”
(COM(2021) 742 final)
(2022/C 194/14)
Relatur: |
Juraj SIPKO |
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 7.1.2022 |
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
Sezzjoni responsabbli |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
Adottata fis-sezzjoni |
14.12.2021 |
Adottata fil-plenarja |
19.1.2022 |
Sessjoni plenarja Nru |
566 |
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
229/2/10 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. |
L-iżvilupp soċjoekonomiku attwali fil-pajjiżi taż-żona tal-euro huwa akkumpanjat minn livell għoli ta’ inċertezza assoċjat mal-firxa rapida u mhux ikkontrollata tal-COVID-19. Għalhekk, il-KESE jilqa’ d-dokument l-aktar reċenti tal-Kummissjoni dwar l-iżviluppi ekonomiċi fl-Istati Membri tal-UE u l-analiżi tal-konsegwenzi għall-proċess ta’ ġestjoni (1). Fl-istess ħin, huwa jirreferi għall-opportunità storika li jiġu aċċettati u implimentati b’mod konsistenti u mingħajr dewmien politiki prattiċi u effettivi korrispondenti fit-triq lejn it-trasformazzjoni kumplessa, għalkemm, fid-dawl tal-iżviluppi attwali, meħtieġa tas-soċjetà kollha. |
1.2. |
Waħda mill-akbar sfidi fil-qasam tal-iżbilanċi makroekonomiċi interni hija kif tiġi żgurata konsolidazzjoni gradwali tal-finanzi pubbliċi. Il-KESE huwa tal-fehma li l-qafas leġiżlattiv attwali fil-forma tal-Patt eżistenti ta’ Stabbiltà u Tkabbir m’għadux adatt għall-kundizzjonijiet attwali. Għalhekk, huwa jenfasizza li hija rekwiżit ċar reviżjoni raġonevoli u aċċettabbli tar-regoli fiskali (2) tal-qafas leġiżlattiv iffokata fuq is-semplifikazzjoni u l-monitoraġġ tiegħu. |
1.3. |
Il-KESE jirreferi għall-pandemija tal-COVID-19 li tfaċċat hekk kif il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi kienu għaddejjin minn proċess ta’ korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Il-pandemija interrompiet it-tnaqqis fil-proporzjonijiet tad-dejn għall-PDG, filwaqt li l-prezzijiet tad-djar aċċelleraw, u dan jissuġġerixxi aggravazzjoni ġenerali tal-kundizzjonijiet makroekonomiċi. Barra minn hekk, il-KESE jirreferi għall-akbar żbilanċi esterni li jidhru fl-ewrosistema — TARGET2 (3). Dawn l-iżbilanċi ilhom joħolqu l-akbar differenzi bejn il-pajjiżi sa mill-iżvilupp tagħhom. |
1.4. |
Il-KESE qed jimmonitorja ż-żieda rapida fl-inflazzjoni sa mill-bidu tal-2021. Din iż-żieda, wara snin ta’ inflazzjoni baxxa, hija prinċipalment marbuta mar-rilanċ qawwi fil-prezzijiet tal-enerġija minn livelli baxxi storiċi matul il-pandemija, it-tfixkil fil-ktajjen tal-provvista u ż-żieda fl-ispejjeż tat-trasport. Huwa tal-fehma li r-rata attwali għolja ta’ inflazzjoni hija r-riżultat ta’ fatturi relatati mal-pandemija u l-ftuħ mill-ġdid tal-ekonomiji, li huma ta’ natura temporanja. Huwa mistenni li ż-żieda fil-prezzijiet timmodera fl-2022 u l-2023, bil-livelli tal-inflazzjoni jonqsu għall-medja tal-passat. |
1.5. |
It-tlestija tal-proċess tal-unjoni finanzjarja hija prerekwiżit għal Unjoni Monetarja Ewropea li tiffunzjona tajjeb. Minkejja l-progress li sar fil-bini tal-unjoni bankarja, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jiġu adottati u approvati malajr aktar miżuri. Il-frammentazzjoni tas-swieq kapitali fl-Istati Membri ma toħloqx ambitu suffiċjenti għal aċċess aktar faċli għan-negozji għar-riżorsi finanzjarji fis-suq uniku kapitali fi ħdan il-qafas tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali. Għalhekk hemm bżonn ta’ aktar progress fit-tlestija tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali. |
1.6. |
Il-KESE qed isegwi mill-qrib il-proċess ta’ approfondiment tad-diverġenza bejn l-Istati Membri, iżda wkoll fi ħdan l-UE u l-pajjiżi taż-żona tal-euro. Għalhekk huwa jappoġġja li tiġi adottata taħlita ta’ politiki ekonomiċi li jagħmlu użu effettiv tar-riżorsi domestiċi disponibbli, kemm pubbliċi kif ukoll privati, inklużi r-riżorsi finanzjarji maħluqa fil-qafas ta’ NextGenerationEU u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. L-implimentazzjoni effettiva u prudenti ta’ dawn ir-riżorsi finanzjarji tista’ twassal għal sospensjoni u aktar tard għat-tkomplija tal-proċess ta’ konverġenza. |
1.7. |
Il-KESE jinsab imħasseb dwar l-approfondiment progressiv tal-instabbiltà soċjali. Peress li ma ġewx adottati u implimentati biżżejjed miżuri biex tiġi miġġielda ż-żieda fl-inugwaljanza u l-faqar wara l-kriżi finanzjarja globali, il-COVID-19 kompliet taggrava dawn l-inugwaljanzi u ż-żieda fil-faqar. Għalhekk, issa hemm ħtieġa urġenti li jiġu żviluppati u mmonitorjati indikaturi xierqa tal-inugwaljanza u l-faqar, anke fil-kuntest tal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli. |
1.8. |
L-akbar theddida eżistenzjali għall-ħajja futura fuq il-pjaneta hija l-bidliet klimatiċi negattivi bla preċedent. Il-KESE jitlob li jittieħdu u jiġu implimentati miżuri urġenti sabiex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima, inkluż l-iżvilupp ta’ indikaturi bażiċi biex jitkejlu l-konsegwenzi soċjoekonomiċi tal-kriżi. Barra minn hekk, il-KESE jenfasizza li l-impatti negattivi tal-kriżi klimatika ser ikollhom impatt kbir fuq l-istabbiltà makroekonomika (żieda fl-infiq, żidiet fil-prezzijiet minħabba n-nixfa), iżda wkoll fuq l-istabbiltà finanzjarja, b’mod partikolari n-negozju tal-assigurazzjoni (4) u l-istabbiltà soċjali. |
1.9. |
Il-proċess teknoloġiku evoluzzjonarju qed iwassal għall-introduzzjoni rapida tad-diġitizzazzjoni u l-innovazzjonijiet finanzjarji. Il-KESE jilqa’ d-deċiżjoni tal-BĊE u tal-Kummissjoni li jinfetħu diskussjonijiet dwar l-introduzzjoni tal-euro diġitali. L-introduzzjoni tal-euro diġitali tista’ ġġib benefiċċji potenzjali għaċ-ċittadini u n-negozji taż-żona tal-euro, meta wieħed iqis il-vantaġġi kollha. |
1.10. |
Parzjalment permezz tal-miżuri kollha meħuda u implimentati wara l-kriżi finanzjarja globali, is-settur bankarju fil-pajjiżi taż-żona tal-euro jidher li huwa relattivament stabbli, għall-inqas għalissa. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għal problemi potenzjali ta’ insolvenza, speċjalment għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Żviluppi negattivi fl-insolvenza ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jistgħu jfixklu l-istabbiltà finanzjarja fis-settur finanzjarju, prinċipalment fl-industrija bankarja. B’konformità ma’ dan, il-KESE jappella li għandu jitqies aktar x’miżuri neċessarji għandhom jiġu introdotti sabiex tiġi salvagwardjata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. |
1.11. |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għal approċċ prudenti fil-ġlieda kontra l-kriżi tal-COVID-19, li għadha ma ġietx solvuta u li għadha għaddejja, iżda fuq kollox jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm tħejjija għal kriżijiet virali potenzjali oħra. Il-politiki mmirati sabiex tinbena sistema immunitarja b’saħħitha fost il-popolazzjoni jistgħu joħolqu l-kundizzjonijiet sabiex titnaqqas in-nefqa fil-kura tas-saħħa kkawżata mill-firxa tal-mard u, fl-istess ħin, joħolqu kundizzjonijiet aħjar għas-saħħa tal-ħaddiema kollha involuti fil-ħolqien tal-valur fis-soċjetà. |
2. Sfond
2.1. |
Meta mqabbla mal-aħħar Opinjoni tal-KESE dwar il-politika ekonomika fiż-żona tal-euro, l-iżviluppi attwali huma kkaratterizzati minn inflazzjoni għolja, li hija prinċipalment xprunata mill-prezzijiet tal-prodotti bażiċi tal-enerġija, notevolment iż-żejt u l-gass naturali. |
2.2. |
Mill-2019 ’l hawn, il-prezzijiet bl-ingrossa tal-gass naturali u l-elettriku żdiedu b’medja ta’ 429 % u 230 %, rispettivament (5). Iż-żieda fil-prezzijiet bl-imnut għadha mhux sinifikanti — din tirrappreżenta 14 % (jew 7 %). Il-previżjonijiet fuq żmien qasir ippubblikati reċentement jissuġġerixxu li l-prezzijiet bl-ingrossa jistgħu jkomplu jiżdiedu sal-aħħar kwart tal-2022. |
2.3. |
L-inflazzjoni żdiedet b’mod qawwi mill-bidu tas-sena, wara snin ta’ inflazzjoni baxxa, u ripetutament qabżet il-previżjonijiet. F’Novembru laħqet l-4,9 % (6). Il-fattur ewlieni wara din iż-żieda rapida fil-prezzijiet huwa ż-żieda fil-prezzijiet tal-prodotti bażiċi — b’mod partikolari ż-żejt u l-gass — mil-livelli storiċi baxxi tagħhom lura għal, jew ’il fuq minn, il-livelli ta’ qabel il-pandemija. Barra minn hekk, għad hemm tfixkil fil-produzzjoni u fil-loġistika f’ħafna partijiet tad-dinja, li qed jgħollu l-prezzijiet tal-prodotti, b’mod partikolari meta jkun hemm żieda fid-domanda aggregata. L-inflazzjoni hija mistennija li tonqos mill-bidu tal-2022. |
2.4. |
Minkejja l-aspettattivi inkoraġġanti għal irkupru fl-ekonomija reali fl-ewwel nofs tal-2021, issa jidher li l-proċess ta’ rkupru huwa aktar ikkumplikat minħabba l-firxa rapida tat-tielet mewġa tal-epidemija. Il-ġlieda kontra l-COVID-19 għadha ’l bogħod milli tispiċċa u l-impatt tagħha fuq l-ekonomija reali jista’ jdum għal diversi snin oħra. Il-problemi persistenti assoċjati mal-prezzijiet tal-input tal-enerġija u n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ xi tipi ta’ komoditajiet meħtieġa fiċ-ċiklu tal-produzzjoni jirrappreżentaw restrizzjonijiet kbar kemm fl-użu tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni kif ukoll fl-investimenti u l-konsum li qed jiġu kkunsidrati. |
2.5. |
L-użu ta’ strumenti finanzjarji fil-qafas ta’ NextGenerationEU jista’ jkollu impatt pożittiv fuq il-prestazzjoni tal-ekonomija reali u biex jingħelbu l-problemi assoċjati mal-COVID-19. F’dan il-kuntest, l-allokazzjoni kontinwa ta’ fondi permezz tal-istrument REACT-EU, kif ukoll il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ffukata fuq l-irkupru, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà tal-ekonomiji individwali, huma perċepiti bħala f’waqthom ħafna. |
2.6. |
Storikament, l-akbar tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku mill-bidu tal-integrazzjoni Ewropea ġie rreġistrat fl-2020. Din is-sena, it-tkabbir ekonomiku reali fl-Istati Membri tal-UE huwa mistenni li jilħaq madwar 5 %, filwaqt li fl-2022 huwa mistenni tkabbir ekonomiku reali ta’ 4,3 %. Fl-2023, wieħed jista’ jistenna tkabbir ekonomiku reali ta’ 2,5 % fl-Istati Membri taż-żona tal-euro. L-ixprun ewlieni tat-tkabbir ekonomiku fl-2021 kien il-konsum tal-unitajiet domestiċi, li laħaq 3,5 % fiż-żona tal-euro fit-tieni trimestru. |
2.7. |
Huwa neċessarju li jiġu indikati r-riskji eżistenti meta jiġi vvalutat l-iżvilupp tat-tkabbir ekonomiku. Dawn huma marbuta ma’ tnaqqis fil-kummerċ tal-prodotti, iżda wkoll, min-naħa tad-domanda, mal-konsegwenzi tal-impatt fuq il-proċess tal-produzzjoni u ż-żieda fl-ispejjeż fl-industrija tal-manifattura taż-żona tal-euro. Barra minn hekk, it-tfixkil tal-ktajjen tal-valur globali u d-dipendenza relattivament għolja tal-industriji tal-manifattura fuq l-importazzjonijiet tal-materja prima u tal-mikroproċessuri fiż-żona tal-euro huma fatturi oħra. |
2.8. |
Il-COVID-19 kellha impatt qawwi fuq il-finanzi pubbliċi. Wara l-epidemija, l-Istati Membri taż-żona tal-euro ser jiffaċċjaw sfidi kbar biex jikkonsolidaw il-finanzi pubbliċi. Fl-2020, ġie rreġistrat defiċit ta’ 7,2 % tal-PDG, filwaqt li l-ebda pajjiż ma kiseb surplus fiskali. Id-defiċit huwa mistenni li jonqos bi ftit għal 7,1 % tal-PDG fl-2021. Tnaqqis aktar sinifikanti jista’ jkun mistenni fl-2022, u jkompli fl-2023, bid-defiċit proġettat li jonqos għal madwar 2,5 %, li tirrappreżenta defiċit sostanzjalment ogħla minn dak irreġistrat qabel it-tifqigħa tal-COVID-19 (0,6 % tal-PDG fl-2019). |
2.9. |
L-iżviluppi fis-suq tax-xogħol ikomplu jkunu akkumpanjati minn problemi strutturali f’pajjiżi individwali taż-żona tal-euro. Minkejja dan, ir-rata tal-qgħad hija relattivament baxxa, prinċipalment minħabba l-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ żamma tal-impjiegi. Is-suq tax-xogħol attwali fil-biċċa l-kbira tal-ekonomiji taż-żona tal-euro qed jiffaċċja nuqqas relattiv ta’ ħaddiema b’ħiliet speċjalizzati. Minkejja r-rata tal-qgħad aktar baxxa milli mistenni minħabba l-COVID-19, hemm firxa sħiħa ta’ problemi mhux solvuti fis-suq tax-xogħol relatati mar-rikwalifikazzjoni meħtieġa, speċjalment fil-kuntest tal-proċess ta’ trasformazzjoni li għaddej bħalissa. |
2.10. |
L-UE u ż-żona tal-euro flimkien irreġistraw surplus fil-kont kurrenti, iżda b’livelli li jvarjaw b’mod sinifikanti bejn il-pajjiżi. Xi pajjiżi għadhom jirreġistraw surplus kbir fil-kont kurrenti. Min-naħa l-oħra, il-pajjiżi b’setturi tat-turiżmu transkonfinali importanti ġeneralment raw żieda sinifikanti fid-defiċits fil-kontijiet kurrenti jew tnaqqis fis-surpluses modesti tagħhom. Dan huwa mistenni li jikkoreġi ruħu gradwalment bl-irkupru fl-ivvjaġġar. Meta jiġi vvalutat il-livell ta’ żbilanċi esterni fl-Istati Membri taż-żona tal-euro, huwa meħtieġ li tiġi kkunsidrata ż-żieda bla preċedent fl-iżbilanċi fis-sistema ta’ pagament TARGET2, li, din is-sena, laħqet l-ogħla livelli sa minn meta nħolqot (7). |
2.11. |
Fil-preżent, minħabba l-firxa rapida u inkontrollabbli tal-virus, jistgħu jkunu mistennija korrezzjonijiet addizzjonali għall-andament relattivament promettenti ppreżentat fit-tkabbir ekonomiku. Il-proċess attwali biex jiġu introdotti miżuri restrittivi b’riżultat tal-epidemija jista’ jkollu impatt negattiv sinifikanti fuq it-tkabbir ekonomiku reali u l-livell diġà insostenibbli ta’ dejn pubbliku f’xi Stati Membri, inklużi l-approfondiment tal-inugwaljanza u ż-żieda fil-faqar. |
3. Kummenti ġenerali
3.1. |
Il-KESE qed isegwi bi tħassib l-iżviluppi ekonomiċi u soċjali attwali assoċjati mal-livell għoli ta’ inċertezza. Dan il-livell ta’ inċertezza huwa assoċjat ma’ żewġ fatturi negattivi: l-akkumulazzjoni bla preċedent tad-dejn pubbliku u ż-żieda fl-inflazzjoni. Iż-żieda fil-prezzijiet tal-konsumatur qed twassal għal deterjorament tas-sitwazzjoni soċjali tal-unitajiet domestiċi u qed taffettwa b’mod negattiv l-istandards tal-għajxien. Peress li l-proporzjonijiet tad-dejn kienu diġà għoljin f’xi Stati Membri taż-żona tal-euro qabel il-kriżi, id-deterjorament rapidu tal-pożizzjoni fiskali jfisser li ser ikun kruċjali għal dawk l-Istati Membri taż-żona tal-euro li jadottaw u jimplimentaw miżuri ta’ konsolidazzjoni fiskali fuq perjodu medju ta’ żmien, ladarba l-kundizzjonijiet ekonomiċi jippermettu. |
3.2. |
Il-KESE jilqa’ l-irkupru gradwali tal-ekonomija reali. F’dan il-kuntest, huwa jappoġġja l-intenzjonijiet li jiżdied l-investiment kemm pubbliku kif ukoll dak privat. Huwa jirrikonoxxi wkoll li, fil-kuntest tal-ħolqien ta’ qafas komprensiv tan-NextGenerationEU, hemm lok li dawn ir-riżorsi jintużaw b’mod effettiv biex jiġi appoġġjat it-tkabbir ekonomiku kwalitattiv reali. |
3.3. |
Il-KESE jemmen li ż-żieda qawwija fl-inflazzjoni mhux ser twassal għal politika monetarja restrittiva tal-BĊE, peress li l-ixprunaturi tal-inflazzjoni jidhru li huma temporanji u joriġinaw prinċipalment min-naħa tal-provvista. Għalhekk, il-KESE jappoġġja l-enfasi tal-politika ekonomika fuq it-tisħiħ tar-reżiljenza, il-flessibbiltà, l-awtonomija u l-funzjonalità tal-istrutturi strateġiċi biex ikunu jistgħu jiffaċċjaw xokkijiet simmetriċi ripetuti fil-futur. |
3.4. |
Il-KESE jappoġġja l-bidliet sistemiċi storiċi fundamentali li jakkumpanjaw it-trasformazzjoni lejn ekonomija ekoloġika, diġitali u soċjalment ġusta. Minkejja l-kumplessità u l-imprevedibbiltà ta’ żviluppi ulterjuri rigward il-COVID-19, il-KESE jappoġġja l-Patt Ekoloġiku Ewropew (8) u jikkunsidrah bħala opportunità storika għal żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli fuq il-kontinent l-antik. F’dan il-kuntest, il-KESE jappoġġja l-aċċettazzjoni u l-kunsiderazzjoni tal-fatturi importanti kollha ffukati fuq il-preservazzjoni tal-ħajja fuq il-pjaneta għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. |
3.5. |
Il-KESE jappella li jiġu adottati u implimentati b’mod urġenti miżuri li għandhom l-għan li jnaqqsu b’mod progressiv l-inugwaljanzi u l-faqar fil-pajjiżi membri taż-żona tal-euro (9). F’dan il-kuntest, huwa jara potenzjal għall-użu tal-istrumenti prattiċi kollha tad-dħul u l-infiq, inkluż it-tnaqqis tal-infiq kontroproduttiv, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-ekonomija sewda u l-operazzjonijiet mhux trasparenti, inkluża soluzzjoni fit-tul għall-kwistjoni tar-rifuġju fiskali. |
3.6. |
Fid-dawl tal-kumplessità u l-imprevedibbiltà tal-iżviluppi attwali, il-KESE jaqbel li l-Istati Membri individwali għandhom jadottaw politiki fiskali li jqisu l-istat tal-irkupru, is-sostenibbiltà fiskali u l-ħtieġa li jitnaqqsu d-diverġenzi ekonomiċi, soċjali u territorjali. |
3.7. |
Il-KESE huwa konxju li l-politika fiskali għandha tkun attiva u flessibbli biżżejjed biex tiffaċċja mewġiet potenzjali ta’ firxa u mutazzjoni tal-virus. F’dan il-kuntest, huwa jappoġġja l-infiq addizzjonali u meħtieġ fuq il-kura tas-saħħa sakemm ikun hemm ritorn gradwali għan-normalità. |
3.8. |
Meta jiġu indirizzati l-iżviluppi ekonomiċi u soċjali kumplessi attwali, il-KESE jirrakkomanda li tiġi implimentata taħlita konsistenti ta’ politika makroekonomika. Fid-dawl tal-istrateġija ta’ rkupru ġenerali, politika monetarja espansjonarja flimkien ma’ politika fiskali espansjonarja konsistenti jista’ jkollhom rwol fundamentali. L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tat-taħlita ta’ politika makroekonomika għandhom jiġu kkoordinati wkoll mal-imsieħba soċjali. |
3.9. |
Il-proċess teknoloġiku evoluzzjonarju huwa marbut ma’ innovazzjonijiet fis-settur finanzjarju. Il-KESE jilqa’ l-ewwel passi mill-BĊE u l-Kummissjoni fil-ħolqien tal-euro diġitali (10). S’issa ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar l-introduzzjoni ta’ euro diġitali u l-karatteristiċi potenzjali tad-disinn tiegħu. Bil-proċess tal-introduzzjoni tal-euro diġitali, jista’ jkun possibbli li wieħed jesperjenza operazzjonijiet ta’ pagament u ta’ kklirjar aktar rapidi, aktar effettivi u bi spejjeż aktar baxxi kemm għall-unitajiet domestiċi kif ukoll għan-negozji, iżda l-implikazzjonijiet għal, pereżempju, l-operazzjonijiet ta’ kklirjar, għandhom jiġu kkunsidrati. F’dan il-kuntest, wieħed jista’ jistenna wkoll kontribut għall-istrateġija tat-tisħiħ tal-istatus internazzjonali tal-euro. |
3.10. |
Il-KESE jappoġġja u jilqa’ l-bidu ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi mmirati lejn il-ġestjoni (governanza) tal-finanzi pubbliċi. F’dan il-kuntest, l-orjentazzjoni hija lejn: (a) il-kronometraġġ tal-proċess ta’ konsolidazzjoni fiskali; (b) id-definizzjoni ta’ regoli għal miżuri fit-tul marbuta mat-tegħlib tal-konsegwenzi tal-epidemija, iżda b’mod partikolari l-investimenti assoċjati mal-ekonomija ekoloġika u diġitali; (c) u s-semplifikazzjoni tar-regoli fiskali. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għad-diversi Opinjonijiet tiegħu dwar il-governanza ekonomika u b’mod partikolari dwar ir-regoli fiskali. Fl-aħħar Opinjoni tiegħu (11), f’dan ir-rigward, il-KESE jappella biex tiġi introdotta regola tad-deheb għall-investimenti pubbliċi flimkien ma’ regola tal-infiq u jirrimarka li kemm il-parlamenti nazzjonali kif ukoll il-Parlament Ewropew jeħtieġ li jingħataw rwol prominenti fil-qafas futur tal-governanza ekonomika tal-UE. Barra minn hekk, il-KESE jappella għal involviment akbar tas-soċjetà ċivili fis-Semestru Ewropew kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE kif ukoll għal linji gwida għal perjodu ta’ tranżizzjoni, li matulu l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv m’għandhiex tiġi attivata. |
4. Kummenti speċifiċi
4.1. |
Il-KESE jilqa’ l-approċċ tal-Kummissjoni Ewropea għall-iżviluppi negattivi attwali fil-prezzijiet tal-enerġija, inklużi l-miżuri proposti fuq terminu qasir u medju. Fid-dawl tal-imprevedibbiltà tal-prezzijiet tal-enerġija, il-KESE jitlob li jittieħdu miżuri sostantivi u sistemiċi biex jittaffew ix-xokkijiet imprevisti sistemiċi mill-ambjent estern, u b’hekk jinħolqu l-kundizzjonijiet għal ħajja sostenibbli, stabbli, reżiljenti u soċjalment ġusta għar-residenti kollha taż-żona tal-euro. |
4.2. |
Il-KESE japprezza ħafna l-bidu ta’ dibattitu pubbliku ppreżentat mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment futur ta’ regoli fiskali. Din l-inizjattiva tant mistennija tista’ twassal biex jinħolqu regoli sempliċi u faċli biex jiġu mmonitorjati li ser jikkorrispondu għas-sitwazzjoni attwali fil-bidu tat-tielet deċennju ta’ dan is-seklu. Barra minn hekk, il-KESE jinnota li l-proċess ta’ tlestija gradwali tal-unjoni fiskali huwa marbut ukoll mal-ħolqien tal-istruttura kollha tas-sistema ta’ ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, inkluż il-ħolqien tal-pożizzjoni ta’ “Ministru tal-Finanzi”. |
4.3. |
Il-KESE qed isegwi bi tħassib kbir l-iżviluppi fil-qasam tat-tibdil fil-klima. F’dan il-kuntest, il-KESE jilqa’ l-adozzjoni tal-pakkett Lesti għall-mira ta’ 55 %, inkluż il-Pjan tal-UE dwar il-Mira Klimatika. Il-Kumitat iqis li huwa kruċjali li jiġu adottati u implimentati miżuri li jistabbilixxu standards ġeneralment adottati u aċċettati fil-ġlieda kontra l-kriżi klimatika. Hekk kif l-għażliet qed isiru limitati u ż-żmien biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima qed jonqos ġmielu, il-KESE jħeġġeġ li jiġu adottati l-miżuri urġenti kollha għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, fil-kuntest tat-tibdil fil-klima, ser ikun meħtieġ li jiġi analizzat l-impatt fuq l-iżviluppi makroekonomiċi u l-konsegwenzi tagħhom, jiġifieri l-politika monetarja u fiskali, inkluża l-istabbiltà finanzjarja u soċjali. |
4.4. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li tiġi kkompletata l-unjoni finanzjarja. Minkejja l-ħolqien gradwali tal-arkitettura tal-Unjoni Bankarja (12), għandu jsir kull sforz biex din tiġi kkompletata (13). Barra minn hekk, il-KESE jindika l-ħtieġa għal funzjonament effettiv tas-suq kapitali fl-istati tal-UE. F’dan il-kuntest, l-isforzi għandhom ikunu diretti lejn l-approfondiment ulterjuri tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (14) (15). |
4.5. |
Il-KESE jappoġġja t-tkomplija tal-politiki mmirati biex jitnaqqas l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, il-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa, u tassazzjoni effettiva u ġusta, li jistgħu jwasslu biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi f’pajjiżi individwali kif ukoll il-faqar. |
4.6. |
Fil-mixja lejn trasformazzjoni storika ta’ suċċess, il-KESE jqis li huwa tal-akbar importanza li tiġi mmonitorjata b’mod sistematiku u evalwata b’mod regolari l-effettività tal-miżuri kollha adottati u implimentati fil-kuntest tal-politiki ekonomiċi nazzjonali individwali, u b’hekk jinħolqu kundizzjonijiet favorevoli għal reazzjonijiet flessibbli kemm għal xokkijiet interni li jinbidlu kif ukoll għal xokkijiet sistemiċi mhux previsti mill-ambjent estern. |
Brussell, id-19 ta’ Jannar 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_21_5321
(2) https://www.ft.com/content/f3377da4-2ec6-4edb-b9b8-6a5af22bc2a2
(3) https://www.ecb.europa.eu/stats/policy_and_exchange_rates/target_balances/html/index.en.html
(4) https://www.imf.org/en/News/Seminars/Conferences/2021/11/17/9th-statistical-forum-measuring-climate-change
(5) COM(2021) 660 final.
(6) https://ec.europa.eu/eurostat/documents/2995521/11563351/2-29102021-AP-EN.pdf
(7) https://sdw.ecb.europa.eu/reports.do?node=1000004859.
(8) https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/european-green-deal_mt
(9) https://voxeu.org/article/income-inequality-eu-trends-and-policy-implications
(10) https://www.ecb.europa.eu/paym/digital_euro/html/index.mt.html
(11) Opinjoni tal-KESE dwar Riforma tal-qafas fiskali tal-UE għal irkupru sostenibbli u tranżizzjoni ġusta (Opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 105, 4.3.2022, p. 11).
(12) https://www.ecb.europa.eu/press/key/date/2021/html/ecb.sp210318_1~e2126b2dec.en.html
(13) ĠU C 132, 24.3.2022, p. 151.
(14) https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_21_6251
(15) https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_6307
12.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/102 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni” — NAIADES III: It-tisħiħ tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni Ewropej li jibqa’ validu fil-futur
[COM(2021) 324 final]
(2022/C 194/15)
Relatur: |
Mateusz SZYMAŃSKI |
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 10.8.2021 |
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni |
Adottata fis-sezzjoni |
17.12.2021 |
Adottata fil-plenarja |
19.1.2022 |
Sessjoni plenarja Nru |
566 |
Riżultat tal-votazzjoni |
|
(favur/kontra/astensjonijiet) |
242/1/5 |
1. Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. |
Il-Kumitat jemmen li t-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni għad għandu potenzjal mhux sfruttat. Il-Komunikazzjoni tqis il-problemi sinifikanti biex jiġi żviluppat dan il-mod ta’ trasport u, fil-prinċipju, il-KESE jappoġġja l-għanijiet u l-objettivi proposti fiha. |
1.2. |
Fid-dawl tal-bidliet fid-domanda għat-trasport u x-xejra ’l fuq fil-fatturat tal-portijiet, huwa meħtieġ li t-trasport Ewropew jiġi adattat fuq bażi kontinwa għall-ħtiġijiet attwali u futuri. Il-KESE jitlob li dan isir abbażi tal-prinċipju tal-multimodalità u t-tbaħħir intelliġenti, li jimplika li jsir l-aħjar użu possibbli mill-vantaġġi tad-diversi modi tat-trasport biex jinkisbu l-aħjar riżultati possibbli, filwaqt li fl-istess waqt tiżdied is-sikurezza u jitnaqqas il-piż ambjentali. |
1.3. |
Fir-rigward tal-Komunikazzjoni, huwa rrakkomandat li l-bidliet proposti jitqiegħdu f’ordni ta’ prijorità. Il-KESE jemmen li se jkun aktar faċli li jintlaħqu l-objettivi jekk jiġu stabbiliti ż-żewġ prijoritajiet ewlenin: (1) fuq perjodu ta’ żmien twil – l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-passaġġi fuq l-ilma, u (2) fuq perjodu ta’ żmien qasir – l-iżvilupp tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni fil-bliet. |
1.4. |
Fil-fehma tal-KESE, il-bidliet ippjanati mhux se jkunu effettivi sakemm ma jkunx hemm infrastruttura adatta li tirfed l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ dan il-mod ta’ trasport. Mingħajr il-prospett li jittejbu l-kundizzjonijiet tan-navigazzjoni fuq il-passaġġi fuq l-ilma, is-sidien tal-bastimenti mhux se jieħdu r-riskju u mhux se jinvestu fi flotta moderna, u l-awtoritajiet lokali ta’ pajjiżi individwali mhux se jkunu interessati li joħolqu terminali intermodali. |
1.5. |
L-implimentazzjoni tal-prijorità fuq perjodu ta’ żmien qasir dwar l-iżvilupp tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni fil-bliet tirrikjedi kundizzjonijiet speċifiċi. L-aktar importanti huma: il-ħolqien ta’ infrastruttura għall-“aħħar mil” mit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni u tal-passiġġieri, l-estensjoni għat-trasport tal-passiġġieri fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni tat-trattament preferenzjali mogħti lil modi oħra ta’ trasport urban jew reġjonali, l-għoti ta’ trattament preferenzjali lit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni b’emissjonijiet żero fil-bliet, u d-diġitalizzazzjoni. Fl-istess ħin, huwa importanti li l-iżvilupp tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni fil-bliet jikkontribwixxi għal kwalità tal-ħajja mtejba. |
1.6. |
Huwa importanti li jiġu żgurati mekkaniżmi ta’ appoġġ finanzjarju adegwati. Il-finanzjament għall-infrastruttura u għat-teknoloġiji innovattivi għandu jiġi żgurat fl-ambitu tal-programmi attwali u futuri tal-UE. Dawn l-istrumenti huma kruċjali minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-industrija, inkluża d-dominanza tal-SMEs. Dan huwa aktar u aktar importanti minħabba li l-politiki favur l-ambjent joħolqu sfidi sinifikanti u jista’ jkollhom impatt fuq is-settur. |
1.7. |
Għandha ssir enfasi sinifikanti fuq kwistjonijiet relatati mas-sitwazzjoni tal-ekwipaġġi. It-teknoloġiji l-ġodda jirrikjedu ħiliet ġodda. Huma meħtieġa investimenti fil-ħiliet u l-kwalifiki. In-nuqqas ta’ azzjoni jippreżenta theddid relatat mas-sikurezza tal-ħaddiema, tal-ekwipaġġi u tal-passiġġieri. Għalhekk, il-KESE jissottolinja l-ħtieġa li l-Istati Membri jimplimentaw kif xieraq id-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna. Barra minn hekk, jeħtieġ li jittejbu l-kundizzjonijiet tal-impjieg inklużi r-regoli dwar il-ħin tax-xogħol, il-leġiżlazzjoni relatata mal-protezzjoni soċjali adegwata għall-istazzjonar tal-ħaddiema u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fis-settur. |
1.8. |
Il-problema tal-pagi baxxi fis-settur, b’mod partikolari fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, għadha rilevanti, u dan iwassal biex it-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni ma jkunx impjieg attraenti. Nistgħu naraw li l-ekwipaġġi qed jixjieħu, peress li ż-żgħażagħ mhumiex interessati li jaħdmu fis-settur. Fl-istess waqt, is-settur mhuwiex ta’ interess għan-nisa. Dan iwassal għal nuqqas ta’ persunal u jillimita l-prospetti għall-iżvilupp. Id-djalogu soċjali f’diversi livelli u n-negozjar kollettiv f’dan is-settur, li jitwettqu u jiġu appoġġjati kif xieraq/imiss mill-awtoritajiet pubbliċi, għandhom ikunu kruċjali fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet f’dan il-qasam. |
1.9. |
Il-KESE jirrimarka wkoll li ħafna azzjonijiet imħabbra u ppjanati għadhom ma ġewx implimentati. Għalhekk huwa essenzjali li l-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali u lokali jkunu involuti bis-sħiħ u determinati li jilħqu dawn l-objettivi, fid-dawl tal-kompetenzi rispettivi tal-UE, tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet lokali. Dan japplika wkoll għas-sorsi ta’ finanzjament, li għandhom iqisu kemm il-finanzjament Ewropew kif ukoll dak nazzjonali. Sfortunatament, il-KESE huwa diżappuntat jinnota li l-investiment fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni jidher biss sa ċertu punt fil-pjani nazzjonali ta’ rkupru ppreżentati mill-Istati Membri. |
2. Kuntest
2.1. |
Fil-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea tissottolinja l-importanza tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni biex jinbena trasport b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u modern fl-Unjoni Ewropea. Hija tirrimarka li l-bini ta’ trasport aktar ekoloġiku huwa parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, li jindika l-għanijiet marbuta ma’ dan: it-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni u t-trasport marittimu fuq distanzi qosra għandhom jiżdiedu b’25 % sal-2030 u b’50 % sal-2050 (2). |
2.2. |
Il-Komunikazzjoni tinnota li sar progress mhux sodisfaċenti fiż-żieda tas-sehem tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni fl-UE fl-istruttura tat-trasport modali. Fl-istess waqt, din tenfasizza l-potenzjal mhux sfruttat kemm tul il-kurituri tat-TEN-T kif ukoll fil-bliet. |
2.3. |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ġew proposti miżuri addizzjonali biex dan is-settur tat-trasport isir aktar attraenti. Skont il-Kummissjoni, għandu jkun hemm żewġ objettivi ewlenin: it-trasferiment ta’ aktar trasport tal-merkanzija lejn it-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, u l-istabbiliment tas-settur f’perkors irriversibbli għal emissjonijiet żero, sostnuti minn bidla fundamentali lejn aktar diġitalizzazzjoni, kif ukoll miżuri ta’ akkumpanjament biex tiġi appoġġjata l-forza tax-xogħol attwali u futura. |
2.4. |
Dawn l-objettivi għandhom jintlaħqu permezz ta’ tmien inizjattivi ewlenin ippjanati għall-perjodu 2021-2027. Il-pjan deskritt jinkludi inizjattivi dwar l-infrastruttura (inizjattivi ewlenin 1 u 4), it-trasport multimodali (inizjattivi ewlenin 2 u 5), il-bastimenti b’emissjonijiet żero (inizjattivi ewlenin 6, 3, 8) u l-ekwipaġġi (inizjattiva ewlenija 7). F’dan ir-rigward, il-KESE jemmen li l-inizjattivi ewlenin kollha huma importanti, iżda għandu jitqies li jiġu stabbiliti prijoritajiet li huma prekundizzjoni sabiex jinkisbu l-objettivi stabbiliti. |
3. Kummenti ġenerali
3.1. |
Il-KESE jixtieq jissottolinja li, bħal fl-Opinjonijiet preċedenti tiegħu, huwa jappoġġa inizjattivi li għandhom l-għan li jsaħħu t-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, meta jitqies li dan huwa wieħed mill-aktar forom sostenibbli ta’ trasport b’potenzjal li għadu mhux sfruttat. Sfortunatament, id-data turi li t-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, bħal modi oħra ta’ trasport, bata b’riżultat tal-kriżi tal-COVID-19 (3). |
3.2. |
Fid-dawl tal-bidliet fid-domanda għat-trasport u x-xejra ’l fuq fil-fatturat tal-portijiet, huwa meħtieġ li t-trasport Ewropew jiġi adattat fuq bażi kontinwa għall-ħtiġijiet attwali u futuri. Minħabba l-ħtieġa li jitnaqqas il-piż ambjentali u li tiġi żgurata s-sikurezza, huwa importanti li titnaqqas il-konġestjoni kkawżata mit-trasport bit-triq. Il-KESE jitlob li dan isir abbażi tal-prinċipju tal-multimodalità, li jimplika li jsir l-aħjar użu possibbli mill-vantaġġi tad-diversi modi tat-trasport biex jinkisbu l-aħjar riżultati possibbli. Se jkun importanti wkoll li jiġi sfruttat il-potenzjal assoċjat mas-soluzzjonijiet tat-tbaħħir intelliġenti. |
3.3. |
Il-KESE jissuġġerixxi li l-bidliet proposti jitqiegħdu f’ordni ta’ prijorità. Ikun aktar faċli li jintlaħqu l-objettivi jekk jiġu stabbiliti ż-żewġ prijoritajiet ewlenin:
|
3.4. |
Fil-fehma tal-KESE, l-azzjonijiet mhux se jkunu effettivi sakemm ma jkunx hemm infrastruttura xierqa li tirfed l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ dan il-mod ta’ trasport. Minbarra l-kundizzjonijiet naturali, hija l-infrastruttura li tiddetermina l-iżvilupp tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni f’kull pajjiż. Mingħajr tal-inqas il-prospett li jittejbu l-kundizzjonijiet tan-navigazzjoni fuq il-passaġġi fuq l-ilma, is-sidien tal-bastimenti mhux se jieħdu r-riskju u ma jinvestux fi flotta moderna, u l-awtoritajiet lokali ta’ pajjiżi individwali mhux se jkunu interessati li joħolqu terminali intermodali. L-azzjonijiet l-oħra kollha relatati mat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni huma subordinati għal din il-prijorità. |
3.5. |
L-implimentazzjoni tal-prijorità fuq perjodu ta’ żmien qasir dwar l-iżvilupp ta’ servizzi tal-passiġġieri u tal-merkanzija fil-bliet tirrikjedi kundizzjonijiet speċifiċi. L-aktar importanti huma: il-ħolqien ta’ infrastruttura għall-“aħħar mil” mit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni u tal-passiġġieri, l-estensjoni għat-trasport tal-passiġġieri fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni tat-trattament preferenzjali mogħti lil modi oħra ta’ trasport urban jew reġjonali, l-għoti ta’ trattament preferenzjali lit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni b’emissjonijiet żero fil-bliet, u d-diġitalizzazzjoni. Fl-istess ħin, huwa importanti li l-iżvilupp tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni fil-bliet jikkontribwixxi għal kwalità tal-ħajja mtejba, eż. tnaqqis fil-konġestjoni, inqas riskju ta’ inċidenti, tnaqqis fit-tniġġis tal-arja u tnaqqis tal-istorbju. |
3.6. |
Huwa importanti wkoll li jiġu żgurati mekkaniżmi ta’ appoġġ finanzjarju adegwati. Il-mod kif l-industrija hija strutturata, li huwa ddominat fuq kollox mill-SMEs, inaqqas il-possibbiltajiet ta’ aċċess għall-finanzjament. L-appoġġ finanzjarju għall-investiment fl-infrastruttura u fit-teknoloġiji innovattivi għandu jiġi żgurat fl-ambitu tal-programmi attwali u futuri tal-UE. Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll soluzzjonijiet relatati mat-tassazzjoni tas-settur. Dawn l-istrumenti huma kruċjali minħabba t-tul tal-ħajja tal-flotta u għalhekk l-ippjanar fit-tul fl-industrija. Dan huwa aktar u aktar importanti minħabba li l-politiki favur l-ambjent joħolqu sfidi sinifikanti u jista’ jkollhom impatt fuq is-settur. |
3.7. |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-ħtieġa mhux biss ta’ azzjoni konkreta iżda wkoll ta’ involviment u determinazzjoni adegwati tal-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali u lokali fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri. Hemm bżonn ta’ politika ċara mill-Istati Membri biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni. |
3.8. |
Il-KESE huwa konxju li r-rwol u l-impenn tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u tal-objettivi individwali huma kruċjali. Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-investiment hija espressjoni partikolari tal-impenn sħiħ tagħhom. Għalhekk, il-KESE jitlob li l-finanzjament Ewropew biex jiġi appoġġjat it-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni jiġi ssupplimentat b’miżuri nazzjonali, filwaqt li jitqiesu l-kompetenzi rispettivi tal-UE u tal-Istati Membri. Sfortunatament, il-KESE huwa diżappuntat jinnota li l-investiment fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni jidher biss sa ċertu punt fil-pjani nazzjonali ta’ rkupru ppreżentati mill-Istati Membri. |
Kummenti speċifiċi
3.9. |
Kif indikat qabel, l-iżvilupp tal-infrastruttura huwa fattur ewlieni fl-iżvilupp b’suċċess tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni. Il-Komunikazzjoni tirrikonoxxi din il-problema u tiġbed l-attenzjoni għan-network tat-TEN-T. Madankollu, wieħed għandu jżomm f’moħħu li: (1) mhux il-passaġġi fuq l-ilma ewlenin kollha tal-UE li għandhom potenzjal sinifikanti huma inklużi fin-network tat-TEN-T; (2) xi passaġġi fuq l-ilma li bħalissa ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tan-network ewlieni tat-TEN-T jistgħu jiffurmaw rabta importanti ta’ konnessjonijiet multimodali fil-kurituri tat-trasport; (3) xi sezzjonijiet ta’ passaġġi fuq l-ilma mhux inklużi fit-TEN-T jistgħu, wara l-iżvilupp, ineħħu l-konġestjonijiet fiż-żoni tal-madwar tal-portijiet marittimi li jinsabu fil-kurituri tat-trasport. |
3.10. |
Il-kisba ta’ din il-prijorità fit-tul tiddependi mill-ħolqien tal-kundizzjonijiet organizzattivi u finanzjarji biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-passaġġi fuq l-ilma. L-ewwel nett, huwa neċessarju li n-network tal-passaġġi fuq l-ilma tat-TEN-T jiġi kkoordinat mal-Ftehim Ewropew dwar il-Passaġġi fuq l-Ilma Interni Ewlenin ta’ Importanza Internazzjonali (Ftehim AGN) (konkluż taħt il-patroċinju tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU – NU/KEE) u li t-TEN-T jiġi rivedut billi jinkludi, fin-network tat-TEN-T, passaġġi fuq l-ilma tal-AGN b’potenzjal sinifikanti jew ċerti passaġġi fuq l-ilma li jistgħu jiffurmaw element importanti tal-konnessjonijiet intermodali internazzjonali fil-kuritur tat-trasport. |
3.11. |
Għandhom jinħolqu wkoll aktar possibbiltajiet biex jgħinu fil-finanzjament tal-iżvilupp tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni. Dan japplika mhux biss għall-passaġġi fuq l-ilma li diġà jintużaw b’suċċess għat-trasport ta’ merkanzija fin-network tat-TEN-T, iżda wkoll għal dawk li bħalissa huma ta’ ftit importanza u li mhumiex parti minn dan in-network (4). It-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni jintuża għal aktar minn sempliċi trasport u għalhekk għandu jiġi żviluppat b’mod komprensiv. Li jitqiesu l-funzjonijiet kollha tal-passaġġi fuq l-ilma fil-proċess ta’ żvilupp ifisser li jiġi pprovdut perjodu itwal għall-ippjanar u t-twettiq ta’ investimenti fl-infrastruttura, u li jiżdiedu l-kostijiet tal-investiment. Għalhekk, flimkien mar-reviżjoni tan-network tat-TEN-T, soluzzjoni oħra tista’ tkun li jinħoloq fond li jappoġġja l-iżvilupp ta’ passaġġi fuq l-ilma li mhumiex parti min-network tat-TEN-T. Mingħajr appoġġ speċifiku, l-iżvilupp tal-passaġġi fuq l-ilma madwar l-UE se jkun irregolari u, f’ħafna każijiet, limitat għal investimenti ta’ modernizzazzjoni fuq skala żgħira li ma jipprovdux bażi sostenibbli għall-iżvilupp ta’ dan il-mod ta’ trasport. |
3.12. |
Huwa partikolarment importanti li tiġi enfasizzata l-ħtieġa li jiġu kkoordinati l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet kollha marbuta ma’ dan is-settur. Il-KESE jenfasizza li, meta l-Komunikazzjoni tagħmel referenza għall-governanza, hija tinkludi l-NU/KEE fost l-istrutturi ta’ tmexxija ewlenin rilevanti għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni. Madankollu, meta tirreferi għal entitajiet li magħhom se tikkoopera l-Kummissjoni Ewropea, din l-istituzzjoni ma titqiesx. Il-KESE jemmen li hija meħtieġa kooperazzjoni effiċjenti bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-NU/KEE u partijiet ikkonċernati oħra. |
3.13. |
L-azzjonijiet biex jittejjeb ir-rwol tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni fit-trasport urban għandhom jinvolvu l-inklużjoni ta’ dan il-mod ta’ trasport fis-sistema tal-provvista, fejn il-ħtiġijiet u l-ispejjeż tal-infrastruttura mhumiex sinifikanti peress li jikkonċernaw prinċipalment l-infrastruttura lokalizzati sew. Barra minn hekk, jagħmel sens li t-trasport fuq l-ilmijiet interni jiġi inkluż fis-sistema tat-trasport pubbliku urban, fejn possibbli. Il-KESE jirrimarka l-fatt li s-sistema preferenzjali għat-trasport pubbliku urban bit-triq tfisser li t-trasport tal-passiġġieri bil-passaġġi fuq l-ilma interni mhuwiex attraenti f’termini ta’ prezz u li għalhekk huwa meħtieġ li jkun hemm kundizzjonijiet ekwivalenti. L-involviment tal-awtoritajiet lokali huwa partikolarment importanti f’dan il-każ. |
3.14. |
Il-KESE jixtieq jisħaq li kemm it-trasport tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija fil-bliet ma jirrikjedix passaġġi fuq l-ilma ta’ livell għoli, jiġifieri li l-investimenti infrastrutturali meħtieġa għall-iżvilupp tat-trasport fuq l-ilmijiet navigabbli interni huma żgħar u jinkludu infrastruttura lokalizzata sew – portijiet u faċilitajiet ta’ trażbord – u infrastruttura għall-użu ta’ fjuwils rinnovabbli għal bastimenti moderni b’emissjonijiet żero. |
3.15. |
Il-KESE jemmen ukoll li l-iżvilupp tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni fil-bliet ikun inċentiv eċċellenti biex jitħaffef il-proċess li jiġu ppruvati soluzzjonijiet ġodda inklużi dawk relatati ma’ sorsi tal-enerġija b’emissjonijiet żero, minħabba l-fatt li l-iżvilupp tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni jirrikjedi l-użu ta’ bastimenti iżgħar li għalihom hemm inqas rekwiżiti tal-infrastruttura. Madankollu, hemm bżonn ta’ inċentivi pożittivi għall-investiment. |
3.16. |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tiddeskrivi b’mod preċiż ħafna l-problemi tad-diġitalizzazzjoni u x-xejriet tal-iżvilupp f’dan il-qasam. Din tinkludi biss suġġeriment dwar il-passaġġi fuq l-ilma rilevanti għat-turiżmu (Network Ewropew għan-Navigazzjoni Interna Rikreattiva – AGNP). It-tkabbir dinamiku tat-turiżmu nawtiku jfisser li għandha tiġi stabbilita sistema ta’ informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tan-navigazzjoni fuq il-passaġġi tal-ilma rikreattivi. Dawn is-sistemi ġew stabbiliti f’pajjiżi differenti. Ta’ min jissuġġerixxi li tali attivitajiet jiġu kkoordinati jew li jiġu stabbiliti standards komuni f’dan ir-rigward. |
3.17. |
Il-KESE jirrimarka li l-użu ta’ sorsi ġodda tal-enerġija għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda, inklużi dawk diġitali, għandhom impatt fuq iċ-ċirkostanzi tal-ekwipaġġi. Huma meħtieġa investimenti fil-ħiliet u l-kwalifiki. In-nuqqas ta’ azzjoni jippreżenta theddid relatat mas-sikurezza tal-ekwipaġġi u tal-passiġġieri. Għalhekk, il-KESE jissottolinja l-ħtieġa li l-Istati Membri jimplimentaw kif xieraq id-Direttiva (UE) 2017/2397 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna sas-17 ta’ Jannar 2022. |
3.18. |
Fir-rigward tal-impjiegi, il-KESE jaqbel ma’ għadd ta’ sejbiet u proposti tal-Kummissjoni. L-enfasi tal-problema ta’ rabta ġenwina bejn is-sid/l-operatur tan-negozju u d-drittijiet tal-ħaddiem għandha tintlaqa’ tajjeb. Aħna nemmnu li l-qafas legali f’dan il-qasam jeħtieġ li jiġi rieżaminat bir-reqqa. L-implimentazzjoni effettiva tar-regoli dwar il-ħin tax-xogħol stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2014/112/UE (5) tibqa’ kruċjali. Barra minn hekk, huwa importanti li tiġi introdotta leġiżlazzjoni adegwata dwar il-protezzjoni soċjali għall-istazzjonar tal-ħaddiema u li jiġu żgurati u kkunsidrati, fil-proċess ta’ implimentazzjoni, saħħa u sikurezza okkupazzjonali adegwati fil-bastimenti tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni. |
3.19. |
Il-livelli baxxi ta’ pagi fis-settur għadhom ukoll problema. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-eżistenza ta’ lakuna sinifikanti fil-pagi fis-settur bejn l-Ewropa tal-Punent u l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Dan jirriżulta f’migrazzjoni tal-ħaddiema lejn il-Punent u nuqqas ta’ persunal fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Madankollu, id-diffikultajiet fir-reklutaġġ jistgħu jitqiesu madwar l-Ewropa kollha. It-tixjiħ tal-ekwipaġġi jikkontribwixxi wkoll għal dan. L-impjieg fuq il-bastimenti interni mhuwiex attraenti għaż-żgħażagħ. Barra minn hekk, is-settur mhuwiex ta’ interess għan-nisa. Barra minn hekk, is-sidien tal-bastimenti qed ifittxu aktar u aktar persunal speċjalizzat li mhuwiex faċli li jinstab fis-suq tax-xogħol (6). Dawn il-kwistjonijiet kollha jitolbu li jittieħdu passi xierqa, filwaqt li jitqiesu l-kompetenzi rispettivi tal-UE u tal-Istati Membri. |
3.20. |
Il-KESE japprezza li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni għall-mekkaniżmi ta’ djalogu soċjali f’dan is-settur. Il-Kumitat jenfasizza l-potenzjal importanti tad-djalogu soċjali u tan-negozjar kollettiv, speċjalment fi żminijiet ta’ problemi ekonomiċi kbar u matul perjodu ta’ bidliet strutturali kbar marbuta mad-diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika. Kif turi l-ħidma dwar it-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni mwettqa mill-Kumitat tad-Djalogu Soċjali Settorjali Ewropew dwar il-Portijiet (SSDC għat-trasport tal-ilma intern), l-imsieħba soċjali jirrikonoxxu l-isfidi li qed jiffaċċja dan is-settur. Sabiex isir użu sħiħ mill-potenzjal tad-djalogu soċjali, huwa meħtieġ appoġġ adegwat għall-imsieħba soċjali f’livelli differenti. Għalhekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri huma mitluba jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ u jipprovdu appoġġ ugwali lill-partijiet meta jitolbu dan. |
Brussell, id-19 ta’ Jannar 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Id-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 91/672/KEE u 96/50/KE (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 53).
(2) Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur (COM(2020) 789 final).
(3) Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (CCNR), Informazzjoni Intuwittiva dwar is-Suq, Navigazzjoni Interna fl-Ewropa, April 2021.
(4) KE, Assessment of the Potential of Maritime and Inland Ports and Inland Waterways and of Related Policy Measures, Including Industrial Policy Measures (Valutazzjoni tal-Potenzjal tal-Portijiet Marittimi u Interni u tal-Passaġġi fuq l-Ilma Interni u ta’ Miżuri ta’ Politika Relatati, Inklużi Miżuri ta’ Politika Industrijali), Rapport Finali, 2020.
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/112/UE tad-19 ta' Diċembru 2014 li timplimenta l-Ftehim Ewropew dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni konkluż mill-Unjoni tan-Navigazzjoni Interna (EBU), l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Kaptani (ESO) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) (ĠU L 367, 23.12.2014, p. 86).
(6) CCNR, The European Inland Navigation Sector (Is-Settur Ewropew tan-Navigazzjoni Interna), Is-Suq tax-Xogħol, 2021.
12.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/107 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2020/1429 fir-rigward tad-durata tal-perjodu ta’ referenza għall-applikazzjoni ta’ miżuri temporanji dwar l-impożizzjoni ta’ imposti għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja”
[COM(2021) 832 final — 2021/0437(COD)]
(2022/C 194/16)
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 17.1.2022 Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 21.1.2022 |
Bażi legali |
Artikoli 91 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni |
Adottata fil-plenarja |
19.1.2022 |
Sessjoni Plenarja Nru |
566 |
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
229/1/1 |
Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul il-566 sessjoni plenarja tiegħu tad-19 u l-20 ta’ Jannar 2022 (seduta tad-19 ta’ Jannar), b’229 vot favur, vot wieħed (1) kontra u astensjoni waħda (1), li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, id-19 ta’ Jannar 2022.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew