ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 357

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 63
27 ta' Ottubru 2020


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1557 tal-21 ta’ Ottubru 2020 li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-merlangu fiż-żona 8 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1558 tal-21 ta’ Ottubru 2020 li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għar-rebekkini u raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 8 u 9 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

4

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1559 tas-26 ta’ Ottubru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid ( 1 )

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1560 tas-26 ta’ Ottubru 2020 li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 li jistabbilixxi l-metodi ta’ analiżi għad-determinazzjoni tal-kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali għall-kontroll uffiċjali tal-għalf ( 1 )

17

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1561 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lill-Ungerija biex ittaffi r-riskji ta’ qagħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

24

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1562 tas-26 ta’ Ottubru 2020 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 fir-rigward tal-istandards armonizzati għal ċertu tagħmir tar-radju li jikkonċernaw sistemi avvanzati ta’ gwida u ta’ kontroll tal-moviment fuq is-superfiċje, radars primarji tas-sorveljanza, riċevituri tal-awdjo tax-xandir, tagħmir tat-telekomunikazzjoni mobbli internazzjonali u sistemi tar-radju fissi

29

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1563 tal-14 ta’ Ottubru 2020 dwar il-faqar enerġetiku

35

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

27.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 357/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1557

tal-21 ta’ Ottubru 2020

li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-merlangu fiż-żona 8 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2020.

(2)

Skont it-tagħrif li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tal-merlangu li, l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż, għamlu fiż-żona 8, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2020.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2020 għall-Belġju għall-istokk tal-merlangu fiż-żona 8 imsemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

1.   Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jsir tiftix għall-ħut, tfigħ, issettjar jew ġbid tal-irkaptu tas-sajd għall-finijiet tas-sajd ta’ dak l-istokk.

2.   It-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, it-tqegħid f’gaġeġ, is-simna u l-ħatt l-art ta’ ħut u ta’ prodotti tas-sajd minn dak l-istokk li jinqabdu minn dawk il-bastimenti għandhom jibqgħu awtorizzati għall-qabdiet meħuda qabel dik id-data.

3.   Il-qabdiet mhux intenzjonati ta’ speċijiet minn dak l-istokk minn dawk il-bastimenti għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd, jiġu rreġistrati, jinħattu l-art u jinqatgħu mill-kwoti f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).


ANNESS

Nru

27/TQ123

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

WHG/08

Speċi

Merlangu (Merlangius merlangus)

Żona

8

Data tal-għeluq

1.10.2020


27.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 357/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1558

tal-21 ta’ Ottubru 2020

li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għar-rebekkini u raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 8 u 9 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2020.

(2)

Skont it-tagħrif li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tar-rebekkini u raj li, l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż, għamlu fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 8 u 9 eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2020.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2020 għall-Belġju għall-istokk tar-rebekkini u raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 8 u 9 imsemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

1.   Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jsir tiftix għall-ħut, tfigħ, issettjar jew ġbid tal-irkaptu tas-sajd għall-finijiet tas-sajd ta’ dak l-istokk.

2.   It-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, it-tqegħid f’gaġeġ, is-simna u l-ħatt l-art ta’ ħut u ta’ prodotti tas-sajd minn dak l-istokk li jinqabdu minn dawk il-bastimenti għandhom jibqgħu awtorizzati għall-qabdiet meħuda qabel dik id-data.

3.   Il-qabdiet mhux intenzjonati ta’ speċijiet minn dak l-istokk minn dawk il-bastimenti għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd, jiġu rreġistrati, jinħattu l-art u jinqatgħu mill-kwoti f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).


ANNESS

Nru

26/TQ123

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

SRX/89-C. inkluż RJC/89-C., RJH/89-C., RJN/89-C., RJU/8-C. u RJU/9-C.

Speċi

Rebekkini u raj (Rajiformes)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 8 u 9

Data tal-għeluq

1.10.2020


27.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 357/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1559

tas-26 ta’ Ottubru 2020

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, sal-1 ta’ Jannar 2018 il-Kummissjoni kellha tistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat jew notifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(2)

Il-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat jew notifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 ġiet stabbilita bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (3).

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1023 (4) ikkoreġa l-lista inizjali tal-Unjoni ta’ ikel ġdid stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 billi ssostitwixxa dak l-Anness. Sadanittant ġew adottati tmien Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta’ ikel ġdid jew li jestendu l-użu ta’ ikel ġdid rispettivament: ir-Regolamenti (UE) 2018/460 (5), (UE) 2018/461 (6), (UE) 2018/462 (7), (UE) 2018/469 (8), (UE) 2018/991 (9), (UE) 2018/1011 (10), (UE) 2018/1018 (11), (UE) 2018/1032 (12). Dawk ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni aġġornaw ukoll il-lista tal-Unjoni. Madankollu, dak l-ikel ġdid u l-estensjonijiet tal-użu ta’ ikel ġdid ma għadhomx jidhru fil-lista, kif sostitwita bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1023.

(4)

Għaldaqstant, għal raġunijiet ta’ ċarezza u ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li l-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 tiġi emendata biex tinkludi mill-ġdid dak l-ikel ġdid u dawk l-estensjonijiet tal-użu ta’ ikel ġdid fil-lista tal-Unjoni. Billi dak l-ikel ġdid u dawk l-estensjonijiet tal-użu ta’ ikel ġdid ġew inklużi fil-lista tal-Unjoni sad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1023 fit-13 ta’ Awwissu 2018, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika minn dik id-data.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-13 ta’ Awwissu 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1023 tat-23 ta’ Lulju 2018 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid (ĠU L 187, 24.7.2018, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/460 tal-20 ta’ Marzu 2018 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-florotannini Ecklonia cava bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 78, 21.3.2018, p. 2).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/461 tal-20 ta’ Marzu 2018 li jawtorizza estensjoni tal-użu ta’ estratt rikk fit-tassifolina bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 78, 21.3.2018, p. 7).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/462 tal-20 ta’ Marzu 2018 li jawtorizza estensjoni għall-użu tal-L-ergotijoneina bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 78, 21.3.2018, p. 11).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/469 tal-21 ta’ Marzu 2018 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ estratt ta’ tliet għeruq erbali (Cynanchum wilfordii Hemsley, Phlomis umbrosa Turcz. u Angelica gigas Nakai) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 79, 22.3.2018, p. 11).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/991 tat-12 ta’ Lulju 2018 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-idroliżat tal-liżożoma tal-abjad tal-bajd tat-tiġieġ skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 177, 13.7.2018, p. 9).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1011 tas-17 ta’ Lulju 2018 li jawtorizza estensjoni tal-użu tal-faqqiegħ ittrattat bir-raġġi UV bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 181, 18.7.2018, p. 4).

(11)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1018 tat-18 ta’ Lulju 2018 li jawtorizza estensjoni għall-użu tal-ħmira tal-furnara ttrattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 183, 19.7.2018, p. 9).

(12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1032 tal-20 ta’ Lulju 2018 li jawtorizza l-estensjoni tal-użu taż-żejt tal-mikroalga Schizochytrium sp. bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 185, 23.7.2018, p. 9).


ANNESS

L-Anness huwa emendat kif ġej.

(1)

It-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat) hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata li ġejja qed tiddaħħal bejn l-entrata għaż-“Żejt tal-Echium plantagineum” u l-entrata għall-“Idroliżat tal-membrana tal-bajd”:

Ikel ġdid awtorizzat

Il-kundizzjonijiet li fihom jista’ jintuża l-ikel ġdid

Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn

Rekwiżiti oħrajn

“Florotannini tal-Ecklonia cava

Kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi

Id-deżinjazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minnu għandha tkun “Florotannini tal-Ecklonia cava”.

Is-supplimenti tal-ikel li jkun fihom il-Florotannini tal-Ecklonia cava għandu jkollhom id-dikjarazzjoni li ġejja:

(a)

Dan is-suppliment tal-ikel ma għandux jiġi kkunsmat mit-tfal/mill-adolexxenti ta’ taħt it-tnax/l-erbatax/it-tmintax(*)-il sena.

(b)

Dan is-suppliment tal-ikel ma għandux jiġi kkunsmat minn persuni li jbatu bil-marda tat-tirojde jew minn persuni li huma konxji jew li ġew identifikati li huma fir-riskju li jiżviluppaw il-marda tat-tirojde.

(c)

Dan is-suppliment tal-ikel ma għandux jiġi kkunsmat jekk jiġu kkunsmati wkoll supplimenti tal-ikel oħrajn li fihom il-jodju.

(*)

Skont il-grupp tal-età li jkun maħsub għalih is-suppliment tal-ikel.”

 

Is-supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE maħsuba għall-popolazzjoni ġenerali, ħlief it-tfal taħt l-età ta’ 12-il sena

163 mg kuljum għall-adoloxxenti ta’ bejn it-12 u l-14-il sena

230 mg kuljum għall-adoloxxenti ta’ aktar minn 14-il sena

263 mg kuljum għall-adulti

(b)

l-entrata għall-“Estratt li fih ħafna tassifolina” hi sostitwita b’dan li ġej:

“Estratt li fih ħafna tassifolina

Kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi

Id-deżinjazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minnu għandha tkun ‘Estratt li fih ħafna tassifolina’”

 

Jogurt abjad/Jogurt bil-frott(*)

0,020 g/kg

Kefir(*)

0,008 g/kg

Xorrox tal-butir(*)

0,005 g/kg

Trab tal-ħalib(*)

0,052 g/kg

Krema(*)

0,070 g/kg

Krema qarsa(*)

0,050 g/kg

Ġobon(*)

0,090 g/kg

Butir(*)

0,164 g/kg

Ħelu biċ-ċikkulata

0,070 g/kg

Xarbiet mhux alkoħoliċi

0,020 g/L

Is-supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE maħsuba għall-popolazzjoni ġenerali, ħlief it-trabi, it-tfal żgħar u l-adoloxxenti taħt l-età ta’ 14-il sena

100 mg kuljum

(*)

Meta jintuża fil-prodotti tal-ħalib, l-estratt li fih ħafna tassifolina ma jista’ jissostitwixxi l-ebda kostitwent tal-ħalib, kompletament jew parzjalment

(c)

l-entrata għal-“L-ergotijoneina” hi sostitwita b’dan li ġej:

“L-ergotijoneina

Kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi

Id-deżinjazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minnu għandha tkun ‘L-ergotijoneina’”

 

Xarbiet mhux alkoħoliċi

0,025 g/kg

Xarbiet magħmulin mill-ħalib

0,025 g/kg

“Prodotti tal-ħalib friski(*)

0,040 g/kg

Bars taċ-ċereali

0,2 g/kg

Ħelu biċ-ċikkulata

0,25 g/kg

Is-supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE

30 mg kuljum għall-popolazzjoni ġenerali (ħlief in-nisa tqal u li qegħdin ireddgħu)

20 mg kuljum għat-tfal li għandhom aktar minn 3 snin

(*)

Meta tintuża fil-prodotti tal-ħalib, l-L-ergotijoneina ma tista’ tissostitwixxi l-ebda kostitwent tal-ħalib, kompletament jew parzjalment

(d)

l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrata għal-“L-ergotijoneina” u l-entrata għall-“EDTA tas-sodju ferriku”:

“Estratt tat-tliet għeruq erbali (Cynanchum wilfordii Hemsley, Phlomis umbrosa Turcz. u Angelica gigas Nakai)

Kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi

Id-deżinjazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minnu għandha tkun ‘estratt tat-tliet għeruq erbali (Cynanchum wilfordii Hemsley, Phlomis umbrosa Turcz. u Angelica gigas Nakai)’.

It-tikkettar tas-supplimenti tal-ikel li fihom l-estratt tat-taħlita tat-tliet għeruq erbali għandu jkollu dikjarazzjoni qrib il-lista tal-ingredjenti li tindika li ma għandhomx jiġu kkunsmati minn individwi li jafu li huma allerġiċi għall-karfus.”

 

Is-supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE għall-popolazzjoni adulta

175 mg kuljum

(e)

l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrata għall-Oleoraża tal-likopen mit-tadam” u l-entrata għaċ-“Ċitrat malat tal-manjeżju”:

“Liżożima idrolizzata tal-abjad tal-bajd tat-tiġieġ

Kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi

Id-deżinjazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tas-supplimenti tal-ikel li fihom minnu għandha tkun “Liżożima idrolizzata tal-abjad tal-bajd tat-tiġieġ”.”

 

Is-supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE maħsuba għall-popolazzjoni adulta

1000 mg kuljum

(f)

l-entrata għall-“Faqqiegħ ittrattat bil-UV (Agaricus bisporus)” hi sostitwita b’dan li ġej:

“Faqqiegħ ittrattat bil-UV (Agaricus bisporus)

Kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi ta’ vitamina D2

1.

Id-deżinjazzjoni fuq it-tikketta tal-ikel ġdid bħala tali jew tal-oġġetti tal-ikel li fihom minnu għandha tkun ‘Faqqiegħ ittrattat bil-UV (Agaricus bisporus)’.

2.

Id-deżinjazzjoni fuq it-tikketta tal-ikel ġdid bħala tali jew tal-oġġetti tal-ikel li fihom minnu għandha tkun akkumpanjata minn indikazzjoni ‘intuża trattament b’dawl ikkontrollat biex jiżdiedu l-livelli ta’ vitamina D’ jew ‘intuża trattament b’dawl UV biex jiżdiedu l-livelli ta’ vitamina D2’.”

 

Faqqiegħ (Agaricus bisporus)

20 μg ta’ vitamina D2/100 g piż frisk

(g)

L-entrata għall-“Ħmira tal-furnara ttrattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae)” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Ħmira tal-furnara ttrattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae)

Kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi ta’ vitamina D2

Id-deżinjazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minnu għandha tkun ‘Ħmira tal-vitamina D’ jew ‘Ħmira tal-vitamina D2

 

Ħobż u bziezen imħemmra bil-ħmira

5 μg ta’ vitamina D2/100 g

Prodotti fini tal-forn li jkunu mħemmra bil-ħmira

5 μg ta’ vitamina D2/100 g

Is-supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE

 

Ħmira friska jew niexfa ppakkjata bil-lest biex tinħema d-dar

45 μg/100 g għall-ħmira friska

200 μg/100 g għall-ħmira mnixxfa

1.

Id-deżinjazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel għandha tkun “Ħmira tal-vitamina D” jew “Ħmira tal-vitamina D2”.

2.

It-tikkettar tal-ikel ġdid għandu jkollu fuqu dikjarazzjoni li l-oġġett tal-ikel hu maħsub biss għall-ħami u li ma jridx jittiekel nej.

3.

It-tikkettar tal-ikel ġdid għandu jkollu fuqu struzzjonijiet għall-użu għall-konsumaturi finali sabiex ma tinqabiżx il-konċentrazzjoni massima ta’ 5 μg/100 g ta’ vitamina D2 fil-prodotti finali li jinħmew id-dar.”

(h)

l-entrata għaż-“Żejt tas-Schizochytrium sp. (T18)” hi sostitwita b’dan li ġej:

“Żejt tas-Schizochytrium sp. (T18)

Kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi

Id-deżinjazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minnu għandha tkun ‘Żejt tal-mikroalgi Schizochytrium sp’”

 

Prodotti magħmulin mill-ħalib ħlief xarbiet magħmulin mill-ħalib

200 mg/100 g jew għall-prodotti tal-ġobon 600 mg/100 g

Analogi ta’ prodotti tal-ħalib ħlief xarbiet

200 mg/100 g jew għall-analogi għall-prodotti tal-ġobon 600 mg/100 g

Xaħam li jiddellek u taħwir tal-ikel

600 mg/100 g

Ċereali għall-kolazzjon

500 mg/100 g

Is-supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE

250 mg DHA kuljum għall-popolazzjoni ġenerali

450 mg DHA kuljum għan-nisa tqal u li qegħdin ireddgħu

Sostituti tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 u sostituti ta’ ikliet għall-kontroll tal-piż

250 mg/ikla

Xarbiet magħmulin mill-ħalib u prodotti simili maħsuba għat-tfal żgħar

200 mg/100 g

Ikel maħsub biex jagħmel tajjeb għall-użu ta’ sforz muskolari qawwi, speċjalment għall-isportivi

Oġġetti tal-ikel li fuqhom ikollhom dikjarazzjonijet tan-nuqqas jew tal-preżenza mnaqqsa tal-glutina f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 828/2014

Ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

Skont il-bżonnijiet nutrittivi partikolari tal-persuni li għalihom huma maħsubin il-prodotti

Prodotti tal-furnara, (ħobżiet, bziezen u gallettini ħelwin)

200 mg/100 g

Bars taċ-ċereali

500 mg/100 g

Xaħam għat-tisjir

360 mg/100 g

Xarbiet mhux alkoħoliċi (inklużi analogi ta’ prodotti tal-ħalib u xarbiet magħmulin mill-ħalib)

80 mg/100 ml

Formula tat-trabi u formula tal-prosegwiment kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 609/2013

Ikel ipproċessat biċ-ċereali u ikel tat-trabi maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

200 mg/100 g

Puree tal-frott/ħxejjex

100 mg/100 g”

(2)

It-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata li ġejja qed tiddaħħal bejn l-entrata għaż-“Żejt tal-Echium plantagineum” u l-entrata għall-“Idroliżat tal-membrana tal-bajd”:

Ikel Ġdid Awtorizzat

Speċifikazzjoni

“Florotannini tal-Ecklonia cava

Deskrizzjoni/Definizzjoni

Il-Florotannini tal-Ecklonia cava jinkisbu permezz ta’ estrazzjoni tal-alkoħol mill-alga tal-baħar li tittiekel Ecklonia cava. L-estratt huwa trab kannella skur, li fih ħafna florotannini, b’kontenut għoli ta’ komposti polifenoliċi preżenti bħala metaboliti sekondarji f’ċerti speċi tal-alga kannella.

Karatteristiki/Kompożizzjoni

Kontenut ta’ Florotannini: 90 ± 5 %

Attività tal-antiossidanti: > 85 %

Ndewwa: > 5 %

Irmied: > 5 %

Kriterji mikrobijoloġiċi

Għadd totali ta’ ċelloli vijabbli: < 3 000 CFU/g

Moffa/ħmira: < 300 CFU/g

Koliformi: Negattiv fit-test

Salmonella spp.: Negattiv fit-test

Staphylococcus aureus: Negattiv fit-test

Metalli tqal u Aloġeni

Ċomb: < 3,0 mg/kg

Merkurju: < 0,1 mg/kg

Kadmju: < 3,0 mg/kg

Arseniku: < 25,0 mg/kg

Arseniku inorganiku: < 0,5 mg/kg

Jodju: 150,0 – 650,0 mg/kg

CFU: Unitajiet li Jiffurmaw Kolonji”

(b)

l-entrata għad-“Definizzjoni” għall-“Estratt li fih ħafna tassifolina” hi sostitwita b’dan li ġej:

“Estratt li fih ħafna tassifolina

Definizzjoni

Isem kimiku: [(2R,3R)-2-(3,4 diidrossifenil)-3,5,7-triidrossi-2,3-diidrokromen-4-on, imsejjaħ ukoll (+) trans (2R,3R)- diidrokwerċetin] u b’mhux aktar minn 2 % tal-forma ċis-”

(c)

l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrata għal-“L-ergotijoneina” u l-entrata għall-“EDTA tas-sodju ferriku”:

“Estratt tat-tliet għeruq erbali (Cynanchum wilfordii Hemsley, Phlomis umbrosa Turcz. u Angelica gigas Nakai)

Deskrizzjoni/Definizzjoni

It-taħlita tat-tliet għeruq erbali hija trab fin kannella fl-isfar prodott permezz tal-ilma sħun, konċentrazzjoni permezz tal-evaporazzjoni, u tnixxif bl-isprej

Kompożizzjoni tal-estratt ta’ taħlita tat-tliet għeruq erbali

Għerq tal-Cynanchum wilfordii: 32,5 % (w/w)

Għqer tal-Phlomis umbrosa: 32,5 % (w/w)

Għerq tal-Angelica gigas: 35,0 % (w/w)

Speċifikazzjonijiet

Telf mit-tnixxif: NMT 100 mg/g

Assaġġ

Aċidu ċinnamiku: 0,012 – 0,039 mg/g

Esteri metiliċi tax-shanzhiside: 0,20 – 1,55 mg/g

Nodakenina: 3,35 – 10,61 mg/g

Metossalin: < 3 mg/g

Fenoli: 13,0 – 40,0 mg/g

Kumarini: 13,0 – 40,0 mg/g

Iridojdi: 13,0 – 39,0 mg/g

Saponini: 5,0 – 15,5 mg/g

Komponenti nutrittivi

Karboidrati: 600 – 880 mg/g

Proteini: 70 – 170 mg/g

Xaħmijiet: < 4 mg/g

Parametri mikrobijoloġiċi

Għadd totali ta’ kolonji vijabbli: < 5000 CFU/g

Ħmira u moffa totali: < 100 CFU/g

Batterji koliformi: < 10 CFU/g

Salmonella: Negattiv/25 g

Escherichia coli: Negattiv/25 g

Staphylococcus aureus: Negattiv/25 g

Metalli tqal

Ċomb: < 0,65 mg/kg

Arseniku: < 3,0 mg/kg

Merkurju: < 0,1 mg/kg

Kadmju: < 1,0 mg/kg

CFU: Unitajiet li Jiffurmaw Kolonji”

(d)

l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrata għall-“Oleoraża tal-likopen mit-tadam” u l-entrata għaċ-“Ċitrat malat tal-manjeżju”:

“Liżożima idrolizzata tal-abjad tal-bajd tat-tiġieġ

Deskrizzjoni/Definizzjoni

Il-liżożima idrolizzata tal-abjad tal-bajd tat-tiġieġ tinkiseb mil-liżożima tal-abjad tal-bajd tat-tiġieġ permezz ta’ proċess enżimatiku, bl-użu tas-subtiliżina mill-Bacillus licheniformis.

Il-prodott huwa trab abjad għal isfar ċar.

Speċifikazzjoni

Proteina (TN(*) x 5,30): 80-90 %

Triptofan: 5-7 %

Proporzjon ta’ Triptofan/LNAA(**): 0,18-0,25

Grad ta’ idroliżi: 19-25 %

Ndewwa: > 5 %

Irmied: > 10 %

Sodju: > 6 %

Metalli tqal

Arseniku: < 1 ppm

Ċomb: < 1 ppm

Kadmju: < 0,5 ppm

Merkurju: < 0,1 ppm

Kriterji mikrobijoloġiċi

Għadd totali tal-kolonji aerobiċi: < 103 CFU/g

Għadd totali tal-ħmira u l-moffa kkombinati: < 102 CFU/g

Enterobatterji: < 10 CFU/g

Salmonella spp: Assenti f’25 g

Escherichia coli: Assenti f’10 g

Staphylococcus aureus: Assenti f’10 g

Pseudomonas aeruginosa: Assenti f’10 g

(*)

TN: nitroġenu totali

(**)

LNAA: aċidi amminiċi newtrali kbar”

(e)

l-entrata għall-“Faqqiegħ ittrattat bil-UV (Agaricus bisporus)” hi sostitwita b’dan li ġej:

“Faqqiegħ ittrattat bil-UV (Agaricus bisporus)

Deskrizzjoni/Definizzjoni

Faqqiegħ Agaricus bisporus imkabbar kummerċjalment li jiġi ttrattat b’dawl UV meta jinħasad.

Radjazzjoni UV: proċess ta’ radjazzjoni bid-dawl ultravjola fil-frekwenza ta’ 200-800 nm.

Vitamina D2

Isem kimiku: (3β,5Z,7E,22E)-9,10-sekoergosta-5,7,10(19),22-tetraen-3-ol

Sinonimu: Ergokalċiferol

Nru CAS: 50-14-6

Piż molekulari: 396,65 g/mol

Kontenut

Vitamina D2 fil-prodott finali: 5-20 μg/100 g piż frisk mal-iskadenza tal-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa.”

(f)

L-entrata għall-“Ħmira tal-furnara ttrattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae)” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Ħmira tal-furnara ttrattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae)

Deskrizzjoni/Definizzjoni

Il-ħmira tal-furnara (Saccharomyces cerevisiae) tiġi ttrattata b’dawl ultravjola biex l-ergosterol jiġi kkonvertit f’vitamina D2 (ergokalċiferol). Il-kontenut tal-vitamina D2 fil-konċentrat tal-ħmira jvarja bejn 800 000 -3 500 000 IU vitamina D/100 g (200-875 μg/g). Il-ħmira tista’ tkun diżattivata.

Il-konċentrat tal-ħmira hija mħallta mal-ħmira regolari tal-furnara sabiex ma taqbiżx il-livell massimu tal-ħmira ppakkjata minn qabel friska jew imnixxfa biex tinħema d-dar.

Granuli ġierja lewn il-kannella ċar.

Vitamina D2

Isem kimiku: (5Z,7E,22E)-(3S)-9,10-sekoergosta-5,7,10(19),22-tetraen-3-ol

Sinonimu: Ergokalċiferol

Nru CAS: 50-14-6

Piż molekulari: 396,65 g/mol

Kriterji mikrobijoloġiċi tal-konċentrat tal-ħmira

Koliformi: ≤ 103/g

Escherichia coli: ≤ 10/g

Salmonella: Assenti f’25 g”


27.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 357/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1560

tas-26 ta’ Ottubru 2020

li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 li jistabbilixxi l-metodi ta’ analiżi għad-determinazzjoni tal-kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali għall-kontroll uffiċjali tal-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 34(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 (2) jistabbilixxi l-metodi ta’ ttestjar użati bħala appoġġ għall-kontrolli uffiċjali biex jinfurzaw il-projbizzjoni tal-użu tal-proteina tal-annimali fl-ikel u fl-għalf tal-annimali li jipproduċu l-ikel. Huma inklużi metodi ta’ analiżi għad-determinazzjoni ta’ kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali għall-kontroll uffiċjali tal-għalf, li huma deskritti fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament u mwettqa permezz ta’ mikroskopija ottika jew ta’ reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR).

(2)

Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-proteini tal-annimali fl-għalf u l-laboratorji ta’ referenza nazzjonali fl-Istati Membri kienu f’diffikultà biex jinterpretaw ir-riżultati wara l-implimentazzjoni tal-metodu tal-mikroskopija ottika deskritt fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009.

(3)

Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u ċ-ċertezza ġuridika u jiġu evitati interpretazzjonijiet diverġenti, huwa xieraq li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet fl-Anness VI.

(4)

B’mod partikolari, jenħtieġ li tiġi emendata d-dijagramma sekwenzjali ta’ osservazzjoni għad-detezzjoni ta’ partikoli tal-annimali fl-għalf kompost u fil-materjal tal-għalf biex tiċċara s-sitwazzjonijiet meta tkun meħtieġa determinazzjoni waħda biss biex tiġi konkluża l-analiżi. Jenħtieġ ukoll li l-espressjoni tar-riżultati tkun aktar dettaljata. Fl-aħħar, jenħtieġ li l-karatteristiċi tat-tagħmir u l-preparazzjoni tal-kampjuni jkunu aġġustati, imsejsa fuq l-esperjenza miksuba matul l-aħħar sitt snin ta’ implimentazzjoni tal-metodu.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).


ANNESS

L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt 2.1.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

Il-prinċipju

Il-kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali li jistgħu jkunu preżenti fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost mibgħuta għall-analiżi huma identifikati fuq il-bażi tal-karatteristiċi tipiċi u identifikabbli mikroskopikament bħall-fibri tal-muskoli u partikoli oħra tal-laħam, il-qarquċa, l-għadam, il-qrun, ix-xagħar, il-lanżit, id-demm, il-globuli tal-ħalib, il-kristalli tal-lattożju, ir-rix, il-qxur tal-bajd, ix-xewk u l-qxur tal-ħut.”

(2)

Il-punt 2.1.2.1.3.2., huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-gliċerol (mhux dilwit, viskożità: 1 490 cP) jew b’mezz tal-immuntar bi proprjetajiet ekwivalenti għall-preparazzjoni tas-slajd mhux permanenti.”

(3)

Il-punt 2.1.2.2.2., huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Tagħmir tat-tħin: mitħna bis-skieken jew bir-rotors. Jekk tintuża l-mitħna bir-rotors, l-għeriebel tal-imtieħen ta’ ≤ 0,5 mm għandhom jiġu pprojbiti.”

(4)

Il-punt 2.1.2.2.3., huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għeriebel bi xbieki kwadri ta’ 0,25 mm u 1 mm wisa’. Għajr għat-tgħarbil minn qabel tal-kampjun, id-dijametru tal-għeriebel ma għandux ikun aktar minn 10 cm sabiex jiġi evitat it-telf ta’ materjali. Il-kalibrar tal-għeriebel mhux meħtieġ.”

(5)

Il-punti li ġejjin jiżdiedu mal-punt 2.1.2.2.:

“2.1.2.2.9.

Forn tal-laboratorju

2.1.2.2.10.

Magna ċentrifuga

2.1.2.2.11.

Karta filtru: filtru taċ-ċelluloża għal analiżi kwalitattiva (daqs tal-pori 4–11 μm).”

(6)

Il-punt 2.1.3.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Kampjunar

Għandu jintuża kampjun rappreżentattiv, meħud f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.”

(7)

Il-punt 2.1.3.3.1., huwa sostitwit b’dan li ġej:

“It-tnixxif tal-kampjun: il-kampjuni b’kontenut tal-umdità > 14 % għandhom jitnixxfu qabel ma jiġu trattati f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.”

(8)

Il-punt 2.1.3.3.2., huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Tgħarbil minn qabel tal-kampjun: sabiex tinġabar informazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni ambjentali tal-għalf, huwa rakkomandat it-tgħarbil minn qabel f’1 mm ta’ għalf granulat u qlub u biex sussegwentement iż-żewġ frazzjonijiet li jirriżultaw li jridu jitqiesu bħala kampjuni distinti, jiġu ppreparati, analizzati u rrapportati separatament.”

(9)

L-aħħar paragrafu tal-punt 2.1.3.3.4. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Is-sediment għandu jinġabar fuq karta filtru mqiegħda f’lembut biex jippermetti s-separazzjoni tat-TCE li jifdal filwaqt li tiġi evitata d-depożizzjoni tax-xaħam fis-sediment. Is-sediment għandu jitnixxef. Huwa rakkomandat li sussegwentement is-sediment jintiżen (bi preċiżjoni sa 0,001 g) biex jiġi kkontrollat il-pass tas-sedimentazzjoni. Fl-aħħar, is-sediment għandu jintgħarbel f’0,25 mm u ż-żewġ frazzjonijiet li jirriżultaw għandhom jiġu eżaminati, sakemm it-tgħarbil ma jitqiesx neċessarju.”

(10)

L-ewwel sentenza tal-punt 2.1.4.1. hija sostitwita b’dan li ġej:

”Għandhom jiġu ppreparati slajds mikroskopiċi mis-sediment u, skont l-għażla tal-operatur, jew mill-flotate jew mill-materja prima.“

(11)

Il-punt 2.1.4.2., inklużi d-Dijagrammi 1 u 2 tiegħu, huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Id-dijagramma sekwenzjali ta’ osservazzjoni għad-detezzjoni ta’ partikoli tal-annimali fl-għalf kompost u fil-materjal tal-għalf

Is-slajds mikroskopiċi ppreparati għandhom jiġu osservati f’konformità mad-dijagrammi sekwenzjali ta’ osservazzjoni stabbiliti fid-dijagrammi 1 u 2.

L-osservazzjonijiet mikroskopiċi għandhom jitwettqu billi jintuża mikroskopju kompost fuq is-sediment u, skont l-għażla tal-operatur, jew fuq il-flotate jew fuq il-materja prima. L-isterjomikroskopju jista’ jintuża flimkien mal-mikroskopju kompost għall-frazzjonijiet mhux raffinati. Kull slajd għandha tiġi skrinjata kompletament f’diversi manjetizzazzjonijiet. L-ispjegazzjonijiet preċiżi dwar kif għandhom jintużaw id-dijagrammi sekwenzjali ta’ osservazzjoni huma ddettaljati minn SOP stabbilita mill-EURL-AP u ppubblikata fuq is-sit web tiegħu.

L-għadd minimu ta’ slajds li għandhom jiġu osservati ma’ kull pass tad-dijagrammi sekwenzjali ta’ osservazzjoni għandu jitħares b’mod strett, sakemm il-materjal kollu tal-frazzjoni ma jippermettix li jintlaħaq in-numru ta’ slajds stipulat, pereżempju meta ma jinkiseb l-ebda sediment. Ma jistgħux jintużaw aktar minn sitt slajds għal kull determinazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-għadd ta’ partikoli.

Meta jiġu ppreparati slajds addizzjonali fuq il-flotate jew fuq il-materja prima bl-użu ta’ mezz tal-immuntar aktar speċifiku bi proprjetajiet tat-tilwin, kif stipulati fil-punt 2.1.2.1.4., biex jiġu kkaratterizzati aktar l-istrutturi (eż ir-rix, ix-xagħar, il-partikoli tal-muskoli jew tad-demm) li jkunu nstabu fuq slajds ippreparati minn mezzi oħra tal-immuntar, kif stipulati fil-punt 2.1.2.1.3., l-għadd ta’ partikoli għandu jingħadd abbażi tal-għadd ta’ slajds għal kull determinazzjoni li ma taqbiżx sitt slajds, inklużi s-slajds addizzjonali b’mezz tal-immuntar aktar speċifiku.

Sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tan-natura u l-oriġini tal-partikoli, l-operatur jista’ juża għodod ta’ appoġġ bħal sistemi ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet, libreriji tal-immaġnijiet u kampjuni ta’ referenza.

Image 1
Dijagramma 1 Dijagramma sekwenzjali ta’ osservazzjoni għad-detezzjoni ta’ partikoli tal-annimali fl-għalf kompost u fil-materjal tal-għalf għall-ewwel determinazzjoni.

(D1 u D2 jirreferu għall-ewwel u t-tieni determinazzjonijiet; *: annimal vertebrat terrestri, ħut)

Image 2
Dijagramma 2 Dijagramma sekwenzjali ta’ osservazzjoni għad-detezzjoni ta’ partikoli tal-annimali fl-għalf kompost u fil-materjal tal-għalf għat-tieni determinazzjoni

(D1 u D2 jirreferu għall-ewwel u t-tieni determinazzjonijiet; *: annimal vertebrat terrestri, ħut)

(12)

Il-punt 2.1.4.3., huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Numru ta’ determinazzjonijiet

Id-determinazzjonijiet għandhom jitwettqu fuq subkampjuni differenti ta’ 50 g kull wieħed.

Jekk wara l-ewwel determinazzjoni mwettqa f’konformità mad-dijagramma sekwenzjali ta’ osservazzjoni stipulata fid-dijagramma 1, ma jinstabu l-ebda partikoli tal-annimali, ma hi meħtieġa l-ebda determinazzjoni addizzjonali u r-riżultati tal-analiżi għandhom jiġu rrapportati billi tintuża t-terminoloġija stipulata fil-punt 2.1.5.1.

Jekk wara l-ewwel determinazzjoni mwettqa f’konformità mad-dijagramma sekwenzjali ta’ osservazzjoni stipulata fid-dijagramma 1, jinstab partikolu wieħed tal-annimali jew aktar ta’ natura partikolari (jiġifieri ta’ annimal vertebrat terresti jew ta’ ħut), u n-natura tal-partikoli misjuba tikkonferma l-kontenut iddikjarat tal-kampjun, it-tieni determinazzjoni mhix meħtieġa. Jekk l-għadd ta’ partikoli tal-annimali ta’ natura partikolari misjuba tul din l-ewwel determinazzjoni jkun ikbar minn ħamsa, ir-riżultat tal-analiżi għandu jiġi rrapportat għal kull natura tal-annimali billi tintuża t-terminoloġija stabbilita fil-punt 2.1.5.3. Inkella, ir-riżultat tal-analiżi għandu jiġi rrapportat billi tintuża t-terminoloġija stabbilita fil-punt 2.1.5.2.

F’każijiet oħra, inkluż meta ma tkun ġiet ipprovduta l-ebda dikjarazzjoni lil-laboratorju, għandha titwettaq it-tieni determinazzjoni minn subkampjun ġdid.

Jekk, wara t-tieni determinazzjoni mwettqa f’konformità mad-dijagramma sekwenzjali ta’ osservazzjoni stipulat fid-dijagramma 2, it-total tal-partikoli tal-annimali ta’ natura partikolari identifikat matul iż-żewġ determinazzjonijiet ikun ikbar minn għaxra, ir-riżultat tal-analiżi għandu jiġi rrapportat billi tintuża t-terminoloġija stabbilita fil-punt 2.1.5.3. Inkella, ir-riżultat tal-analiżi għandu jiġi rrapportat għal kull natura tal-annimali billi tintuża t-terminoloġija stabbilita fil-punt 2.1.5.2.”

(13)

Il-punt 2.1.5. huwa sostitwit b’dan li ġej:

Espressjoni tar-riżultati

Meta jirrapporta r-riżultati, il-laboratorju għandu jindika fuq liema tip ta’ materjal twettqet l-analiżi (sediment, flotate, jew materja prima). Ir-rapportar għandu jindika b’mod ċar kemm ikunu twettqu determinazzjonijiet u jekk ikunx twettaq it-tgħarbil tal-frazzjonijiet qabel il-preparazzjoni, f’konformità mal-aħħar paragrafu tal-punt 2.1.3.3.4.

Ir-rapport tal-laboratorju għandu jinkludi mill-anqas l-informazzjoni dwar il-preżenza tal-kostitwenti miksuba mill-annimali vertebrati terrestri u mill-ħut.

Is-sitwazzjonijiet differenti għandhom jiġu rrapportati b’dawn il-modi.

2.1.5.1.

Ma nstabet l-ebda partikola tal-annimali ta’ natura partikolari:

“Sa fejn seta’ jidher bl-użu ta’ mikroskopju tad-dawl, ma nstabet l-ebda partikola miksuba minn annimali vertebrati terrestri fil-kampjun ippreżentat.”

“Sa fejn seta’ jidher bl-użu ta’ mikroskopju tad-dawl, ma nstabet l-ebda partikola miksuba minn ħut fil-kampjun ippreżentat.”

2.1.5.2.

Instabu bejn wieħed u ħames partikoli tal-annimali ta’ natura partikolari meta twettqet determinazzjoni waħda biss, jew instabu bejn wieħed u għaxar partikoli ta’ natura partikolari f’każ li twettqu żewġ determinazzjonijiet (l-għadd ta’ partikoli misjuba hu taħt il-limitu ta’ deċiżjoni stabbilit fil-proċeduri operattivi standard (SOP) tal-laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-proteini tal-annimali fl-għalf (EURL-AP) u ppubblikati fuq is-sit web tiegħu (1)):

Meta tkun twettqet determinazzjoni waħda biss:

“Sa fejn seta’ jidher bl-użu ta’ mikroskopju tad-dawl, ma nstabux aktar minn ħames partikoli miksuba minn annimali vertebrati terrestri fil-kampjun ippreżentat. Il-partikoli ġew identifikati bħala... [għadam, qarquċa, muskolu, xagħar, qrun…]. Din il-preżenza ta’ livell baxx hija taħt il-limitu ta’ deċiżjoni stabbilit għal dan il-metodu mikroskopiku.”

“Sa fejn seta’ jidher bl-użu ta’ mikroskopju tad-dawl, ma nstabux aktar minn ħames partikoli miksuba minn ħut fil-kampjun ippreżentat. Il-partikoli ġew identifikati bħala... [xewk tal-ħut, qxur tal-ħut, qarquċa, muskolu, otolit, garġi …]. Din il-preżenza ta’ livell baxx hija taħt il-limitu ta’ deċiżjoni stabbilit għal dan il-metodu mikroskopiku.”

Meta jkunu twettqu żewġ determinazzjonijiet:

“Sa fejn seta’ jidher bl-użu ta’ mikroskopju tad-dawl, ma nstabux aktar minn għaxar partikoli miksuba minn annimali vertebrati terrestri minn żewġ determinazzjonijiet fil-kampjun ippreżentat. Il-partikoli ġew identifikati bħala... [għadam, qarquċa, muskolu, xagħar, qrun…]. Din il-preżenza ta’ livell baxx hija taħt il-limitu ta’ deċiżjoni stabbilit għal dan il-metodu mikroskopiku.”

“Sa fejn seta’ jidher bl-użu ta’ mikroskopju tad-dawl, ma nstabux aktar minn għaxar partikoli miksuba minn ħut minn żewġ determinazzjonijiet fil-kampjun ippreżentat. Il-partikoli ġew identifikati bħala... [xewk tal-ħut, qxur tal-ħut, qarquċa, muskolu, otolit, garġi …]. Din il-preżenza ta’ livell baxx hija taħt il-limitu ta’ deċiżjoni stabbilit għal dan il-metodu mikroskopiku.”

Barra minn hekk:

Fil-każ ta’ tgħarbil minn qabel tal-kampjun, ir-rapport tal-laboratorju għandu jsemmi f’liema frazzjoni (frazzjoni mgħarbla, frazzjoni granulata jew qlub) instabu l-partikoli tal-annimali kemm-il darba d-detezzjoni tal-partikoli tal-annimali fil-frazzjoni mgħarbla biss, tista’ tkun sinjal ta’ kontaminazzjoni ambjentali.

Meta jinstabu biss partikoli tal-annimali li ma jistgħux jiġu kkategorizzati la bħala annimali vertebrati terrestri u lanqas bħala ħut (eż. fibri tal-muskoli), ir-rapport għandu jsemmi li nstabu dawn il-partikoli tal-annimali biss u li ma jistax jiġi eskluż li joriġinaw minn annimali vertebrati terrestri

2.1.5.3.

Instabu aktar minn ħames partikoli tal-annimali ta’ natura partikolari meta tkun twettqet determinazzjoni waħda biss, jew instabu aktar minn għaxar partikoli ta’ natura partikolari f’każ li jkunu twettqu żewġ determinazzjonijiet:

Meta tkun twettqet determinazzjoni waħda biss:

“Sa fejn seta’ jidher bl-użu ta’ mikroskopju tad-dawl, instabu aktar minn ħames partikoli miksuba minn annimali vertebrati terrestri fil-kampjun ippreżentat. Il-partikoli ġew identifikati bħala... [għadam, qarquċa, muskolu, xagħar, qrun…].”

“Sa fejn seta’ jidher bl-użu ta’ mikroskopju tad-dawl, instabu aktar minn ħames partikoli miksuba minn ħut fil-kampjun ippreżentat. Il-partikoli ġew identifikati bħala... [xewk tal-ħut, qxur tal-ħut, qarquċa, muskolu, otolit, garġi …].”

Meta jkunu twettqu żewġ determinazzjonijiet:

“Sa fejn seta’ jidher bl-użu ta’ mikroskopju tad-dawl, instabu aktar minn għaxar partikoli miksuba minn annimali vertebrati terrestri minn żewġ determinazzjonijiet fil-kampjun ippreżentat. Il-partikoli ġew identifikati bħala... [għadam, qarquċa, muskolu, xagħar, qrun…].”

“Sa fejn seta’ jidher bl-użu ta’ mikroskopju tad-dawl, instabu aktar minn għaxar partikoli miksuba minn ħut minn żewġ determinazzjonijiet fil-kampjun ippreżentat. Il-partikoli ġew identifikati bħala... [xewk tal-ħut, qxur tal-ħut, qarquċa, muskolu, otolit, garġi …].”

Barra minn hekk:

Fil-każ ta’ tgħarbil minn qabel tal-kampjun, ir-rapport tal-laboratorju għandu jsemmi f’liema frazzjoni (frazzjoni mgħarbla, frazzjoni granulata jew qlub) instabu l-partikoli tal-annimali kemm-il darba d-detezzjoni tal-partikoli tal-annimali fil-frazzjoni mgħarbla biss, tista’ tkun sinjal ta’ kontaminazzjoni ambjentali.

Meta jinstabu biss partikoli tal-annimali li ma jistgħux jiġu kkategorizzati la bħala annimali vertebrati terrestri u lanqas bħala ħut (eż fibri tal-muskoli), ir-rapport għandu jsemmi li nstabu dawn il-partikoli tal-annimali biss u li ma jistax jiġi eskluż li joriġinaw minn annimali vertebrati terrestri.”


(1)  http://eurl.craw.eu/


DEĊIŻJONIJIET

27.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 357/24


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1561

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lill-Ungerija biex ittaffi r-riskji ta’ qagħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-6 ta’ Awwissu 2020, l-Ungerija talbet assistenza finanzjarja mill-Unjoni bil-ħsieb li tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tagħha biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi tat-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom.

(2)

It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji implimentati mill-Ungerija biex titrażżan it-tifqigħa u l-impatt soċjo-ekonomiku kif ukoll dak sanitarju tagħha huma mistennija li jkollhom impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Skont il-previżjoni tar-rebbiegħa 2020 tal-Kummissjoni, l-Ungerija kienet mistennija li jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 5,2 % u 75,0 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Skont il-previżjoni interim tas-sajf 2020 tal-Kummissjoni, il-PDG tal-Ungerija huwa previst li jonqos b’7,0 % fl-2020.

(3)

It-tifqigħa tal-COVID-19 ipparalizzat parti sostanzjali tal-forza tax-xogħol fl-Ungerija. Dan wassal għal żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika fl-Ungerija fir-rigward ta’ miżuri simili għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri relatati mas-saħħa, kif stabbilit fil-premessi (4) sa (14).

(4)

“Ir-Riżoluzzjoni tal-Gvern 2080/2020 dwar l-iżvilupp nazzjonali ta’ akkomodazzjoni”, kif imsemmi fit-talba tal-Ungerija tas-6 ta’ Awwissu 2020, introduċiet appoġġ temporanju għat-titjib tal-akkomodazzjoni (tibdil, espansjoni, rinovar ta’ bini, xiri ta’ tagħmir) f’destinazzjonijiet turistiċi biex tinżamm il-forza tax-xogħol eżistenti. Ġiet mitluba biss dik il-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ għal dawk li jaħdmu għal rashom u għall-kumpaniji b’membru wieħed. Il-miżura tista’ titqies li hija miżura simili għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmija fir-Regolament (UE) 2020/672, peress li għandha l-għan li tipproteġi lil dawk li jaħdmu għal rashom jew kategoriji simili ta’ ħaddiema minn tnaqqis fl-introjtu jew it-telf tiegħu.

(5)

Id-“Digriet tal-Ministeru tal-Agrikoltura Nru 25/2020. (VI. 22.)” (2), “Digriet tal-Ministeru tal-Agrikoltura Nru 26/2020. (VI. 22.)” (3) u “d-Digriet tal-Ministeru tal-Agrikoltura Nru 30/2020. (VI. 22.)” (4), kif inhuma msemmija fit-talba tal-Ungerija tas-6 ta’ Awwissu 2020, introduċew għotja ta’ darba għal kumpaniji tal-ipproċessar tal-ikel, kumpaniji ortikulturali fis-setturi tat-tkabbir ta’ għelejjel mhux perenni u ta’ propagazzjoni tal-pjanti u l-kumpaniji ta’ trobbija tal-ħut rispettivament. L-appoġġ huwa kondizzjonali fuq l-entità li żżomm l-impjegati tagħha sa Diċembru 2020. Fir-rigward tal-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ għal dawk li jaħdmu għal rashom u kumpaniji b’membru wieħed, il-miżura tista’ titqies li hija miżura simili għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmija fir-Regolament (UE) 2020/672, peress li għandha l-għan li tipproteġi lil dawk li jaħdmu għal rashom jew kategoriji simili ta’ ħaddiema minn tnaqqis fl-introjtu jew it-telf tiegħu.

(6)

“Id-Digriet tal-Gvern Nru 59/2020. (III. 23.) (5)” u “Att LVIII tal-2020” (6), kif inhuma msemmija fit-talba tal-Ungerija tas-6 ta’ Awwissu 2020, jestendu l-benefiċċji għat-tħaris tat-tfal u għal dawk li jaħdmu għal rashom, li jkunu skadew minħabba r-restrizzjonijiet ta’ età bejn il-11 ta’ Marzu 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2020, li kien il-perijodu tal-istat ta’ allarm. Dawk il-benefiċċju tat-tħaris tat-tfal jistgħu jitqiesu li huma miżura simili għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmija fir-Regolament (UE) 2020/672, minħabba li jipprovdu appoġġ ta’ introjtu għall-impjegati u lil dawk li jaħdmu għal rashom, li jgħin ikopri l-kostijiet tat-tħaris tat-tfal matul l-għeluq tal-iskejjel u għalhekk jgħin lill-ġenituri jkomplu jaħdmu, u jevita li r-relazzjoni tal-impjieg tkun f’riskju.

(7)

Fuq il-bażi tad-“Digriet tal-Gvern Nru 47/2020. (III. 18.)” (7) (kif emendat) kif imsemmi fit-talba tal-Ungerija tas-6 ta’ Awwissu 2020, l-awtoritajiet introduċew għadd ta’ miżuri relatati mat-taxxa. Minħabba li dawk il-miżuri jikkonsistu minn dħul mitluf għall-Gvern, dawn jistgħu jitqiesu li huma ekwivalenti għal nefqa pubblika.

(8)

L-awtoritajiet introduċew eżenzjoni mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u mill-imposta tat-taħriġ vokazzjonali tal-impjegati għall-perijodu minn Marzu sa Diċembru 2020, kif ukoll tnaqqis fit-taxxa ta’ kontribuzzjoni ta’ riabilitazzjoni għall-perijodu minn Marzu sa Ġunju 2020 għas-setturi l-aktar milquta mill-pandemija. Il-parti tan-nefqa totali relatata mal-kumpaniji li jnaqqsu jew iwaqqfu l-ħin tax-xogħol jew meta l-impjegati jkunu kontinwament fl-impjieg sa meta tintalab l-aħħar data tal-eżitu.

(9)

Ġiet introdotta eżenzjoni mir-reġim ta’ taxxa f’somma waħda f’daqqa għan-negozji ż-żgħar (“KATA”), għall-perijodu minn Marzu sa Ġunju 2020 għal kontribwenti tat-taxxa żgħar f’26 attività. Ġiet mitluba biss dik il-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ għal dawk li jaħdmu għal rashom u għall-kumpaniji b’membru wieħed. Il-miżura tista’ titqies bħala miżura simili għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmija fir-Regolament (UE) 2020/672, peress li għandha l-għan li tipproteġi lil dawk li jaħdmu għal rashom jew kategoriji simili ta’ ħaddiema minn tnaqqis fl-introjtu jew it-telf tiegħu.

(10)

Fl-aħħar nett, b’rabta mal-miżuri relatati mat-taxxa, fis-setturi l-aktar milquta mill-pandemija, l-awtoritajiet eskludew il-kostijiet tal-persunal mill-bażi ta’ taxxa għall-impriżi żgħar (“KIVA”), għall-perijodu minn Marzu sa Ġunju 2020. Il-parti tan-nefqa totali relatata mal-kumpaniji li jnaqqsu jew iwaqqfu l-ħin tax-xogħol jew meta l-impjegati jkunu kontinwament fl-impjieg sa meta tintalab l-aħħar data tal-eżitu.

(11)

L-Unġerija introduċiet ukoll serje ta’ miżuri relatati mas-saħħa biex tindirizza t-tifqigħa tal-COVID-19. “Id-Digriet tal-Gvern Nru 275/2020. (VI. 12.)” (8), kif imsemmi fit-talba tal-Ungerija tas-6 ta’ Awwissu 2020, introduċa somma waħda f’daqqa ta’ HUF 500 000 għal kull persuna għal ħaddiema bħala rikonoxximent tax-xogħol żejjed tagħhom matul il-pandemija.

(12)

Kumpaniji tal-istat, li l-kostijiet tagħhom huma mġarrba mill-Istat, introduċew miżuri speċjali b’kostijiet korrispondenti biex jikkontrollaw il-pandemija. miżuri relatati mas-saħħa bħal dawn jinkludu t-tindif u d-dispożizzjoni ta’ tagħmir protettiv.

(13)

Fuq il-bażi tad-“Digriet tal-Gvern Nru 250/2014. (X. 2.) dwar id-Direttorat Ġenerali għall-Akkwist Pubbliku u l-Forniment (KEF)” (9), kif inhu msemmi fit-talba tal-Ungerija tas-6 ta’ Awwissu 2020, miżuri speċjali biex tiġi kkontrollata l-pandemija (bħal servizzi ta’ diżinfettar ta’ kuljum, kif ukoll tindif spiss ta’ sistemi tal-ventilazzjoni u liftijiet) u biex tiġi protetta s-saħħa personali ta’ uffiċjali pubbliċi b’diżinfettanti u għodod ta’ protezzjoni, irriżultaw f’żieda fil-kostijiet. Miżuri bħal dawn ġew introdotti mill-KFE biex jiġi żgurat it-tħaddim kontinwu ta’ korpi baġitarji pubbliċi.

(14)

Fl-aħħar nett, “Ir-Riżoluzzjoni tal-Gvern 1012/2020. (I. 31.) dwar it-Twaqqif ta’ Persunal Operattiv” (10) kif imsemmi fit-talba tal-Ungerija tas-6 ta’ Awwissu 2020, introduċiet miżuri relatati mal-infrastrutturi u l-investimenti fl-isptarijiet biex jiġi permess livell għoli ta’ protezzjoni tal-ħaddiema tas-saħħa u tal-pazjenti. Il-miżuri jinkludu kmamar għall-eżamijiet dedikati u swali iżolati tal-COVID. Barra minn hekk, il-kostijiet diretti ta’ għodod u tagħmir ta’ protezzjoni personali (maskri tal-wiċċ li jintużaw darba, ġagagi mediċi, tarki tal-plastik għall-wiċċ, ingwanti, diżinfettanti, eċċ.) fi sptarijiet u istituzzjonijiet oħra tal-kura tas-saħħa żdiedu biex jippermettu għal livell għoli ta’ protezzjoni tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa.

(15)

L-Ungerija tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. L-Ungerija pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika attwali u ppjanata żdiedet b’EUR 639 500 000 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali meħuda biex jiġu indirizzati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. L-ammont miżjud li huwa direttament relatat mal-miżuri t’hawn fuq li huma simili għall-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jikkostitwixxu żieda għal għarrieda u qawwija minħabba li hija relatata ma’ miżuri ġodda u estensjoni tal-miżuri eżistenti, li jkopru proporzjon sinifikanti tal-impriżi u tal-forza tax-xogħol fl-Ungerija. L-Ungerija biħsiebha tiffinanzja EUR 113 740 000 tal-ammont miżjud ta’ nfiq permezz ta’ fondi tal-Unjoni.

(16)

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Ungerija u vverifikat iż-żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika attwali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, kif ukoll ir-rikors għall-miżuri rilevanti marbuta mas-saħħa relatati mat-tifqigħa tal-COVID-19, imsemmija fit-talba tas-6 ta’ Awwissu 2020, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672.

(17)

Miżuri relatati mas-saħħa, kif mitluba mill-Ungerija, u msemmija fil-premessi (11) sa (14), jammontaw għal EUR 268 550 000. Dan l-ammont jirrappreżenta aktar minn nofs it-total mitlub ta’ appoġġ finanzjarju. Minħabba l-bżonn li tiġi żgurata n-natura anċillari ta’ din il-kategorija ta’ miżuri, l-ammont tal-assistenza finanzjarja b’appoġġ għall-miżuri relatati mas-saħħa se jkun limitat għal EUR 247 124 000, biex l-ammont jirrappreżenta anqas minn nofs it-total ta’ assistenza finanzjarja.

(18)

Għalhekk jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li l-Ungerija tiġi megħjuna tindirizza l-effetti soċjoekonomiċi tat-taqlib ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, il-qies u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tal-partijiet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali.

(19)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista’ titwettaq, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat.

(20)

Jenħtieġ li l-Ungerija tinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn l-Ungerija implimentat dik in-nefqa.

(21)

Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u mistennija tal-Ungerija, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Ungerija tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672.

Artikolu 2

1.   L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Ungerija self li jammonta għal massimu ta’ EUR 504 330 000. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.

2.   Il-perijodu ta’ disponibbiltà għall-għajnuna finanzjarja mogħtija b’din id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 18-il xahar li jibdew mill-ewwel jum wara li din id-Deċiżjoni ssir effettiva.

3.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lill-Ungerija f’massimu ta’ tmien ħlasijiet parzjali. Ħlas parzjali jista’ jingħata f’parti waħda jew iktar. Il-maturitajiet tal-partijiet taħt l-ewwel ħlas parzjali jistgħu jkunu itwal mill-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, il-maturitajiet ta’ partijiet oħrajn għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li l-maturità medja massima msemmija fil-paragrafu 1 tiġi rispettata ladarba jsir l-iżborż tal-ħlasijiet parzjali kollha.

4.   L-ewwel ħlas parzjali għandu jiġi rilaxxat soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672.

5.   L-Ungerija għandha tħallas il-kost tal-finanzjament tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/672 għal kull ħlas parzjali flimkien ma’ kwalunkwe tariffa, kost u spiża tal-Unjoni li jirriżultaw minn kwalunkwe finanzjament relatat mas-self mogħti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar id-daqs u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali, kif ukoll dwar id-daqs tal-partijiet.

Artikolu 3

L-Ungerija tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:

(a)

appoġġ temporanju biex tittejjeb l-akkomodazzjoni fid-destinazzjonijiet turistiċi biex tinżamm il-forza tax-xogħol eżistenti, kif previst bir-“Riżoluzzjoni tal-Gvern 2080/2020 dwar l-iżvilupp nazzjonali ta’ akkomodazzjoni”, għall-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u ta’ kumpaniji b’membru wieħed;

(b)

appoġġ temporanju għal kumpaniji tal-ipproċessar tal-ikel, kif previst mid-“Digriet tal-Ministeru tal-Agrikoltura Nru 25/2020. (VI. 22.)”, għall-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u ta’ kumpaniji b’membru wieħed;

(c)

appoġġ temporanju għal kumpaniji ortikulturali fis-setturi tat-tkabbir ta’ għelejjel mhux perenni u ta’ propagazzjoni tal-pjanti kif previst mid-“Digriet tal-Ministeru tal-Agrikoltura Nru 26/2020. (VI. 22.)”, għall-parti ta’ nefqa relatata mal-appoġġ ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u ta’ kumpaniji b’membru wieħed;

(d)

appoġġ temporanju għal kumpaniji ta’ trobbija tal-ħut, kif previst mid-“Digriet tal-Ministeru tal-Agrikoltura Nru 30/2020. (VI. 22.)”, għall-parti ta’ nefqa relatata mal-appoġġ ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u ta’ kumpaniji b’membru wieħed;

(e)

l-estensjoni sat-30 ta’ Ġunju 2020, ta’ dawk il-benefiċċji għat-tħaris tat-tfal li skadew matul il-perijodu tal-istat ta’ allarm, kif previst mid-“Digriet tal-Gvern Nru 59/2020. (III. 23.)” u l-Artikolu 71 tal-“Att LVIII tal- 2020”;

(f)

is-sospensjoni tat-taxxa tal-kontribuzzjoni soċjali tal-impjegaturi f’ċerti setturi għall-perijodu minn Marzu sa Diċembru 2020, kif previst mill-punt (a) tal-Artikolu 4 tad-“Digriet tal-Gvern Nru 47/2020. (III. 18.)” (kif emendat), għal parti min-nefqa relatata ma’ kumpaniji li jnaqqsu jew iwaqqfu l-ħin tax-xogħol, jew meta l-impjegati kienu kontinwament fl-impjieg;

(g)

eżenzjonijiet mit-taxxa tal-kontribuzzjoni soċjali tal-impjegaturi f’ċerti setturi għall-perijodu minn Marzu sa Diċembru 2020, kif previst mill-punt (a) tal-Artikolu 4 tad-“Digriet tal-Gvern Nru 47/2020. (III. 18.)” (kif emendat), għal parti min-nefqa relatata ma’ kumpaniji li jnaqqsu jew iwaqqfu l-ħin tax-xogħol, jew meta l-impjegati kienu kontinwament fl-impjieg;

(h)

it-tnaqqis tat-taxxa tal-kontribuzzjoni ta’ riabilitazzjoni tal-impjegaturi f’ċerti setturi għall-perijodu minn Marzu sa Ġunju 2020, kif previst mill-punt (a) tal-Artikolu 4 tad-“Digriet tal-Gvern Nru 47/2020. (III. 18.)” (kif emendat), għal parti min-nefqa relatata ma’ kumpaniji li jnaqqsu jew iwaqqfu l-ħin tax-xogħol, jew meta l-impjegati kienu kontinwament fl-impjieg;

(i)

eżenzjoni tat-taxxa għal kontribwenti tat-taxxa żgħar mir-reġim ta’ taxxa f’somma waħda f’daqqa għan-negozji ż-żgħar (“KATA”), f’26 attività, għall-perijodu minn Marzu sa Ġunju 2020 kif previst mill-Artikolu 5 tad-“Digriet tal-Gvern Nru 47/2020. (III. 18.)” (kif emendat), għall-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u ta’ kumpaniji b’membru wieħed;

(j)

l-esklużjoni ta’ kostijiet ta’ persunal mill-bażi tat-taxxa tat-taxxa tal-impriżi ż-żgħar (“KIVA”) f’ċerti setturi għall-perijodu minn Marzu sa Ġunju 2020, kif previst mid-“Digriet tal-Gvern Nru 47/2020. (III. 18.)” (kif emendat), għal parti min-nefqa relatata ma’ kumpaniji li jnaqqsu jew iwaqqfu l-ħin tax-xogħol, jew meta l-impjegati kienu kontinwament fl-impjieg;

(k)

benefiċċju mogħti bħala somma waħda f’daqqa bħala rikonoxximent tax-xogħol żejjed tagħhom matul il-pandemija, kif previst mid-“Digriet tal-Gvern Nru 275/2020. (VI. 12.)”;

(l)

kostijiet relatati mal-miżuri speċjali biex tiġi kkontrollata l-pandemija introdotti f’kumpaniji sjieda tal-istat;

(m)

kostijiet relatati ma’ miżuri speċjali biex tiġi kkontrollata l-pandemija u biex titħares is-saħħa personali tal-uffiċjali pubbliċi kif previst mid-“Digriet tal-Gvern Nru 250/2014. (X. 2.) dwar id-Direttorat Ġenerali għall-Akkwist Pubbliku u l-Forniment (KEF)”;

(n)

kostijiet relatati mal-infrastruttura u l-investiment fi sptarijiet għal ħarsien ta’ livell għoli tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u tal-pazjenti, kif previst mir-“Riżoluzzjoni tal-Gvern 1012/2020. (I. 31.) dwar it-Twaqqif tal-Persunal Operattiv”;

(o)

kostijiet diretti ta’ għodod u tagħmir għall-protezzjoni personali fi sptarijiet u f’istituzzjonijiet oħra għall-kura tas-saħħa għal ħarsien ta’ livell għoli tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, kif previst mir-“Riżoluzzjoni tal-Gvern 1012/2020. (I. 31) dwar it-Twaqqif tal-Persunal Operattiv”.

Artikolu 4

L-Ungerija għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-28 ta’ April 2021, u kull sitt xhur wara l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija.

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)   ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.

(2)  Promulgata fil-Gazzetta Uffiċjali Ungeriża fit-22 ta’ Ġunju, 2020 (Nru 148), p. 3872.

(3)  Promulgata fil-Gazzetta Uffiċjali Ungeriża fit-22 ta’ Ġunju, 2020 (Nru 148), p. 3875.

(4)  Promulgata fil-Gazzetta Uffiċjali Ungeriża fit-22 ta’ Ġunju, 2020 (Nru 148), p. 3889.

(5)  Promulgata fil-Gazzetta Uffiċjali Ungeriża fit-23 ta’ Marzu, 2020 (Nru 51), p. 1558.

(6)  Promulgata fil-Gazzetta Uffiċjali Ungeriża fis-17 ta’ Ġunju, 2020 (Nru 144), p. 3652.

(7)  Promulgata fil-Gazzetta Uffiċjali Ungeriża fit-18 ta’ Marzu, 2020 (Nru 47), p. 1462.

(8)  Promulgata fil-Gazzetta Uffiċjali Ungeriża fit-12 ta’ Ġunju, 2020 (Nru 141), p. 3585.

(9)  Promulgata fil-Gazzetta Uffiċjali Ungeriża fit-2 ta’ Ottubru 2014 (Nru 136), p. 13839.

(10)  Promulgata fil-Gazzetta Uffiċjali Ungeriża fil-31 ta’ Jannar 2020 (Nru 16), p. 288.


27.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 357/29


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1562

tas-26 ta’ Ottubru 2020

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 fir-rigward tal-istandards armonizzati għal ċertu tagħmir tar-radju li jikkonċernaw sistemi avvanzati ta’ gwida u ta’ kontroll tal-moviment fuq is-superfiċje, radars primarji tas-sorveljanza, riċevituri tal-awdjo tax-xandir, tagħmir tat-telekomunikazzjoni mobbli internazzjonali u sistemi tar-radju fissi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir tar-radju li jkun konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid ikun preżunt konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards armonizzati jew minn partijiet minnhom.

(2)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 5376 (3), il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) għall-abbozzar u r-reviżjoni tal-istandards armonizzati għat-tagħmir tar-radju b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE.

(3)

Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 5376, l-ETSI abbozza l-istandards armonizzati EN 303 213-5-1 V1.1.1, għar-riċevituri u għall-interrogaturi ta’ sistemi avvanzati ta’ gwida u ta’ kontroll tal-moviment fuq is-superfiċje, EN 303 345-2 V1.1.1 u EN 303 345-5 V1.1.1, għar-riċevituri tal-awdjo tax-xandir, u EN 303 364-3 V1.1.1, għar-radars primarji tas-sorveljanza.

(4)

Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 5376, l-ETSI wettaq reviżjoni tal-istandards armonizzati EN 301 908-2 V11.1.2, EN 301 908-13 V11.1.2, EN 302 217-2 V3.1.1 u EN 303 213-6-1 V2.1.1, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). Dan irriżulta fl-adozzjoni, rispettivament, tal-istandards armonizzati EN 301 908-2 V13.1.1 għal tagħmir tal-utenti għat-telekomunikazzjoni mobbli internazzjonali, EN 301 908-13 V13.1.1 għal tagħmir tal-utenti għall-aċċess bir-radju terrestri universali evolut, EN 302 217-2 V3.2.2 għal sistemi tar-radju fissi u EN 303 213-6-1 V3.1.1 għal sistemi avvanzati ta’ gwida u ta’ kontroll tal-moviment fuq is-superfiċje.

(5)

Il-Kummissjoni, flimkien mal-ETSI, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati jikkonformawx mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 5376.

(6)

L-istandards armonizzati EN 303 213-5-1 V1.1.1 u EN 301 908-2 V13.1.1 jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/53/UE. Għalhekk huwa xieraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 5376 tipprevedi, fl-Anness II 3(3), li “il-prestazzjoni tar-riċevitur hija wkoll ta’ importanza partikolari għat-terminals mobbli, b’mod partikolari l-prestazzjoni tal-antenna, u għat-tagħmir ta’ komunikazzjoni użat fl-applikazzjonijiet tas-sikurezza tal-ħajja”. L-istandard armonizzat EN 301 908-13 V13.1.1 ma jinkludix speċifikazzjonijiet rigward il-prestazzjoni tal-antenna. Ir-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat għalhekk jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni.

(8)

In-nota 2 tal-Klawżola 4.3.2 tal-istandard armonizzat EN 302 217-2 V3.2.2 tista’ tippermetti lill-manifatturi jiddevjaw minn speċifikazzjonijiet oħra fl-istandard armonizzat li jikkonċernaw ir-Rata ta’ Żball tal-Bit (BER) u l-Klawżoli H.3.4, I.3.4 u J.3.4 ta’ dak l-istandard armonizzat ma jeħtiġux metodu ta’ ttestjar espliċitu biex tintwera l-konformità. Ir-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat għalhekk jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjonijiet.

(9)

Ir-Rakkomandazzjoni ITU-R SM.329-12 (09/2012) dwar emissjonijiet mhux mixtieqa fid-dominju mhux awtentiku tiddikjara li “għall-użu l-aktar ekonomiku u effiċjenti tal-ispettru tal-frekwenzi, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti limiti massimi ġenerali tal-emissjonijiet fid-dominju mhux awtentiku”. Ir-Rakkomandazzjoni 74-01 (2019) tal-ERC tiddikjara li “għall-finijiet ta’ studji speċifiċi ta’ kondiviżjoni jew kompatibbiltà, livelli aktar baxxi għall-emissjonijiet mhux mixtieqa fid-dominju mhux awtentiku jistgħu jintużaw biex tittejjeb l-effiċjenza tal-ispettru”. L-emissjonijiet tad-dominju mhux awtentiku huma konsegwentement rikonoxxuti bħala rilevanti għall-użu effiċjenti tal-ispettru, li huwa indirizzat fl-ambitu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE. L-Anness C.3 tal-EN 303 345-2 V1.1.1 u l-Anness B.3 tal-EN 303 345-5 V1.1.1 jirrikonoxxu li l-emissjonijiet mhux mixtieqa tar-riċevitur fid-dominju mhux awtentiku huma rilevanti għall-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE. Madankollu, il-klawżola C.3.5 ta’ EN 303 345-2 V1.1.1 u l-klawżola B.3.5 ta’ EN 303 345-5 V1.1.1 jipprevedu li l-emissjonijiet mhux mixtieqa tar-riċevitur fid-dominju mhux awtentiku jkunu koperti minn standards oħra. Għalhekk jenħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 303 345-2 V1.1.1 u EN 303 345-5 V1.1.1 jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mingħajr restrizzjoni.

(10)

Il-premessa 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2015) 5376 titlob li jkun hemm kooperazzjoni tajba mal-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni (CEPT), li ġiet ikkonsultata dwar l-aderenza ta’ dawn l-istandards armonizzati mar-Rakkomandazzjoni 74-01 (2019) tal-ERC dwar emissjonijiet mhux mixtieqa fid-dominju mhux awtentiku. Bi tweġiba, is-CEPT esprimiet il-fehma li l-illaxkar tal-applikabbiltà tar-Rakkomandazzjoni 74-01 (2019) tal-ERC jista’ jseħħ biss f’kundizzjonijiet tekniċi speċifiċi. Il-Klawżola 4.2.1.5 tal-EN 303 213-6-1 V3.1.1 u l-Klawżola 4.2.1.4 tal-EN 303 364-3 V1.1.1 jistgħu għalhekk jipprevedu l-preżunzjoni tal-konformità għal tagħmir tar-radju speċifiku biss. Ir-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati għalhekk jenħtieġ li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’restrizzjoni.

(11)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/167 (5) jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu l-preżunzjoni tal-konformità mad-Direttiva 2014/53/UE u l-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu l-preżunzjoni tal-konformità mad-Direttiva 2014/53/UE b’restrizzjoni. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE jiġu elenkati f’att wieħed, ir-referenza tal-istandards EN 303 213-5-1 V1.1.1 u EN 301 908-2 V13.1.1 jenħtieġ li tiġi inkluża fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni u r-referenzi tal-istandards EN 301 908-13 V 13.1.1, EN 302 217-2 V3.2.2, EN 303 213-6-1 V3.1.1, EN 303 345-2 V1.1.1, EN 303 345-5 V1.1.1 u EN 303 364-3 V1.1.1 jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(12)

Skont l-ETSI, l-istandard armonizzat EN 303 339 V1.1.1, li r-referenza tiegħu hija ppubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) , jenħtieġ li jitqies bħala skadut, peress li ma għadux jirrappreżenta l-aktar teknoloġija avvanzata.

(13)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 301 908-2 V11.1.2, EN 301 908-13 V11.1.2, EN 302 217-2 V3.1.1 u EN 303 213-6-1 V2.1.1, peress li ġew riveduti, u tal-istandard armonizzat EN 303 339 V1.1.1, peress li jitqies bħala skadut, mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7). L-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE li ġew irtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, ikun xieraq li dawk ir-referenzi jiddaħħlu f’dak l-Anness. Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards armonizzati EN 301 908-2 V13.1.1, EN 301 908-13 V13.1.1, EN 302 217-2 V3.2.2 u EN 303 213-6-1 V3.1.1, jeħtieġ li jiġi ddifferit l-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati EN 301 908-2 V11.1.2, EN 301 908-13 V11.1.2, EN 302 217-2 V3.1.1 u EN 303 213-6-1 V2.1.1. Sabiex il-manifatturi jingħataw żmien biex jippreparaw għall-irtirar tar-referenza tal-istandard armonizzat EN 303 339 V1.1.1, jeħtieġ li jiġi ddifferit l-irtirar tar-referenza ta’ dak l-istandard.

(14)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi l-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti li ġew stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ dan l-istandard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167 hija emendata kif ġej:

(1)

l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

(2)

l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni;

(3)

l-Anness III huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5376 final tal-4 ta’ Awwissu 2015 dwar talba għal standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni rigward it-tagħmir tar-radju biex tappoġġja d-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(4)   ĠU C 326, 14.9.2018, p. 114.

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/167 tal-5 ta’ Frar 2020 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir tar-radju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 34, 6.2.2020, p. 46).

(6)   ĠU C 326, 14.9.2018, p. 114.

(7)   ĠU C 326, 14.9.2018, p. 114.


ANNESS I

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

“8.

EN 301 908-2 V13.1.1

Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju; Parti 2: Tagħmir għall-Utenti (UE) CDMA b’Firxa Diretta (UTRA FDD)

9.

ETSI EN 303 213-5-1 V1.1.1

Sistema Avvanzata ta’ Gwida u ta’ Kontroll tal-Moviment fuq is-Superfiċje (A-SMGCS); Parti 5: Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju għal tagħmir ta’ Multilaterazzjoni (MLAT); Subparti 1: Riċevituri u Interrogaturi”.


ANNESS II

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

“4.

EN 301 908-13 V13.1.1

Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju; Parti 13: Tagħmir għall-Utenti (UE) b’Aċċess bir-Radju Terrestri Universali Evolut (E-UTRA)

Avviż: Dan l-istandard armonizzat ma fihx parametri tal-prestazzjoni tal-antenna u l-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma tagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE rigward dawk il-parametri.

5.

EN 302 217-2 V3.2.2

Sistemi tar-Radju Fissi; Karatteristiċi u rekwiżiti għal tagħmir u antenni b’konnessjoni minn punt għal ieħor; Parti 2: Sistemi diġitali li joperaw fil-baned ta’ frekwenzi minn 1 GHz sa 86 GHz; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

Avviż: Il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma tagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE jekk tiġi applikata n-nota 2 tal-klawżola 4.3.2 ta’ dan l-istandard armonizzat;

Avviż: Fir-rigward tat-tagħmir tar-radju kopert minn waħda mill-Klawżoli H.3.4, I.3.4 jew J.3.4 ta’ dan l-istandard armonizzat, il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma tagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE f’każ li ma jitwettqux metodi ta’ ttestjar xierqa sabiex tintwera l-konformità, rispettivament, ma’ waħda mill-Klawżoli H.3.4, I.3.4 jew J.3.4 ta’ dan l-istandard armonizzat.

6.

EN 303 213-6-1 V3.1.1

Sistema Avvanzata ta’ Gwida u ta’ Kontroll tal-Moviment fuq is-Superfiċje (A-SMGCS); Parti 6: Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju għas-sensuri tar-radar tal-moviment fuq is-superfiċje użati; Subparti 1: Sensuri tal-banda X li jużaw sinjali pulsati u potenza ta’ trażmissjoni sa 100 kW

Avviż: Fir-rigward tal-Klawżola 4.2.1.5 ta’ dan l-istandard armonizzat, il-konformità ta’ dan l-istandard armonizzat ma tagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE għal tagħmir li ma jikkombinax “sezzjoni oblikwa WR112/R84 u gwida tal-mewġ WR90/R100” bħal fin-nota 1 tat-Taqsima 1 ta’ dan l-istandard armonizzat. Jintalab li l-gwida tal-mewġ ikollha passaġġ tat-trażmissjoni mhux ostakolat kontinwament (pur/mhux perturbat) u tul minimu ta’ 20 darba t-tul tal-mewġ cut-off tal-gwida tal-mewġ f’dik il-modalità operattiva.

7.

EN 303 345-2 V1.1.1

Riċevituri tal-awdjo tax-xandir; Parti 2: Servizz tal-awdjo tax-xandir b’AM; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

Avviż: Il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma tagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE fir-rigward tal-emissjonijiet mhux mixtieqa tar-riċevitur fid-dominju mhux awtentiku.

8.

EN 303 345-5 V1.1.1

Riċevituri tal-awdjo tax-xandir; Parti 5: Servizz tal-awdjo tax-xandir b’DRM; Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju

Avviż: Il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma tagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE fir-rigward tal-emissjonijiet mhux mixtieqa tar-riċevitur fid-dominju mhux awtentiku.

9.

EN 303 364-3 V1.1.1

Radar Primarju tas-Sorveljanza (PSR); Standard Armonizzat għall-aċċess għall-ispettru tar-radju; Parti 3: Sensuri PSR tal-Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru (ATC) li joperaw fil-banda ta’ frekwenzi 8 500 MHz sa 10 000 MHz (banda X)

Avviż: Fir-rigward tal-Klawżola 4.2.1.4 ta’ dan l-istandard armonizzat, il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma tagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE għal tagħmir li ma jikkombinax “sezzjoni oblikwa WR112/R84 u gwida tal-mewġ WR90/R100” bħal fin-nota 1 tat-Taqsima 1 ta’ dan l-istandard armonizzat. Jintalab li l-gwida tal-mewġ ikollha passaġġ tat-trażmissjoni mhux ostakolat kontinwament (pur/mhux perturbat) u tul minimu ta’ 20 darba t-tul tal-mewġ cut-off tal-gwida tal-mewġ f’dik il-modalità operattiva.”.


ANNESS III

Fl-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/167, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

“12.

EN 301 908-2 V11.1.2

Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE; Parti 2: Tagħmir għall-Utenti (UE) CDMA b’Firxa Diretta (UTRA FDD)

27 ta' Ottubru 2021

13.

EN 301 908-13 V11.1.2

Networks ċellulari IMT; Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE; Parti 13: Tagħmir għall-Utenti (UE) b’Aċċess bir-Radju Terrestri Universali Evolut (E-UTRA)

27 ta' Ottubru 2021

14.

EN 302 217-2 V3.1.1

Sistemi tar-Radju Fissi; Karatteristiċi u rekwiżiti għal tagħmir u antenni b’konnessjoni minn punt għal ieħor; Parti 2: Sistemi diġitali li joperaw fil-baned ta’ frekwenzi minn 1 GHz sa 86 GHz; Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE

27 ta' April 2022

15.

EN 303 213-6-1 V2.1.1

Sistema Avvanzata ta’ Gwida u ta’ Kontroll tal-Moviment fuq is-Superfiċje (A-SMGCS); Parti 6: Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE għas-sensuri tar-radar tal-moviment fuq is-superfiċje użati; Subparti 1: Sensuri tal-banda X li jużaw sinjali pulsati u potenza ta’ trażmissjoni sa 100 kW

27 ta' Ottubru 2021

16.

EN 303 339 V1.1.1

Komunikazzjonijiet Diretti bejn l-Ajru u l-Art fuq Banda Wiesgħa; Tagħmir li jopera fuq baned ta’ frekwenza minn 1 900 MHz sa 1 920 MHz u minn 5 855 MHz sa 5 875 MHz; Antenni b’dijagramma fissa; Standard Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti essenzjali tal-Artikolu 3.2 tad-Direttiva 2014/53/UE

27 ta' April 2021”.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

27.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 357/35


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1563

tal-14 ta’ Ottubru 2020

dwar il-faqar enerġetiku

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 168 u 194 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (1) (“id-Direttiva dwar l-Elettriku riformulata”), u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tagħha,

Billi:

(1)

Il-faqar enerġetiku huwa sitwazzjoni fejn l-unitajiet domestiċi ma jkunux jistgħu jaċċessaw servizzi essenzjali tal-enerġija. Bi kważi 34 miljun Ewropew li ma jistgħux jaffordjaw li jżommu djarhom sħan b’mod adegwat fl-2018 (2), il-faqar enerġetiku huwa sfida ewlenija għall-UE.

(2)

Kif rikonoxxut mill-koleġiżlaturi, it-tisħin, it-tkessiħ, id-dawl u l-enerġija għall-alimentazzjoni ta' apparati elettriċi adegwati huma servizzi essenzjali li huma l-bażi ta’ standard deċenti ta’ għajxien u saħħa. L-aċċess għas-servizzi tal-enerġija huwa essenzjali għall-inklużjoni soċjali. Għalhekk, l-indirizzar tal-faqar enerġetiku għandu l-potenzjal li jġib miegħu għadd ta’ benefiċċji, inkluż inqas infiq fuq is-saħħa, inqas tniġġis tal-arja (bis-sostituzzjoni tas-sorsi tat-tisħin li mhumiex adatti għall-iskop tagħhom), titjib fil-kumdità u fil-benesseri, u titjib fil-baġits tal-unitajiet domestiċi. Flimkien, dawn il-benefiċċji jagħtu spinta diretta lit-tkabbir ekonomiku u lill-prosperità fl-Unjoni Ewropea.

(3)

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fis-17 ta’ Novembru 2017, jinkludi l-enerġija fost is-servizzi essenzjali li kulħadd għandu d-dritt jaċċessa. Għandu jkun disponibbli appoġġ għall-aċċess għal dawn is-servizzi għal dawk fil-bżonn (3).

(4)

Tranżizzjoni ġusta lejn Unjoni newtrali għall-klima sal-2050 hija ċentrali għall-Patt Ekoloġiku Ewropew propost mill-Kummissjoni f’Diċembru 2019 (4). Wieħed mill-elementi ċentrali ta’ dan il-Patt Ekoloġiku huwa l-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni (5), inizjattiva ewlenija mfassla biex tagħti spinta lir-rinnovazzjoni strutturali tal-bini privat u pubbliku u b’hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet, jingħata spinta lill-irkupru u jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku. Tali rinnovazzjoni strutturali għandha tgħin biex tagħti spinta lill-isforzi tal-UE fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Għal din ir-raġuni, ġie kkunsidrat li huwa vitali li l-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni u din ir-Rakkomandazzjoni jiġu adottati b’mod konġunt sabiex jissaħħu b’mod reċiproku s-sejħiet biex jiġu indirizzati l-faqar enerġetiku u l-bini bl-agħar prestazzjoni.

(5)

Il-faqar enerġetiku huwa kunċett ewlieni konsolidat fil-pakkett leġiżlattiv intitolat “Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha”, li huwa mfassal biex jiffaċilita tranżizzjoni enerġetika ġusta. Skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (“ir-Regolament ta’ Governanza”) u d-Direttiva dwar l-Elettriku riformulata, il-Kummissjoni hija meħtieġa tipprovdi gwida indikattiva dwar indikaturi xierqa għall-kejl tal-faqar enerġetiku (7) u dwar id-definizzjoni ta’ “għadd sinifikanti ta’ unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku” (8). Għad ma hemmx definizzjoni standard tal-faqar enerġetiku, u għalhekk, huwa f’idejn l-Istati Membri li jiżviluppaw il-kriterji tagħhom skont il-kuntest nazzjonali tagħhom. Madankollu, il-pakkett leġiżlattiv li ġie adottat dan l-aħħar jipprovdi prinċipji ġenerali u ideat utli dwar il-kawżi u l-konsegwenzi possibbli tal-faqar enerġetiku. Dan jenfasizza wkoll l-importanza tal-politiki li jindirizzaw il-problema, speċjalment dawk assoċjati mal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima (“NECPs”) u mal-istrateġiji ta’ rinnovazzjoni fit-tul (“LTRSs”) (9).

(6)

Fl-NECP tagħhom, l-Istati Membri jridu jivvalutaw l-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku. F’każ li Stat Membru jsib li għandu għadd sinifikanti ta’ unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku, għandu jinkludi fil-pjan tiegħu objettiv nazzjonali kif ukoll politiki u miżuri biex jitnaqqas il-faqar enerġetiku. Fil-kuntest tal-ħames rapport tal-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija, il-Kummissjoni qed tippubblika dokumenti ta’ ħidma tal-persunal għal kull Stat Membru li jinkludu valutazzjonijiet individwali ta’ kull NECP finali. Dawn id-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal jivvalutaw ukoll kif il-pjanijiet finali jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet relatati tal-Kummissjoni tal-2019, inkluż dwar il-faqar enerġetiku u jinkludu gwida dwar l-implimentazzjoni tal-NECP.

(7)

Id-Direttiva dwar l-Elettriku riformulata teħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex jindirizzaw il-faqar enerġetiku kull fejn dan jiġi identifikat, inkluż miżuri li jindirizzaw il-kuntest usa’ tal-faqar. L-Istati Membri jridu wkoll jipproteġu lill-klijenti vulnerabbli, b’mod partikolari dawk f’żoni remoti. Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) fiha dispożizzjonijiet simili.

(8)

Novità fil-qafas leġiżlattiv il-ġdid hija li jeħtieġ li jiġi determinat l-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku. L-Artikolu 29 tad-Direttiva dwar l-Elettriku riformulata jirreferi għall-obbligu tal-Istati Membri li jivvalutaw l-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku u jiddikjara li jridu jistabbilixxu u jippubblikaw il-kriterji li fuqhom tissejjes din il-valutazzjoni. Fejn hemm għadd sinifikanti ta’ unitajiet domestiċi bħal dawn, l-Istati Membri jridu jinkludu fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, objettiv indikattiv għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku, jipprovdu limitu ta’ żmien, u jiddeskrivu l-politiki rilevanti. Huma mbagħad meħtieġa jirrapportaw lill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament ta’ Governanza, dwar kwalunkwe progress li jagħmlu biex jilħqu l-objettiv li jitnaqqas l-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku.

(9)

Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/2002 (12), teħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw il-ħtieġa li jnaqqsu l-faqar enerġetiku fil-kuntest tal-obbligi tagħhom tal-effiċjenza fl-enerġija. L-Artikolu 7(11) jeħtieġ, sa fejn ikun xieraq, sehem mill-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija biex l-unitajiet domestiċi vulnerabbli jiġu indirizzati bħala prijorità, inklużi dawk milquta mill-faqar enerġetiku (13). Ir-Regolament dwar il-Governanza fih ukoll obbligi simili.

(10)

Skont il-verżjoni riveduta tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (UE) 2018/844, l-Istati Membri jridu jiddeskrivu l-miżuri nazzjonali rilevanti biex jgħinu jtaffu l-faqar enerġetiku, bħala parti mill-istrateġiji ta’ rinnovazzjoni fit-tul tagħhom biex jappoġġjaw ir-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali ta’ bini residenzjali u mhux residenzjali (14).

(11)

Il-qafas leġiżlattiv tal-UE fih ukoll salvagwardji biex jiġi żgurat li l-miżuri meħudin biex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku ma jfixklux il-ftuħ jew l-operat tas-suq. Swieq bl-imnut li joperaw mingħajr xkiel huma essenzjali għal tranżizzjoni ġusta. Dawn is-salvagwardji huma minquxa fl-Artikolu 28 tad-Direttiva dwar l-Elettriku riformulata u huma operazzjonalizzati prinċipalment fl-Artikolu 5(5) tagħha.

(12)

L-Artikolu 27 tad-Direttiva dwar l-Elettriku riformulata jsaħħaħ il-prinċipju billi jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-klijenti kollha tal-unitajiet domestiċi u, fejn l-Istati Membri jqisu xieraq, l-intrapriżi żgħar, igawdu minn servizz universali, jiġifieri d-dritt li jiġu pprovduti b’elettriku ta’ kwalità speċifikata fit-territorju tagħhom bi prezzijiet raġonevoli, komparabbli faċilment u b’mod ċar, trasparenti u nondiskriminatorji. Biex ikun żgurat il-forniment ta’ servizz universali, l-Istati Membri jistgħu jaħtru fornitur bħala l-aħħar għażla tagħhom.

(13)

Kif irrikapitolat fil-Premessa 59 tad-Direttiva dwar l-Elettriku riformulata, il-faqar enerġetiku jirriżulta minn taħlita ta’ introjtu baxx, infiq kbir fuq l-enerġija, u faqar fl-effiċjenza fl-enerġija tal-abitazzjonijiet. L-impatt tal-prezzijiet volatili tas-suq tal-enerġija u ta’ effiċjenza fl-enerġija baxxa, speċjalment f’termini tal-prestazzjoni tal-bini, flimkien ma’ firxa wiesgħa ta’ fatturi soċjoekonomiċi assoċjati mal-faqar ġenerali u kwistjonijiet li jirriżultaw mis-sistemi tal-pussess ta’ akkomodazzjoni, jagħmlu l-kwistjoni waħda kumplessa biex tiġi indirizzata.

(14)

Fl-2018, 6,8 % tan-nies li jgħixu f’unitajiet domestiċi privati fl-UE (30,3 miljun persuna (15)) ma setgħux ilaħħqu mal-kontijiet tal-utilitajiet, inkluż mal-kontijiet tal-enerġija, u għalhekk kienu f’riskju li jkollhom il-provvista tagħhom maqtugħa. Sadanittant, 7,3 % tal-popolazzjoni tal-UE (37,4 miljun persuna) esperjenzaw temperaturi ambjentali skomdi fi djarhom.

(15)

Il-kriżi tal-Covid-19 enfasizzat l-urġenza li jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku jekk irridu noħolqu Ewropa soċjali li taqdi l-ħtiġijiet tal-abitanti kollha tagħha. Il-livelli tal-faqar enerġetiku fl-Istati Membri se jkunu fiċ-ċentru tal-attenzjoni hekk kif aktar Ewropej jistgħu jkollhom diffikultà biex jaffordjaw aċċess għall-enerġija essenzjali, b’mod partikolari minħabba l-qgħad li qed jiżdied. F’dan l-isfond, huwa vitali li jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, minkejja t-tfixkil bla preċedent attwali fl-ekonomiji tal-Ewropa.

(16)

Il-Pakkett għall-Irkupru Next Generation EU (16) ġie ppreżentat biex “jiggwida u jibni Ewropa aktar sostenibbli, reżiljenti u aktar ġusta għall-ġenerazzjoni li jmiss”. Il-pjanijiet ta’ rkupru tal-Ewropa jridu jkunu ggwidati mill-prinċipji tas-sostenibbiltà ambjentali, tas-solidarjetà, tal-koeżjoni u tal-konverġenza u bid-determinazzjoni li ma jitħalla barra l-ebda Stat Membru, reġjun jew individwu. Next Generation EU jikkonferma r-rwol tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni bħala faċilitatur ewlieni wieħed tal-irkupru ekoloġiku.

(17)

L-istrateġiji nazzjonali ta’ rinnovazzjoni fit-tul u strumenti oħra mfassla biex jilħqu l-miri tal-effiċjenza fl-enerġija tal-2030 u l-2050 għandhom jiġu ggwidati lejn il-protezzjoni tal-unitajiet domestiċi li huma foqra fl-enerġija u għandhom jagħtu s-setgħa lill-konsumaturi vulnerabbli tal-enerġija billi jgħinu lin-nies jiffrankaw il-flus fuq il-kontijiet tal-enerġija, jipprovdu kundizzjonijiet ta’ għajxien aħjar u jnaqqsu l-faqar enerġetiku.

(18)

L-identifikazzjoni tal-unitajiet domestiċi l-aktar fil-bżonn ta’ protezzjoni u tal-abitazzjonijiet l-aktar fil-bżonn ta’ rinnovazzjoni tgħin biex jiġu mmirati u ġestiti aħjar l-interventi pubbliċi, u b’hekk jiġu prodotti riżultati prattiċi għall-konsumaturi, titjieb l-effiċjenza fl-enerġija, u tiġi minimizzata kwalunkwe distorsjoni fil-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija.

(19)

Hija u tipprovdi din ir-Rakkomandazzjoni u tagħmel il-gwida tal-Kummissjoni dwar il-faqar enerġetiku disponibbli għall-Istati Membri f’dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanjaha, il-Kummissjoni tkun qed tissodisfa l-obbligu msemmi hawn fuq u tkun qed tgħin lill-Istati Membri jittrasponu d-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar il-faqar enerġetiku. Il-Kummissjoni tipprovdi wkoll informazzjoni dwar prattiki tajbin emerġenti (17).

(20)

Id-diffikultà ewlenija għal kwalunkwe definizzjoni hija kif tinkiseb data numerika affidabbli. Ġie żviluppat sett ta’ indikaturi statistiċi li jkejlu l-ixprunaturi possibbli tal-faqar enerġetiku u l-konsegwenzi tiegħu fil-livell tal-UE. Dawn huma indikaturi aggregati. Peress li l-faqar enerġetiku huwa fenomenu multidimensjonali, l-ebda indikatur uniku ma jista’ jirrifletti bis-sħiħ l-aspetti kollha tiegħu.

(21)

Ġew żviluppati indikaturi aggregati fil-livell Ewropew u huma elenkati fl-Anness ta' din ir-Rakkomandazzjoni. Żviluppati mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea (“EUROSTAT”) u mill-Osservatorju Ewropew tal-Faqar Enerġetiku (“EPOV”) u miksubin minn ġabriet tad-data tal-UE armonizzati, dawn l-indikaturi jippermettu li s-sitwazzjoni fl-UE kollha tkun immonitorjata u li jiġu identifikati speċifiċitajiet nazzjonali, kif ukoll li jiġi promoss tagħlim reċiproku u skambji tal-aħjar prattika aktar effiċjenti. L-indikaturi nazzjonali jistgħu jgħinu biex dawn jiġu kkumplimentati u biex jirfinaw l-identifikazzjoni tal-faqar enerġetiku, fejn rilevanti.

(22)

Dan jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, u b’mod partikolari sforzi koordinati sew fil-livelli reġjonali u lokali, sabiex kwalunkwe analiżi bbażata fuq indikaturi fil-livell tal-UE jew nazzjonali tiġi kontroindikata u kkumplimentata b’approċċ minn isfel għal fuq. L-awtoritajiet reġjonali u lokali jinsabu f’pożizzjoni tajba biex jidentifikaw l-isfidi finanzjarji u soċjali ewlenin li qed jaffaċċjaw l-unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku u biex ikollhom rwol sinifikanti fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ tranżizzjoni ekoloġika li hija ġusta, inklużiva u sostenibbli għal kulħadd fl-Ewropa.

(23)

Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġja l-iskambju ta’ prattiki tajbin bejn l-Istati Membri, kemm b’kooperazzjoni mal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali kif ukoll b’modi oħra. Il-programmi ta’ finanzjament tal-UE, inkluż il-politika ta’ koeżjoni, l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku u forom oħra ta’ appoġġ jistgħu jiġu mmobilizzati biex jindirizzaw l-isfidi identifikati permezz ta’ kanali li jinkludu l-pjattaformi pprovduti mill-Osservatorju Ewropew tal-Faqar Enerġetiku u l-Inizjattiva tal-Patt tas-Sindki.

(24)

Ir-raba’ rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-prezzijiet u l-ispejjeż tal-enerġija jħares ukoll lejn iċ-ċirkostanzi partikolari tan-nies li jgħixu fil-faqar enerġetiku u tal-konsumaturi vulnerabbli (18). Il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari wkoll għal kif l-Istati Membri jimplimentaw l-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar l-Elettriku riformulata, li jippermetti l-intervent pubbliku fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku lil klijenti li huma foqra fl-enerġija jew dawk li jgħixu f’unitajiet domestiċi vulnerabbli.

B’DAN TIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI:

1.

Jiżviluppaw approċċ sistematiku għal-liberalizzazzjoni tas-swieq tal-enerġija, bil-għan li jaqsmu l-benefiċċji mas-sezzjonijiet kollha tas-soċjetà, b’mod partikolari dawk l-aktar fil-bżonn.

2.

Iqisu b’mod partikolari d-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanjah li jipprovdi gwida dwar l-indikaturi dwar il-faqar enerġetiku kif ukoll dwar id-definizzjoni ta’ x’jikkostitwixxi ammont sinifikanti ta’ unitajiet domestiċi li huma foqra fl-enerġija. Huwa importanti li l-Istati Membri jużaw il-gwida tal-Kummissjoni meta jimplimentaw u jaġġornaw il-pjanijiet nazzjonali attwali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika.

3.

Jużaw l-indikaturi deskritti fl-Anness fil-valutazzjonijiet tal-faqar enerġetiku tagħhom.

4.

F’konformità mal-Premessa 60 tad-Direttiva dwar l-Elettriku riformulata, jipproduċu soluzzjonijiet ta’ politika integrati bħala parti mill-politika tal-enerġija u dik soċjali. Dawn għandhom jinkludu miżuri ta’ politika soċjali u titjib fl-effiċjenza fl-enerġija li jsaħħu lil xulxin, speċjalment fl-akkomodazzjoni.

5.

Jivvalutaw l-effetti distributtivi tat-tranżizzjoni tal-enerġija, b’mod partikolari l-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija fil-kuntest nazzjonali, u jiddefinixxu u jimplimentaw politiki li jindirizzaw it-tħassib assoċjat. Għandha tingħata attenzjoni xierqa lill-ostakli għall-investiment f’akkomodazzjonijiet effiċjenti fl-enerġija u l-profil tal-abitazzjonijiet l-aktar fil-bżonn ta’ rinnovazzjoni, f’konformità ma’ strateġiji nazzjonali ta’ rinnovazzjoni fit-tul.

6.

Jiżviluppaw il-politiki kollha biex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku abbażi ta’ proċessi ta’ parteċipazzjoni pubblika sinifikanti u responsabbli, u involviment usa' tal-partijiet ikkonċernati.

7.

Jiżviluppaw miżuri biex jindirizzaw il-faqar enerġetiku li jibnu fuq kooperazzjoni mill-qrib bejn il-livelli kollha tal-amministrazzjoni, li jippermettu, b’mod partikolari, kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali minn naħa, u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-entitajiet tas-settur privat min-naħa l-oħra.

8.

Jieħdu vantaġġ sħiħ mill-potenzjal li jintużaw il-fondi, il-programmi tal-Unjoni, inkluż mill-politika ta’ koeżjoni, biex jindirizzaw il-faqar enerġetiku billi janalizzaw l-effetti distributtivi ta’ proġetti ta’ tranżizzjoni tal-enerġija u billi jipprijoritizzaw miżuri mmirati lejn gruppi vulnerabbli biex jiżguraw l-aċċess għall-appoġġ.

9.

Meta jallokaw fondi pubbliċi, speċjalment għotjiet, jimmiraw unitajiet domestiċi b'introjtu baxx f’dawk il-kategoriji ta’ benefiċjarji li għandhom riżorsi proprji limitati ħafna u aċċess limitat għal self kummerċjali. Jesploraw ir-rwol ta’ kumpaniji ta’ servizz ta’ enerġija (ESCOs) u kuntratti għall-prestazzjoni tal-enerġija fl-għoti ta’ soluzzjonijiet ta’ finanzjament għar-rinnovazzjoni ta’ unitajiet domestiċi li huma foqra fl-enerġija, biex dawn l-unitajiet domestiċi vulnerabbli jkunu jistgħu jegħlbu bil-quddiem l-ispejjeż għoljin.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Kadri SIMSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125.

(2)   Data mill-2018. Eurostat, SILC [ilc_mdes01])

(3)  EPSR, il-Prinċipju 20 “Aċċess għas-servizzi essenzjali”: https://ec.europa.eu/commission/priorities/deeper-and-fairer-economic-and-monetary-union/european-pillar-social-rights/european-pillar-social-rights-20-principles_mt

(4)  COM(2019) 640 final – Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew.

(5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għall-Ewropa - l-ekoloġizzazzjoni tal-binjiet tagħna, il-ħolqien tal-impjiegi, it-titjib tal-ħajja (COM(2020)662 final).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p.1).

(7)  L-Artikolu 3(3)(d) tar-Regolament (UE) 2018/1999.

(8)  L-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2019/944.

(9)  Skont l-Artikolu 2a tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13), emendata bid-Direttiva (UE) 2018/844 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 75).

(10)  Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).

(11)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(12)  Id-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 210).

(13)  Dan jibni fuq obbligi eżistenti skont id-Direttiva 2012/27/UE. Ara wkoll l-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-traspożizzjoni tal-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija skont id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija emendata (C(2019) 6621 final).

(14)  Dan jibni fuq obbligi eżistenti skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija 2012/27/UE li ġew trasferiti għad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija u msaħħa fir-rigward tal-ħtieġa li jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku. Il-Premessa 11 tad-Direttiva (UE) 2018/844 tiċċara li l-ħtieġa li jittaffa l-faqar enerġetiku jenħtieġ li tiġi kkunsidrata, f’konformità ma’ kriterji ddefiniti mill-Istati Membri. Il-Premessa tiċċara wkoll li filwaqt li jiddeskrivu l-azzjonijiet nazzjonali li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku fl-istrateġiji ta’ rinnovazzjoni tagħhom, l-Istati Membri għandhom id-dritt jistabbilixxu dawk li huma jikkunsidraw bħala azzjonijiet rilevanti.

(15)  Ibbażat fuq popolazzjoni stmata tal-EU27 ta’ 446 miljun abitant fl-1 ta’ Jannar 2018: http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Population_and_population_change_statistics

(16)  Il-Kummissjoni Ewropea, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss, tas-27 ta’ Mejju 2020

(17)  Il-Premessa 59 tad-Direttiva (UE) 2019/944 tipprevedi li l-Kummissjoni għandha tappoġġja b’mod attiv l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva dwar il-faqar enerġetiku billi tiffaċilita l-iskambju ta’ prattiki tajba bejn l-Istati Membri.

(18)  Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Il-prezzijiet u l-ispejjeż tal-enerġija fl-Ewropa(COM(2020)951) u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanjah (SWD (2020)951).


ANNESS

INDIKATURI TAL-FAQAR ENERĠETIKU

L-indikaturi deskritti hawn taħt huma disponibbli mill-Uffiċċju tal-Istatistika Ewropew tal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea u mill-Osservatorju Ewropew tal-Faqar Enerġetiku għall-Istati Membri sabiex jikkonsultaw meta jivvalutaw il-livelli nazzjonali tal-faqar enerġetiku.

Sabiex tgħin lill-Istati Membri, il-Kummissjoni tipprovdi gwida dwar l-interpretazzjoni ta’ tali indikaturi żviluppati fil-livell tal-UE biex jiġi kkwantifikat aħjar il-kunċett ta’ għadd sinifikanti ta’ unitajiet domestiċi li huma foqra fl-enerġija identifikati bid-definizzjonijiet nazzjonali tal-faqar enerġetiku (1).

L-Istati Membri jistgħu jiddiżaggregaw ukoll uħud mill-indikaturi elenkati fil-punti 1 u 2 biex jagħmlu analiżi fil-fond tal-ixprunaturi potenzjali tal-faqar enerġetiku fil-livell nazzjonali.

L-indikaturi jistgħu jinqasmu f’erba’ gruppi:

(a)

indikaturi li jqabblu l-infiq fuq l-enerġija mal-introjtu: dawn jikkwantifikaw il-faqar enerġetiku billi jqabblu l-ammont li l-unitajiet domestiċi jonfqu fuq l-enerġija ma’ miżura tal-introjtu (eż. il-perċentwal jew l-għadd ta’ unitajiet domestiċi li jonfqu aktar minn ċertu proporzjon tal-introjtu disponibbli tagħhom fuq is-servizzi tal-enerġija domestika)

(b)

indikaturi bbażati fuq l-awtovalutazzjoni: l-unitajiet domestiċi jintalbu direttament kemm iħossuhom kapaċi jaffordjaw l-enerġija (eż. il-kapaċità li jżommu d-dar sħuna biżżejjed fix-xitwa u friska biżżejjed fis-sajf)

(c)

indikaturi bbażati fuq kejl dirett: dawn l-indikaturi jkejlu l-varjabbli fiżiċi biex jiddeterminaw l-adegwatezza tas-servizzi tal-enerġija (eż. it-temperatura ambjentali)

(d)

indikaturi indiretti: dawn ikejlu l-faqar enerġetiku permezz ta’ fatturi assoċjati, bħal arretrati fuq kontijiet tal-utilità, għadd ta’ skonnessjonijiet, u l-kwalità tal-akkomodazzjoni.

1.   Indikaturi li jiffukaw fuq l-affordabbiltà tas-servizzi tal-enerġija

Is-sehem tal-popolazzjoni f’riskju ta’ faqar (anqas minn 60 % tal-introjtu disponibbli ekwivalizzat medjan nazzjonali) li ma tistax iżżomm id-dar tagħha sħuna b’mod adegwat, abbażi tal-mistoqsija “Tista’ l-unità domestika tiegħek taffordja li żżomm id-dar tagħha sħuna b’mod adegwat?” (Eurostat, SILC [ilc_mdes01])

Is-sehem tal-popolazzjoni totali li ma tistax iżżomm id-dar tagħha sħuna b’mod adegwat, abbażi tal-mistoqsija “Tista’ l-unità domestika tiegħek taffordja li żżomm id-dar tagħha sħuna b’mod adegwat?” (Eurostat, SILC [ilc_mdes01])

Arretrati fuq kontijiet tal-utilitajiet: is-sehem tal-popolazzjoni f’riskju ta’ faqar (inqas minn 60 % tal-introjtu disponibbli ekwivalizzat medjan nazzjonali) li għandha arretrati fuq il-kontijiet tal-utilitajiet (Eurostat, SILC, [ilc_mdes07])

Arretrati fuq kontijiet tal-utilitajiet: is-sehem tal-popolazzjoni li għandha arretrati fuq il-kontijiet tal-utilitajiet (Eurostat, SILC, [ilc_mdes07])

In-nefqa fuq l-elettriku, il-gass u fjuwils oħra bħala proporzjon tan-nefqa totali tal-unitajiet domestiċi

Il-proporzjon tal-unitajiet domestiċi li s-sehem tagħhom mill-introjtu tan-nefqa fuq l-enerġija huwa aktar mid-doppju tas-sehem medjan nazzjonali (sors Eurostat, Stħarriġ Baġitarju tal-Unitajiet Domestiċi, 2015)

Is-sehem tal-unitajiet domestiċi li n-nefqa assoluta tagħhom fuq l-enerġija hija inqas minn nofs il-medjan nazzjonali. (Eurostat, Stħarriġ Baġitarju tal-Unitajiet Domestiċi, 2015)

2.   Indikaturi komplimentari

Il-prezzijiet tal-elettriku għall-konsumaturi ta' unitajiet domestiċi — il-faxxa medja tal-konsum (Eurostat, [nrg_pc_204])

Il-prezzijiet tal-gass għall-konsumaturi ta' unitajiet domestiċi — il-faxxa medja tal-konsum (Eurostat, [nrg_pc_202])

Il-prezzijiet tal-gass għall-konsumaturi ta' unitajiet domestiċi, l-iktar faxxa baxxa tal-konsum (Eurostat, [nrg_pc_202])

Is-sehem tal-popolazzjoni f’riskju ta’ faqar (inqas minn 60 % tal-introjtu disponibbli ekwivalizzat medjan nazzjonali) bi tnixxija, b’umdità jew b’taħsir fid-dar tagħha (Eurostat, SILC [ilc_mdho01])

Is-sehem tal-popolazzjoni bi tnixxija, b’umdità jew b’taħsir fid-dar tagħha — popolazzjoni totali (Eurostat SILC, [TESSI292])

Il-konsum finali tal-enerġija għal kull metru kwadru fis-settur residenzjali, ikkoreġut għall-klima (il-bażi tad-data tal-proġett Odyssee-MURE)


(1)   SWD(2020)960 “Gwida tal-UE dwar il-Faqar Enerġetiku”


OSZAR »